Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Stanza Azzurra: Il-poeżija Maltija bit-Taljan L-għoxrin edizzjoni tal-Mixja tal- Ġimgħa l-Kbira tinsab magħna. Bħas-snin ta' qabel, il-mixja se tittella' b'risq Puttinu Cares. Il-mixja se sseħħ fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira, 18 ta' April 2025, ċoè, bejn il-lejl ta' Ħamis ix- Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira. Il-mixja se tibda bħas-soltu mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f 'nofsillejl (sbieħ il-Ġimgħa), u se tispiċċa l-Fosos tal-Furjana l-Ġimgħa filgħodu. Id-distanza hija ta' madwar 17- 20 kilometru, u tieħu madwar 4-5 sigħat. Trasport se jkun ipprovdut mill-Fosos tal-Furjana dritt għall- Mellieħa qabel il-Mixja, il-Ħamis mit-8.30 pm, u wara l-mixja, il- Ġimgħa filgħodu, għall-Mellieħa. It-trasport huwa mingħajr ħlas. Puttinu Cares m'għandux x'jaqsam ma' entitajiet oħra li qed jipprovdu trasport bil-ħlas minn lokalitajiet oħra. Ingħaqad magħna fil-Mixja tal- Ġimgħa l-Kbira billi tibbukkja online u ssegwi l-ħolqa https:// puttinucares.org/media/mixja- gimgha-l-kbira/, fejn tista' tagħti d-donazzjoni tiegħek u anke tibbukkja t-trasport. Id-donazzjoni hija ta' €10, iżda tista' żżid l-ammont ta' donazzjoni tiegħek minn fuq is- sit inti u tibbukkja. 20 sena solidarjetà: Il-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira tilħaq l-20 edizzjoni tagħha Bil-pubblikazzjoni "Stanza Azzurra – Inventario", ix- xena letterarja Maltija kompliet tikber fuq livell internazzjonali. Din hija t-traduzzjoni Taljana tal- ġabra "L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla" ta' Leanne Ellul. It-traduzzjoni saret minn Virginia Monteforte, bl-editjar ta' Valerio Cruciani. Il-ktieb ġie ppubblikat minn Capire Edizioni taħt il-kurazzjoni ta' Renzo Casadei u Davide Rondoni. Oriġinarjament, il-ktieb kien ippubblikat bil-Malti minn Merlin Publishers bl-isem "L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla". Il-ġabra ta' madwar 85 poeżija tesplora t-temi tal-imħabba, it-telfa u l-baħar. Il- kitba ta' Ellul hija magħrufa għan- natura esperimentali tagħha, filwaqt li tpoġġi fuq quddiem l-intimu u l-vulnerabbli. Il-ktieb jieħu l-forma ta' inventarju; jelenka mhux biss oġġetti, imma wkoll emozzjonijiet, kuluri, u prepożizzjonijiet li jistgħu jinstabu f 'din il-kamra simbolika. It-traduzzjoni Taljana, li tinqara b'mod naturali u mexxej, tippermetti lil dawn it-temi jilħqu udjenza usa', u tintroduċi aktar qarrejja għal-letteratura kontemporanja Maltija. Il- verżjoni Taljana hija disponibbli għall-bejgħ online u fi ħwienet tal-kotba rinomati madwar l-Italja. Xi poeżiji minn "Stanza Azzurra" diġà kisbu rikonoxximent fl- Italja. Fl-2021, għażla mill-ġabra laħqet is-semifinali tal-Premio Internazionale Rainer Maria Rilke, u fl-2023, għażla oħra ġiet ikklassifikata minn ta' quddiem nett fl-istess premju. Lil hinn mit-Taljan, poeżiji mill-ġabra oriġinali bil-Malti ġew tradotti — u wħud minnhom ippubblikati — bl-Ingliż, bl-Għarbi, u bil- Grieg. Leanne Ellul saħqet li kull traduzzjoni, lejn u minn lingwa oħra, tippermetti li dik il-lingwa tikber f 'direzzjonijiet ġodda. Hija enfasizzat li, għalkemm il- bejgħ tal-kotba mhuwiex il-kejl tal-suċċess, kull kontribuzzjoni, ċkejkna kemm hi ċkejkna, tifforma u tkabbar it-tessut tal- pajsaġġ letterarju Malti barra minn xtutna. Din mhix l-ewwel darba li Virginia Monteforte traduċiet xogħol ta' Leanne Ellul. F'kumment li għaddiet qalet li: "Jogħġobni ħafna l-mod kif Leanne tilgħab bil-kliem u l-kuntesti sa minn meta ttraducejt 'Noè u l-Iskojjatlu bla Kwiet'; kif jirnexxilha tgħaqqad dinjiet u immaġnijiet differenti bil-mod li Calvino jsejjaħlu 'thoughtful lightness'. Il-poeżiji tagħha kienu sfida intriganti, labirint ta' impressjonijiet, sentimenti u sensazzjonijiet multipliċi fi spazju ta' kamra li ħafna drabi ssir baħar kaħlani fond." Bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, "Noé u l-Iskojjatlu bla Kwiet" — oriġinarjament miktub bil-Malti minn Leanne Ellul u Stephanie Bugeja, u ppubblikat minn Merlin Publishers — ġie tradott għat- Taljan bħala "Noè e lo scoiattolo giocherellone" u ppubblikat minn Verbavolant Edizioni fl-2022. Leanne Ellul hija poetessa u kittieba Maltija, magħrufa għax-xogħol tagħha fil-poeżija, il-proża u l-letteratura għat-tfal u l-adolexxenti. Matul is-snin, rebħet diversi premjijiet letterarji u tibqa' impenjata biex tkompli taħdem bil-Malti u għall-Malti. Virginia Monteforte, traduttriċi, awtriċi u antropologa, ħadmet biex tgħaqqad kulturi differenti permezz tal-letteratura, u tagħmel ix-xogħol letterarju Malti aktar aċċessibbli għal qarrejja internazzjonali. Il-ġabra sħiħa ta' poeżiji, ippubblikata fl-2025, kienet appoġġata mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li għandu rwol ewlieni fit-tixrid tal-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna. Grazzi għal din l-inizjattiva, "Stanza Azzurra" issa jista' jilħaq qarrejja ġodda u jkompli jikkontribwixxi għall- apprezzament dejjem jikber tal-poeżija Maltija fuq livell internazzjonali. It-traduzzjoni Taljana, li tinqara b'mod naturali u mexxej, tippermetti lil dawn it-temi jilħqu udjenza usa', u tintroduċi aktar qarrejja għal- letteratura kontemporanja Maltija Il-mixja se tibda bħas-soltu mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f'nofsillejl (sbieħ il-Ġimgħa), u se tispiċċa l-Fosos tal-Furjana l-Ġimgħa filgħodu