Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094
intervista illum • IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 07 'L-ewwel prijorità li għandha tingħata allura hija li nżidu s-sigurtà fit-toroq tagħna' INTI KKRITIKAJT KIF IL-GVERN IPPROPONA SKEMI SABIEX TITNAQQAS IL-PROBLEMA TAT- TRAFFIKU BILLI JIPPROMOVU L-MUTURI U L-INFRASTRUTTURA ĦA TINBIDEL WARA. KIEKU KONT INTI L-MINISTRU GĦAT-TRASPORT, X'TIBDILIET TAGĦMEL FL-INFRASTRUTTURA KURRENTI SABIEX ISSIR ADEGWATA GĦAL WIEĦED BIEX JEQLEB GĦALL-MUTUR JEW GĦAL XI METODU IEĦOR TAT-TRASPORT? L-iżjed ħaġa li żżomm lin-nies lura milli jużaw mutur jew rota hija l-periklu. L-ewwel prijorità li għandha tingħata allura hija li nżidu s-sigurtà fit-toroq tagħna. Dwar dan għamilna diversi proposti, fosthom: • Infurzar effettiv tar-regoli tat-traffiku li jneħħi mit- toroq tagħna xufiera abbużivi, partikolarment fejn jidħol sewqan taħt l-effett tas-sustanzi (tal- iskantament kif għal pajjiż ta' aktar minn nofs miljun ruħ fejn hawn mijiet ta' eluf ta' sewwieqa, il- Pulizija għandhom total ta' 18-il breathalyser, li 17 minnhom kienu donazzjoni mill-Malta Insurance Association. Tul dawn is- snin kollha, il-Gvern xtara biss breathalyser wieħed għall-Korp tal-Pulizija.) Dan m'għandux isir biss fiż-żminijiet tal-festi imma tul is-sena kollha. Fost l-oħrajn, test għall-effett tas-sustanzi u xorb għandu jsir f 'kull inċident fejn ikun hemm mewt jew korriment ta' xi ħadd; • Pieni aktar ħorox u sospensjonijiet ta' liċenzji lil min jiġi stabbilit li kkawża inċidenti li fihom iweġġgħu jew saħansitra jmutu n-nies; • Kampanji ta' edukazzjoni dwar ir-rispett bejn kull min qed juża t-triq, karozzi, muturi, roti, u min qed jimxi; • Infurzar ta' miżuri ta' sigurtà fejn ikunu qed isiru xogħlijiet fit-toroq (barriers kif suppost meta jitħaffru trinek, dwal billejl eċċ); • Rapport ta' esperti dwar id- disinn ta' toroq fejn qed jiġu ripetuti ħafna inċidenti, u inċidenti serji, u kif dawn jistgħu jitjiebu, fosthom Triq Anton Buttigieg, iż- Żejtun; • It-twaqqif tat-Transport Safety Investigative Commission li kienet ġiet imwiegħda u li tkun tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet biex ċerti inċidenti ma jirrepetux ruħhom. • Leġiżlazzjoni li tagħti prijorità u protezzjoni akbar lil sewwieqa ta' vetturi fuq żewġ roti. FOST L-ISKEMI LI ĦABBAR IL-MINISTRU GĦAT- TRASPORT HEMM IŻJED ROTOT TAT-TRASPORT PUBBLIKU U PARK-AND- RIDES ĠODDA. TEMMEN LI DAWN ĦA JĦEĠĠU IŻJED NIES SABIEX JUŻAW IT- TRASPORT PUBBLIKU JEW ĦA JIKKAWŻAW IŻJED TRAFFIKU? Aħna nemmnu li jeħtieġ issir reviżjoni tar-rotot sabiex ikun hawn konnessjonijiet aħjar mal-postijiet fejn jaħdmu l-aktar nies. Naqblu ma' dak li propona l-Ministru li jitjiebu r-rotot lejn l-industrial estates, imma mhux biss. Hemm bżonn konnessjonijiet aħjar ma' ċentri oħra fejn illum hemm ħafna nies jaħdmu, bħal Birkirkara, l-Imsida, il-Gżira, Ta' Xbiex u Ta' Sliema. U konnessjonijiet diretti mil-lokalitajiet għall-Universita, l-MCAST u l-Higher Secondary. Ma nistgħux inħallu s-sistema tat- trasport pubbliku ċċentralizzata mal-Belt Valletta. Nemmnu li anke l-Park-and-rides jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni, għax ħa jnaqqsu l-ammont ta' karozzi jduru u jagħqdu ġoċ-ċentri tal- ibliet u l-irħula biex ifittxu parking, li minnu nnifsu wkoll huwa parti mit-traffiku. WAĦDA MILL-KRITIKA TA' ĦAFNA FUQ DAWN L-INIZJATTIVI HIJA N-NUQQAS T'IMPORTANZA LI NGĦATA LIT-TRASPORT PUBBLIKU. FL-ISTESS PROPOSTI HEMM UKOLL IŻJED SPAZJI TA' PARKING GĦALL-KAROZZI. X'GĦANDU JSIR SABIEX IT-TRASPORT PUBBLIKU JSIR IŻJED EFFIĊJENTI U LI WIEĦED JISTA' JSERRAĦ FUQU, SABIEX IKUN HEMM NIES LESTI LI JNEĦĦU L-KAROZZA U JEQILBU GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU? Pajjiżna jrid jibda jinvesti llum qabel għada f 'sistema ta' trasport tal-massa effiċjenti li tkun kumplimentata mit-trasport pubbliku. Ma nistgħux nibqgħu nipposponu investiment ta' dan it-tip għax "jieħu ħafna snin biex jitwettaq". Ilna għaxar snin nisimgħu hekk. Li kieku bdejna, forsi llum wasalna biex nibdew narawh implimentat. META L-PARTIT NAZZJONALISTA QAL LI L-GVERN MHUX QED JAGĦTI APPOĠĠ LIL MEZZI TAT- TRASPORT ALTERNATTIV B'DAWN L-ISKEMI, GĦAL LIEMA MEZZI TAT-TRASPORT QED TIRREFERU? X'JAGĦMEL IL-PN JEKK JITLA' FIL-GVERN SABIEX IĦEĠĠEĠ IŻJED L-UŻU TAR-ROTA FIT-TRIQ? Qed nirreferu għar-roti, il- muturi, l-iscooters. Irridu ninvestu f 'infrastruttura adekwata għal dawn il-mezzi, inkluż spazji fejn dawn jitħallew. Ma jistax ikollna cycling lanes li jispiċċaw ħesrem. Fl-istess ħin insaħħu s-sigurtà u l-protezzjoni ta' min jivvjaġġa b'dawn il-mezzi, bil-miżuri ta' road safety li semmejt qabel. LIEMA TAĦSEB LI HU L-IŻJED MEZZ TAT-TRASPORT LI MALTA GĦANDI TINVESTI FIH META WIEĦED JIKKONSIDRA L-POPOLAZZJONI U L-QIES TAL-PAJJIŻ? S'issa ġew diskussi diversi għażliet. Light railway, metro, trackless tram, bus rapid transit. Kollha fihom il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom. Għandu jsir studju komparattiv tal- fattibilità tagħhom, niddeċiedu fuq wieħed u nibdew inwettquh. X'JIPPROPONI L-PARTIT NAZZ JONALISTA RIGWARD IL-KONNESSJONI FIŻIKA BE JN MALTA U GĦAWDEX? Dwar konnessjoni fiżika nemmnu li għandhom jiġu ppubblikati l-istudji kollha fl- intier tagħhom, u d-deċiżjoni tittieħed mill-Għawdxin. Però nemmnu li hemm ħafna iżjed x'jista' jsir dwar il-konnettività ma' Għawdex, lil hinn mill-bżonn jew le ta' konnessjoni fiżika. U għamilna diversi proposti dwar dan, fosthom: • Flotta ġdida ta' vapuri – se nintroduċu erba' vapuri ġodda u moderni li jilħqu l-ogħla standards ta' sigurtà u effiċjenza, sabiex il-konnettività tkun stabbli u affidabbli matul is-sena kollha kif spjegajna waqt konferenza organizzata mill-MEP tagħna Peter Agius f 'Għawdex ftit ilu. • Il-ħames vapur iddedikat għat-trasport tal- merkanzija – Il-Partit Nazzjonalista jrid jintroduċi vapur iffukat fuq il-merkanzija li jopera bejn Għawdex u l-Port il-Kbir, sabiex jittaffa l-inkonvenjent li qed iġarrbu, kemm il-passiġġieri, kif ukoll in-negozji Għawdxin. Il- Gvern din semmieha fil- miżuri li ħabbar. Imma wieħed jittama li proposti bħal dawn ma jibqgħux fuq il-karta u li dan is- servizz ikun jitħaddem b'vapur modern attrezzat għall-bżonnijiet tal-lum u mhux b'xi vapur skadut bħall- MV Nikolaos. Dan is-servizz kien jeżisti diġà fi żmien Gvern Nazzjonalista sa ma waqqfu dan l-istess Gvern Laburista ftit snin ilu. Il-ħasra li l-Gvern kien hu stess li ħoloq din il- problema u ilu snin jinjora lill-Partit Nazzjonalista fuq dan is-suġġett. • Tisħiħ tal-Portijiet tal- Imġarr u ċ-Ċirkewwa – Il-portijiet se jiġu estiżi u mmodernizzati biex jilqgħu għad-domanda futura, inkluż titjib tal- breakwaters sabiex dawn il-portijiet ikunu verament all-weather ports u jaħdmu f 'kull tip ta' temp. • Tisħiħ tal-infrastruttura – Hemm bżonn titjib tal-aċċess lejn il-Port tal-Imġarr biex jitjieb il- fluss tat-traffiku. Dwar dan, naturalment, isiru l-istudji ambjentali kollha meħtieġa imma żgur li trid issir xi ħaġa biex insolvu din il-problema. Bħal f 'kollox, l-importanti l-bilanċ. Kull ħaġa li tagħmel jew ma tagħmilx għandha impatt kemm negattiv jew pożittiv. Ejja naqblu imma li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu kif inhuma. • Aktar vjaġġi għat-trasport ta' oġġetti perikolużi – Se jiżdiedu l-vjaġġi speċjalizzati għall- merkanzija perikoluża sabiex jiġi evitat kull periklu għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ. "Pajjiżna jrid jibda jinvesti llum qabel għada f 'sistema ta' trasport tal- massa effiċjenti li tkun kumplimentata mit-trasport pubbliku" – Mark Anthony Sammut