MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum opinjoni "L-imperjaliżmu mhux xi storja antika jew xi ħaġġa 'l bogħod minna. Qed narawh f 'kull rokna ta' pajjiżna, fil-bliet, fil-portijiet, fil-kuntratti tal-gvern, fil- prezzijiet li jogħlew, u fl- istabbilimenti li qatt ma kont tara f 'Malta qabel" D in hija s-storja ta dar. Blokka ċkejkna fil-qalba tal-Gżira li, sal-1951, kienet sservi biex bħal ħafna blokok fil-Gżira, jinkrew mill-baħrin li kultant ifettlilhom tant jitlaħilħu li jfettlilhom jissottaw il-ġebel lejn il-każini max-xatt forsi jolqtu xi nkwatru. Is-sidien huma familja Slimiża. Grech, magħrufa sew f 'tas- Sliema, kollha b'ismijiet kemxejn pompoużi bħal Tancredi, Napuljun u Costantino. Fosthom kien hemm Domenico, jew aħjar, kif kien magħruf, is-Sur Duminku. Duminku kellu ħafna xorti u ġid fi familtu; iżda l-imħabba ma sabiex f 'żgħożitu. Ma tantx nixtieq nuża l-kelma mħabba; għal dawn in-nies ma kenitx wisq imħabba. Aktar sens ta prosperita', u prosperita' mislufa għaliex kienu jisilfuha mit-Taljani li tant kienu jigglorifikaw. Mhux waħda tnejn kien hemm benestanti Slimiżi miżżewġa lil Taljani. Iżda hawn Duminku mar żmerċ; meta diġa kienet għaddiet il-gwerra bis-saħħa ta ħuttaba, sab waħda biex forsi tkabbarlu s-sens ta ġid personali, ma intebaħx li sab waħda ġejja minn familja ta partiġjani li kienet temmen ħafna fil-valuri tagħha. Dorotea kienet armla; romlot qabel ma faqqgħet il-gwerra u spiċċat trabbi lil bintha Ċettina bl-għajnuna biss ta familtha. Ir-reġim ta Mussolini la kien ħanin fuq n-nisa u wisq inqas jekk dawn romol. Żewġha kien skarpan partiġjan li kien jingħad li kien iħobb lil dawk tal-Piana Degli Albanesi; dan miet b'attakk tal-qalb qabel biss Mussolini ħa Sqallija f 'idu, meta binthom kellha biss sena. Il-bandiera ħamra ħarġet hekk kif miet Duminku fis-sena 1969; qas leħaq miet li Dorotea biegħet il-partijiet mikrija tal-blokka għal xelini biex tiffoka fuq dawk li qed jgħixu fiha bintha Ċettina, issa miżżewġa lil Joseph, u ż-żewġ ulied tagħhom; Natalie u Dorothy. Ommi u ziti Ommi kibret hemm, għexet hemm, bkiet hemm u rabbiet hemm hi ukoll. Minkejja in- nannu tar-rispett benestant, huma per se ma kienux; kellhom xorti kellhom s-saqaf li wirtu u l-paga tas-servizz ta missiera Joseph, n-nannu tiegħi, eks surġent fis-Civil Service u accountant, grazzi għall-valuri ta ommha u nannitha, li baqgħu misturin sa tard ħafna. Ommi żżewġet drasman fil- Malta Shipbuilding Ma konniex nies ta flus; u wara li ħallietna n-nanna Dorotea fil-1996, kienu l-istess valuri mogħdija lin-nanna li tawna saqaf. Bil-paga tal-papa', bin- nanniet mardu u ħija li aktar tard ħareġ li huwa persuna bl- awtiżmu kellna xorti li kellna dar. U ġara li n-nanniet ħallewna ukoll. In-nanna Ċettina fil-2015, u n-nannu Ġużi segwiha fil-2018. Għaliex qed nqajjem dawn il-punti? Wara mewthom, fejn ħallew din il-blokka li kien fiha tlett appartamenti minfudin, għaddew f 'idi u f 'id ħija bil-barka tal- ġenituri tiegħi u ziti. Pero' ma kellniex biex inħallsu il- manutenzjoni meħtieġa biex din d-dar tiqba wieqfa. Jien sadattant żżewiġt u bdejt inrabbi familja. Żammejt il-valuri ta nannti, anzi, forsi sirt aktar ħarex; ma ridtx nikri. Il-kirja ma emmint qatt biha; wisq inħoss li hija mod kif wieħed jgħix ta sangisuga billi tkabbar ġidek fuq l-għajxien ta ħaddieħor minflok dan tħalliħ isir sid ta daru hekk kif int sid ta darek. Ridt inbiegħ. Imma familti riedu li jiqbgħu il-Gżira. Missieri sadattant bidel x-xogħol, xorta bi paga miżera u issa ormai kbir wisq biex issellef mill-bank, u ħija, minħabba diskriminazzjoni li dejjem sab ma wiċċu, baqa b' paga ta part time. Jien f 'idi kelli diġa żewġ selfiet fil-bank. Mela biex nirranġaw kelli nieħu deċiżjoni; jew nikkomprometti l-valuri tiegħi u nikri, jew nbiegħ mqar parti. U biħħejt l-arja lil żviluppaturi li wegħduna l-ilma jiżfen u serħan tal-moħħ. F'temp ta sena, ommi u missieri setgħu imorru jgħixu lura f 'dar armata daqs li kieku ġdida għal kollox. Iżda bdejna bl-inkwiet mill- ewwel; mingħajr ma kkonsultaw magħna, kilulna mill-għoli tas- saqaf mhux biex jakkomodawna, imma biex itellgħu sular ieħor għalihom, ma jmurx jaħarbilhom sold. Ftit xhur wara, l-iżviluppaturi kienu involuti f 'traġedja li twettqet taħt il-ħarsien tagħhom. Dawn l-istess żviluppaturi wara li kkonfrontajnihom u għedduni li jekk mhux se nċedi se jwaqqgħu s-saqaf fuqna jekk ma nċedulomx, kellna nsibu kompromess ta malajr; kien fl- eqqel tal-COVID u diġa kollox kien inċert. U kkompromettejna għal prezz; mhux prezz kbir, imma prezz. U minkejja li tfajna klawżola għad-dewmien fil-kuntratt, beda t-tkaxkir tas-saqajn. Għaddew sentejn minn meta sippost daħlu lura, u l-ġenituri tiegħi għadhom ma daħlux. Il-piż ta kirja li dejjem qed tara kif togħla – għax dik oħra – qed nbagħtuhom kollha aħna. Minkejja li appellajna mal- awtoritajiet, sibna biss bibien magħluqa u tidwir mal-lewża. X'għandu x'jaqsam dan kollu? L-imperjaliżmu mhux xi storja antika jew xi ħaġġa 'l bogħod minna. Qed narawh f 'kull rokna ta' pajjiżna, fil-bliet, fil-ports, fil- kuntratti tal-gvern, fil-prezzijiet li jogħlew, u fl-istabbilimenti li qatt ma kont tara f 'Malta qabel. Aħna nafu kif jaħdem dan kollu. L-ewwel ikunu jġu joffrulek "ħbiberija", jgħidulek li jridu jgħinuk, li se jħallu l-flus f 'pajjiżna. Imbagħad tibda tara xi ħwejjeġ jinbidlu: l-art tagħna tiġi mibjugħa, ix-xogħol tagħna jibda jiġi skreditat, l-awtoritajiet jibdew jiggranfaw ma' min għandu l-flus, mhux ma' min jaħdem tassew. Ejja nagħmlu l-affarijiet ċari: L-imperjaliżmu mhuwiex biss il-gwerra. Huwa l-kontroll ekonomiku li jitqabbad mill- barranin fuqna. L-aktar għonja jaħtfu l-opportunitajiet, filwaqt li aħna nibqgħu niġirdu għall-it li jġi mitluq. Kull rokna ta' pajjiżna qed tinxtara u tingħata lil barranin li jħarsu lejna bħala forża tax- xogħol, mhux bħala sħab f 'dan il-pajjiż. Jekk tipprova tqum u titkellem, jgħidulek li int l-problema, li ma tiimx x'inhu "progress". Min qed jikkontrolla? Hawnhekk Malta għandna n-negozji kbar li jikkontrollaw il-gvern u l-ekonomija. Għandna kuntratturi li mhux biżż ehmu bejniethom, imma issa għandhom ukoll lil min imexxi l-pajjiż fl-idejn tagħhom. Għandhom l-aqwa avukati, l-aqwa awdituri, u l-aqwa konnessjonijiet barra minn Malta biex jieħdu u jħaddmu lil min iridu. Ara x'inhu jiġri madwarna: Il-pagi ma telgħux mal- prezzijiet, u b'hekk il-ħaddiema Maltin qegħdin dejjem jissugraw jaqgħu lura. Servizzi tas-saħħa u tal- edukazzjoni qedin jittieklu aktar u aktar mill-privat. L-akbar negozji qed jieħdu l-artijiet li kienu għall-poplu, u jibnu fuqhom bini li anqas biss nistgħu nħallsu biex noqogħdu fih. Waiting lists ta nies biex isibu dar b'lura u djar ta kenn kollha mimlijin minkejja surplus ridikolu ta bini vojt u għad qed jiġi żviluppat. L-ajruplani militari barranin jinżlu fuq l-art Maltija, filwaqt li l-gvern jippretendi li aħna pajjiż "newtrali". Il-mexxejja tagħna qed jgħumu f 'selfies mal-faxxisti, kompromessi maż-Żijonisti u diskorsi vojta, imma jsegwu biss id-direzzjonijiet ta' min iħallashom. Oppożizzjoni li qed tikkomprometti ruħha ma dawk li sippost qed tikkritika. Allura min qed imexxi; il-partit tal-ħaddiema li sippost soċjalista, dak li sippost qed jopponih, jew min qed iħallsilom dak li mhuwiex ddikjarat? Dak huwa l-imperjaliżmu. U fuq dan kollhu, issa, għandna min ma dan kollhu irid iżidilna anke t-theddida t'ekonomija t'awsterita' u gwerra. X'jista' jsir? L-ewwel nett, irridu nqajmu l-kuxjenza. Kull min jaħseb li "m'hemmx x'tagħmel" qiegħed jgħin lil dawn in-nies jieħdu kontroll sħiħ. Irridu nibqgħu nitkellmu u nesponu dak li qed isir bil-moħbi. Irridu nieħdu lura l-ekonomija tagħna billi nappoġġaw ix-xogħol Malti, mhux nħallu l-kumpaniji kbar jisirqulna l-futur. Irridu nieqfu nħallu lill- mexxejja tagħna jbiegħu l-art u r-riżorsi tagħna lill-barranin għonja sakemm qed iġib fqar u msejkna biex jgħaffeġ u jumiljaħ, filwaqt li aħna ma nibqgħux naffordjaw li ngħixu fil-pajjiż tagħna. L-għani jismen, u l-fqir u l-imsejken, Malti jew barrani, jiżebblaħ. U min sippost jwaqqaf dan kollhu jieħu l-ġenb taparsi għandna governanza. L-aqwa imperu fid-dinja jista' jaqa' jekk in-nies tqum. Aħna kontra min qed jeħdilna l-bżonnijiet tagħna biex jitħanżer aktar hu. Qed nieħdu s-sens ta' familja u komunità li dejjem kellna u qed nagħmluh qligħ għal min jara biss il-profitti. Issa wasal ż-żmien; jew inqumu, jew niqbgħu passivi sa ma ma jibqgħalna xejn. Ta' min hija s-setgħa? Media Officer ta' Front Maltin Inqumu u tal-Grupp Newtralità u Paċi RAPHAEL BORG

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 April 2025