MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 Il-gazzetta ILLUM tpoġġi mal-Ekonomista Marie Briguglio sabiex tiddiskuti kif nistgħu naċċertaw il-kuntentizza t'aktar Maltin Skemi tal-gvern li jgħinu lil min jgħix b'diżabbiltà Il-benessri tal-Maltin: Kif nistgħu nkunu iżjed kuntenti? ILENIA DEBONO F'Marzu ta' din is-sena, il-Wellbeing INDEX Project immexxi mill-Malta Foundation for the Wellbeing of Society (MFWS) flimkien mal-Università ta' Malta, ħarġet analiżi bbażata fuq statistika mal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO). Dan l-istħarriġ wera li, fil-waqt li bħala medja l-Maltin huma kuntenti, hemm numru sostanzjali li mhumiex, "67,703 persuni f 'Malta jirnexxilhom iħossuhom kalmi 'għal ftit tal-ħin, jew qatt,'" qalet Marie Briguglio, ekonomista u l-mexxejja tal- proġett. Fl-istess xahar ħarġet l-istatistika tal- World Happiness Report fejn Malta niżlet għat-48 post minn 147, tmien postijiet taħt fejn konna s-sena l-oħra. Malta kklas- sifikat taħt pajjiżi bħall-Vjetnam u n-Nic- aragua. Din kienet l-agħar klassifika li qatt kellha Malta mill-2012. Il-ġurnal ILLUM tkellem mal-Ekono- mista Marie Briguglio fuq il-ħsieb tagħha jekk dan hux minnu skont ir-riċerka li qed issir mill-proġett, u fuq kif nistgħu nindi- rizzaw din il-problema bħala pajjiż. Fl-istħariġ tagħha hi ħeġġet lin-nies fil-poter sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet ta' dawk id-29,820 persuna li rari jew kważi qatt ma jħossu l-ferħ. "Hemm bżonn ta' politika li timmira iktar għall-ġid uman, inkluż iktar ħsieb u riżorsi fuq is-saħħa mentali u kif l-ekonomija toħloq impatt fuq il-ħajja ta' kuljum," qalet Briguglio. Hi kompliet billi qalet li l-miżuri għand- hom ikunu speċifiċi għall-gruppi affet- twati, pereżempju jekk l-anzjani huma fost dawk li qed iħossuhom l-iżjed iżola- ti, għandhom jiġu msaħħin il-miżuri ta' parteċipazzjoni soċjali li jwasslu għall-ko- munitajiet lokali iżjed magħqudin. Briguglio għamlet ukoll referenza għall-istħarriġ tal-Wellbeing INDEX Pro- ject fejn terz tal-Maltin jgħixu fl-istorbju. Din hija kritika ta' ħafna nies għax l-istor- bju eventwalment iwassal għal problemi mentali bħall-ansjetà u d-dwejjaq. Skon- tha, hemm ħafna xi jsir f 'dan ir-rigward: "Liġi. Infurzar. Rispett." Briguglio titkellem ukoll rigward il-problemi ta' dawk li qegħdin f 'sitwazz- joni soċjo-ekonomika baxxa, bħal dawk li qegħdin bla xogħol u dawk li jaqilgħu l-paga minima. Hi tgħid li għal dawk li qed jaffaċċjaw problemi finanzjarji, pereżemp- ju l-faqar, hemm bżonn li jkun hemm iżjed opportunitajiet ta' taħriġ u impjieg b'kundizzjonijiet aħjar. "Is-sistema tal-welfare f 'Malta hija relattivament ġeneruża f 'ċerti aspetti, iżda hemm lakuni," qalet. Hi tiaħ fuq dan billi tgħid kif l-ekonomija tgħin iżjed lil min hu koppja iktar milli lil dak li jkun waħdu, b'inċentivi li indirettament jiffavorixxu lil min hu parti minn familja tradizzjonali. Hija r-realtà li llum l-istruttura tal-familja nbidlet. Hemm min jagħżel li ma jiżżew- wiġx jew li ma jkollux tfal. L-istatistika tal- proġett uriet li dawn għandhom benessri iktar baxx, speċjalment fil-każ ta' single parents li għandhom sitwazzjoni finanz- jarja iżjed kiefra. "Irridu regoli u infurzar ambjenta- li biex nilħqu ġid ekonomiku, u anke ambjent xieraq." Fattur ieħor li jaffettwa l-kuntentizza ta' dak li jkun huwa l-amb- jent. Fost is-suġġetti li Briguglio tgħallem hemm l-istudju tal-ekonomija ambjentali. Hi tgħid li sabiex Malta jkollha żvilupp ekonomiku li ma jaħdimx kontra l-amb- jent, irridu nħallu l-ekonomija taħdem, "imma mhux bla rażan." Briguglio tagħti xi suġġerimenti ta' kif dan jista' jintlaħaq, pereżempju in- ċentivi ekonomiċi bħal taxxa ambjentali fuq il-konsum eċċessiv tal-enerġija, użu tal-karozza u sussidji għal soluzzjonijiet nodfa. Minbarra dan, hi enfasizzat l-importan- za li l-ekonomija Maltija tkompli tiddiver- sifika f 'setturi sostenibbli bħall-ekonomija diġitali u l-enerġija nadifa. L-Ekonomista Marie Briguglio SEAN FENECH Hemm numru ta' skemi disponibbli għal min iħaddem jekk dawn iħaddmu persuni b'diżabbiltà, skont tagħrif li ngħata fil-Parlament. Din aħbar ferm tajba għal dawn il-persuni li, sfortunatament, xi kultant huma l-vittmi ta' preġudizzju minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni ġiet meħuda minn mistoqsija parlamentari magħmula lill-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri mill-Kelliema għall- Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea. Fil-mistoqsija tagħha, Galea staqsiet "xi skemi joffri l-Gvern għal min jimpjega persuni b'diżabilità?" Apparti minn hekk, staqsiet ukoll kemm-il sena ta' impjieg huma validi dawn l-iskemi. Fit-tweġiba tiegħu, Camilleri qal li "Jobsplus toffri diversi inizjattivi għal min jimpjega persuni b'diżabilità." L-INĊENTIVI GĦALL-IMPJIEG TA' PERSUNI B'DIŻABBILTÀ Camilleri semma tliet skemi li jinċentivaw lil min iħaddem biex jagħtu impjieg lil min għandu xi diżabbiltà. Fosthom, hemm l-Iskema Aċċess għall-Impjiegi (A2E), li hija skema li toffri sussidju ta' €302 fil-ġimgħa għal tliet snin lil min iħaddem persuna b'diżabbiltà f 'impjieg full-time. Għal impjiegi part-time, jingħata sussidju prorata ta' €151 fil-ġimgħa. Dan l-ammont jiżdied kull sena biex jirrifletti l-għoli tal-ħajja. Barra minn hekk, hemm ukoll inċentiv fiskali għal dawk il- kumpaniji li jimpjegaw persuni b'diżabbiltà iżda ma jibbenifikawx mill-Iskema A2E. Dawn il-kumpaniji jistgħu japplikaw għal inċentiv fiskali ta' 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull impjegat b'diżabbiltà. L-ammont massimu li jista' jingħata għal kull impjegat huwa €4,500 fis-sena, u dan jitħallas immedjatament wara t-tmiem tas-sena kalendarja. L-aħħar skema tal-Jobsplus hija eżenzjoni mill-ħlas tal-bolla fejn kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b'diżabbiltà jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill- ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas- sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati bħala persuni b'diżabbiltà. Minn dawn l-iskemi, l-Iskema A2E biss għandha perjodu limitat, filwaqt li ż-żewġ inizjattivi l-oħra huma offruti għal perjodu indefinit. L-Iskema A2E hija limitata għal tliet snin. SERVIZZI TA' APPOĠĠ MILL-FONDAZZJONI LINO SPITERI Minbarra dawn l-inċentivi finanzjarji, hemm ukoll il- Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) li toffri servizzi biex tgħin lill- persuni b'diżabbiltà jintegraw aħjar fid-dinja tax-xogħol. Dawn jinkludu servizzi ta' job carving u job coaching. Job carving hija forma ta' għajnuna lil min iħaddem biex jadatta x-xogħol skont il- ħiliet u l-bżonnijiet tal-persuna b'diżabbiltà. Min-naħa l-oħra, job coaching huwa tip ta' għajnuna individwalizzata biex il-persuna titgħallem sew ix-xogħol u tintegra b'suċċess fl-ambjent tax- xogħol tagħha. Hemm numru ta' skemi offruti minn Jobsplus kif ukoll għajnuna mill-Fondazzjoni Lino Spiteri biex il-persuni b'diżabbiltà jintegraw aħjar fix-xogħol.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 April 2025