Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan l-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se tkun dik il-ġimgħa li issa tista' taqbad ir-rankatura lejn dawk il-miri prinċipali. Analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan l-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li torganizza aħjar lilek innifsek. Taf li s'issa għandek ħafna toroq li dawn kollha jistgħu jagħtuk dik l-opportunità mixtieqa. Irifletti. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan l-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Libra se tkun ġimgħa li fiha trid tagħraf aħjar minn issa dak li vera tixtieq. Għandek diversi opportunitajiet. Issa huwa l-waqt għal direzzjonijiet ġodda. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan l-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa għal pawża sabiex grazzi għaliha tkun tista' tirrifletti, tagħraf u taħseb sew kif se taddatta lilek b'aktar għaqal. Iż- żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan l-ewwel żodjaku ta' Aries, għalik, Pisces se tkun dik il-ġimgħa fejn trid tagħraf aktar lilek innifsek wara li għamilt li stajt lejn dawk li xtaqt tgħin. Issa trid iddur dawra madwarek u tara x'inhu l-aħjar għalik. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries – il-Kibx Mill-Ħadd 13 ta' April sas-Sibt 19 ta' April IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Mit-tweġiba tal-Ministru ħareġ illi Triq Girolamo Cassar fil-Belt Valletta tieħu l-ewwel post għall- iktar triq fejn ingħataw ċitazzjonijiet, b'total ta' 102 ċitazzjonijiet. Barra minn hekk, triq oħra fil-Belt Valletta wkoll issib ruħha fost l-10 toroq bl-iktar numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija. Din hija Triq San Pawl fejn b'kollox ingħataw 62 ċitazzjoni. Dan ifisser li minn 703 ċitazzjonijiet, 164 ċitazzjoni ġew mill-Belt Valletta biss. Fi kliem ieħor, iż-żewġ toroq fil-Belt Valletta jirrappreżentaw 23.3% tas-703 ċitazzjonijiet. IL-LOKALITAJIET L-OĦRAJN Barra l-Belt Valletta, kien hemm seba' lokalitajiet oħrajn imsemmijin fit-tweġiba tal-Ministru, li huma Raħal Ġdid, Ħal Luqa, il-Marsa, in-Naxxar, il-Gudja, ir-Rabat, u San Ġiljan. Fit-tweġiba, il-Ministru żvela li t-tieni l-iktar triq fejn ingħataw ċitazzjonijiet kienet it-Telgħa ta' Ras Ħanżir f 'Raħal Ġdid fejn inħarġu total ta' 100 ċitazzjoni. Warajha, b'91 ċitazzjoni, hemm l-Ajruport Internazzjoni ta' Malta li jinstab bejn Ħal Luqa u l-Gudja. Imbagħad insibu Triq Giuseppe Garibaldi fil- Marsa b'79 ċitazzjoni u triq oħra f 'Ħal Luqa, Triq il- Mitjar, fejn ingħataw 73 ċitazzjoni. L-aħħar erba' toroq huma Tul il-Kosta, In-Naxxar, b'56 ċitazzjoni; Ħemsija, Ir-Rabat, b'51 ċitazzjoni; Triq Elija Zammit, San Ġiljan, b'46 ċitazzjoni; u fl-aħħar triq oħra r-Rabat, Triq il-Buqana, bi 43 ċitazzjoni. KWAŻI 20,000 ĊITAZZJONI FL-2024 MINN TRANSPORT MALTA Informazzjoni meħuda minn mistoqsija parlamentari oħra magħmula lill-istess Ministru mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo turi li fl-2024 Transport Malta ħarġet kważi 20,000 ċitazzjoni. Speċifikament, il-Ministru qal li "ngħataw total ta' 19,175 ċitazzjoni mill-uffiċjali tal-infurzar ta' Transport Malta." 'IL FUQ MINN 240,000 ĊITAZZJONI U KWAŻI 5,000 AVVIŻ FL-2024 MIL-LESA Minn mistoqsija parlamentari oħra magħmula minn Bartolo lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, joħroġ li b'kollox inħarġu 'l fuq minn 240,000 ċitazzjoni u kważi 5,000 avviż (first-time warning) fl-2024. Fit-tweġiba tiegħu, Camilleri qal li "t-total ta' taħrikiet maħruġa kien ta' 242,481, u 4,930 huma avviż." 'Il fuq minn 160 ċitazzjoni f 'żewġ toroq biss fil-Belt Valletta Żewġ toroq fil-Belt Valletta biss jammontaw għal 23.3% tas-703 ċitazzjonijiet ikkwotati mill-Ministru Isem tat-Triq Lokalità Ċitazzjonijiet Triq Girolamo Cassar Il-Belt Valletta 102 Telgħa ta' Ras Ħanżir Raħal Ġdid 100 L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta Ħal Luqa / Il-Gudja 91 Triq Giuseppe Garibaldi Il-Marsa 79 Triq il-Mitjar Ħal Luqa 73 Triq San Pawl Il-Belt Valletta 62 Tul il-Kosta In-Naxxar 56 Ħemsija Ir-Rabat 51 Triq Elija Zammit San Ġiljan 46 Triq il-Buqana Ir-Rabat 43