Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094
08 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum opinjoni "Għal kull ewro li l-Gvern investa fil-films, permezz tal-programm tal-cash rebate, l-industrija tal- films tiġġenera €3 lura fl-ekonomija ta' pajjiżna." H ekk kif Malta tfakkar Jum il-Ħelsien, nixtieq nirrifletti fuq il-vjaġġ li ħa l-pajjiż biex kom- pla jibni d-destin indipendenti tiegħu. Filwaqt li tradizzjonal- ment nimmarkaw it-tmiem tal-preżenza militari Brittanika fl- 1979, din il-festa Nazzjonali sser- vi wkoll bħala tfakkira tal-ħidma ta' Malta għal indipendenza f 'kull settur, inkluż fis-settur tal-films. Illum il-ġurnata, pajjiżna m'għadux biss sfond pittoresk għall-produzzjonijiet barranin, anzi qed nikkultivaw industrija sostenibbli u b'saħħitha li tpoġġi t-talent, u l-kreattività Maltija fil- qalba tagħha. Għal deċenji, Malta kienet biss sempliċement destinazzjoni għal pajjiżi oħra. Ix-xenarju xemxi, il- baħar, u l-fortifikazzjonijiet storiċi, provdew, u għadhom jipprovdu bħala sett ideali għall-istudios ta' Hollywood, produzzjonijiet Ingliżi, is-suq Ewropew u pajjiżi oħra. Mit-toroq tal-Belt Valletta minflok Marsilja tas-seklu 19 fil-film e Count of Monte Cristo, sat-tieqa tad-Dwejra fis-serje Game of rones, gżiritna ilha tieħu rwol ta' appoġġ fiċ-ċinema globali. Madankollu, l-industrija tal- films Maltija propja ma tibdiex u tieqaf hawn. Illum aktar minn qatt qabel, l-industrija torbot mal-crew Malti u Għawdxi mħarreġ f 'kull dipartiment. Hemm iktar minn 25 dipartiment wara produzzjoni sħiħa, minn ħajjata għal make-up artists, minn mastrudaxxi għad- dipartiment tal-kostruzzjoni, u minn dipartimenti inkarigati għall-ispecial effects, fost ħafna oħra. Dawn id-dipartimenti kollha jgħinu lill-produtturi jagħmlu l-istorja tagħhom reali. Fl-2018, nedejna l-programm 'Opportunity for All' illi wassal għal aktar struttura tal-industrija tal- films, u fejn aktar opportunitajiet bdew jingħataw lill-Maltin u Għawdxin. Sal-2018, l-industrija tal-films kienet waħda staġjonali. Illum, irnexxielna nibnu industrija tal-films li taħdem is-sena kollha. Bit-tisħiħ tal-cash rebate li joffri, u l-bidliet li għamilna fl-2019, waslu biex pajjiżna jattira aktar produzzjonijiet fejn aktar Maltin u Għawdxin jaħdmu fil-films. Illum għandna aktar minn produzzjoni waħda għaddejja fl-istess ħin. Fil-fatt matul Marzu kellna tmien produzzjonijiet jaħdmu fl-istess ħin. Għandna madwar 700 crew lokali jaħdem full-time fuq dawn il-films. Illum, li jkollok karriera fil-films hija realtà. Wieħed jibda minn trainee, u jitla' l-iskaluni tant li jista' jkollu opportunitajiet fuq produzzjonijiet barra minn Malta. L-inizjattiva li Opportunity for All ħadet biex toħloq direttorju kompliet tagħmel il-crew aktar aċċessibbli. Fejn qabel ħaddiem kien jiġri wara produzzjoni biex isib impjieg, illum il- produzzjonijiet ifittxu huma aktar Maltin u Għawdxin biex jaħdmu magħhom. Ħloqna linji gwida għall- crew, li l-Kummissjoni tal-Films ħarġet għal produzzjonijiet internazzjonali u lokali li jibbenefikaw mill-programm tal-cash rebate. Saħħaħna l-pagi għall-crew Malti u Għawdxi, tajna drittijiet ġodda biex insaħħu l-crews lokali. B'hekk tajna aktar serħan il-moħħ lil dawk kollha li jaħdmu fl-industrija tal-films. Din is-sena niċċelebraw mitt sena ta' films f 'Malta. Kien fl-1925 li beda x-xogħol fuq l-ewwel film miġbud f 'Malta. L-ewwel erba' films f 'Malta (Sons of the Sea, e Battles of Coronel and Falklands Islands, Bolibar, u Tell England) kollha nħaddmu fi gżiritna bi it li xejn rikonoxximent għall-Maltin. Maż-żmien, saħħaħna l-preżenza tagħna fl-industrija, imxejna minn dell tal-istilel internazzjonali, għal punt integrali fil-produzzjonijiet. Illum, il-Maltin huma involuti f 'kull stadju tal-produzzjoni. Kienet din il-bidla li rat l-industrija tal-films issaħħaħ il-brand image ta' pajjiżna u tibda tikkontribwixxi b'mod aktar b'saħħtu fl-ekonomija, anke fl-iktar żminijiet diffiċli ta' pajjiżna. Fi żmien il-pandemija, filwaqt li setturi oħra raw kif se jsalvaw, l-industrija tal-films waqt il-pandemija baqgħet għaddejja, b'aktar minn 30 produzzjoni jaħdmu f 'Malta bejn l-2020 u l-2021, inkluż il-film 'Jurassic World: Dominion'. Il-Kummissjoni tal-Films kienet fiċ-ċentru ta' din it- trasformazzjoni. Rajna numru dejjem jikber ta' produtturi li jagħżlu lil pajjiżna għal proġetti ambizzjużi. L-investiment kontinwu li l-Gvern għamel wassal għal dan it-tkabbir tal-industrija tal-films, li mbagħad wassal għal tkabbir fl-ekonomija f 'pajjiżna. Fil-fatt għal kull ewro li l-Gvern investa fil-films, permezz tal-programm tal-cash rebate, l-industrija tal-films tiġġenera €3 lura fl-ekonomija ta' pajjiżna. Illum niċċelebraw il-passi li għamilna biex niżguraw li l-crew Malti jiġi aktar rikonoxxut mill- produzzjonijiet internazzjonali li jagħżlu lil Malta. Hekk kif nimxu 'l quddiem, l-impenn tagħna jibqa' wieħed li nkomplu ninvestu fit-talent lokali billi nibnu industrija li tipprovdi karrieri stabbli għall-kreattivi Maltin u Għawdxin, waqt li nassiguraw li naslu għall-viżjoni tagħna fejn noħolqu "a world class film industry" f 'Malta. Illum niċċelebraw il-vjaġġ li mxejna flimkien biex nibnu u nsaħħu industriji ekonomiċi ta' pajjiżna, fosthom l-industrija tal- films li llum hija waħda sostenibbli, kompetittiva u li tassigura jobs għall-Maltin u l-Għawdxin. Malta fil-films: Minn industrija staġjonali għal waħda li taħdem kuljum Kummissarju tal-Films JOHANN GRECH Pajjiżna qed jattira aktar produzzjonijiet fejn aktar Maltin u Għawdxin jaħdmu fil-films