MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum sekonda mas-sindki "Il-kostitwenti tagħna, bħal ta' kull raħal, jistennew li jkollna kollox ward u żahar iżda qatt mhu faċli." 'Nemmen li l-ikbar sfida fil-lokalità tiegħi hija li nedukaw kemm nistgħu biex inżommu l-indafa' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħhom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Mario Calleja, is-Sindku ta' Wied il-Għajn. SEAN FENECH Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Nemmen li l-ikbar sfidi fil-lokalità tiegħi ta' Marsaskala hija li nedukaw kemm nistgħu biex inżommu l-indafa. Il-lokalità tagħna splodiet fejn tidħol kostruzzjoni allura l-popolazzjoni kibret b'400%. 19-il sena ilu, meta ġejt elett l-ewwel darba bħala Sindku tal- lokal, kien hawn biss 6,500 ruħ permanenti iżda llum il-popolazzjoni telgħet għal 18,000 fix-xhur tax-xitwa u madwar 38,000 fis-sajf. Dawn apparti dawk li jgħixu hawn u mhux reġistrati. Iż-zieda ta' barranin tilgħab parti essenzjali. Għandna madwar 47 lingwa differenti. Il-kostitwenti tagħna bħal ta' kull raħal jistennew li jkollna kollox ward u żahar iżda qatt mhu faċli. Dwar is-servizz min-naħa tal-uffiċċju amministrattiv ma jkollniex wisq ilmenti. Is-servizz lejn iċ-ċittadin dejjem jiġi l-ewwel. Il-Kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Minn naħa noqogħdu ħafna attenti fejn naraw applikazzjonijiet abbużivi u mhux darba jew tnejn noġġezzjonaw iżda fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni finali hija dejjem dik tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-wirt nazzjonali nippeservawh kemm nistgħu u napplikaw tista' tgħid għal kull skema li joħroġ il- Ministeru tal-Wirt Kulturali. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Spazji miuħa qatt mhuma biżżejjed iżda nista' ngħid li ħloqna ħafna spazji għall-benefiċċju ta' residenti ta' kull età. Minn persuna ta' età avvanzata sa tfal tal- iskola. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil- ħames snin li ġejjin? Bla dubju li bħala Kunsill dejjem niddiskutu xi tip ta' progress fuq dak li diġà huwa eżistenti. Issa apparti twaqqigħ u bini mill-ġdid tal-promenade, irridu flimkien mal-Gvern Ċentrali nsolvu l-problema tal- ilma baħar li jitla' fuq l-art anke fis-sajf. Xi proġetti ppjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Qed naħdmu ħafna biex jinbena spazju miuħ ieħor għall-persuni ta' età avvanzata billi jsir apparat li jista' jintuża minnhom. Inħolqot ukoll mis-settur privat dar tal-anzjani u bl-għajnuna tal-Ministeru tal-anzjani nħoloq ukoll ċentru ta' matul il-jum li jattira mal-120 persuna kuljum. Flimkien mal-Gvern Ċentrali għaddejjin fuq ir-riġenerazzjoni tal-Park tal- Inwadar kif ukoll hemm il-ħsieb ta' moll ġdid biex jiġi introdott trasport bil-baħar. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Nemmen li ta' kuljum naħdmu biex nibqgħu nedukaw. Dan l-aħħar ġew aġġudikati l-aqwa sejħiet għall-offerti fejn tidħol l-indafa, (kenniesa) kollezzjoni tal- iskart domestiku u skart goff u dak tal-ġonna biex jissebbaħ l-ambjent. Bħala Kunsill kuntenti ħafna minn dan is-servizz. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Min-naħa tagħna ma naħsibx li għandna għalfejn nilmentaw. Fondi qegħdin hemm minn kullimkien inklużi dawk Ewropej. Wieħed irid jiaħ għajnejh u japplika għalihom. Bidliet leġiżlattivi reċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal sittax-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-Kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Impatt fuq il-Kunsill tagħna ma kellux. Jiena naqbel li għandu jkun hemm kunsilliera ta' 16-il sena iżda mhux b'responsabbiltà ta' Sindku. Persuna ta' dik l-età la għandha liċenzja u lanqas tista' tkun firmatarja ta' ċekk. Nemmen li r-responsabbiltà hija kbira. Għandna ngħallmuhom kemm nistgħu fl- ewwel legiżlatura tagħhom u wara jmexxu. Għaliex le? L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrapporta li 16-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax-xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-Kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar-regolamenti finanzjarji? L-aktar ħaġa importanti hija li jkun hemm kuntatt kontinwu bejn is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv. Ma ninsewx li l-finanzi huma reponsabbiltà personali fuqhom. Kif diġà spjegajt, mill-allokazzjoni tal-Gvern biss ma jsirux proġetti. Tingħata attenzjoni enormi u kif suppost biex meta ta' kull sena jiġu l-awdituri, dawn ikunu jridu jaraw sal-anqas irċevuta. Tieħu gost li jkollok segretarji b'għajnhom miuħa u jaraw li jkollhom kollox kif suppost. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it- tqassim propost tal-lokalitajiet fid- distretti skont kif qed jiġu ppreżentati mill-Uffiċċju Elettorali tal-PL, u ELCOM? Liema proposta taħseb li tkun l-aktar ta' benefiċċju għall-pajjiż? Jew taħseb li għandu kollox jibqa' kif inhu? Ma naf xejn fuqhom ħlief għajdut. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? Li tiġi elett ħames leġiżlaturi konsekuttivi nemmen li tkun għamilt ix-xogħol tiegħek minn qalbek u li tkun tajt servizz lin-nies. Niem li jkun hemm min jagħmel ħsara iżda mhux għax inti tkun għamilt xogħol ħażin iżda għax ikun jaqbel hekk għal xi individwu. Li ma semmejtx huwa li wasal il- waqt li s-Sindku għandu jkun full-time biex meta resident jiġi u jfittxu jsibu. Marsaskala, li hija magħrufa wkoll bħala Wied il-Għajn, kienet oriġinarjament raħal tas-sajjieda iżda dan l-aħħar saret destinazzjoni turistika popolari ħafna, kif ukoll ir- residenza permanenti ta' popolazzjoni li kulma jmur qed tiżdied. Fil-fatt, miċ-ċensiment tal-2021, jidher li hemm 16,804 persuni jgħixu f 'Marsaskala; sa għaxar snin qabel, fl- 2011, kien hemm 11,059, li turi żieda qawwija ta' nies f 'dar-raħal. Jidher li minn dejjem kienu joqogħdu n-nies f 'diż-żona, bħal kif jixhdu numru ta' sejbiet arkeoloġiċi inklużi raded tar-roti. Barra minn hekk, instabu wkoll diversi fdalijiet oħrajn, bħal katakombi Nsara, u banjijiet u bastimenti Rumani. Attrazzjonijiet ta' interess f 'Marsaskala jinkludu t-Torri ta' San Tumas, forti mibni mill- Gran Mastru Alof de Wignacourt, u t-Torri Mamo, residenza privata ffortifikata. Mario Calleja, is-Sindku ta' Wied il-Għajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 April 2025