Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
13 arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti MaltaPost toħroġ il-Year Pack: Il-kollezzjoni sħiħa ta' bolol maħruġa matul l-2024 Il-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili se terġa' toffri lill- pubbliku ċ-ċans li tattendi lezzjoni pubblika mill- Professoressa Assoċjata Charlene Vella, bl-isem "Malta in c. 1480: Art, Architecture, and the Cultural World of the Kantilena". Din se ssir nhar it-Tnejn 28 ta' April, fis-6 pm, fil-binja storika tal-Fondazzjoni fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta. It-taħdita hija ripetizzjoni ta' lezzjoni li ntlaqgħet tajjeb ħafna fi Frar li għadda, u li esplorat il-kuntest artistiku u kulturali ta' Malta fi żmien il-kitba tal- Kantilena ta' Pietru Caxaro – l-eqdem test magħruf bil- lingwa Maltija. Dak iż-żmien, il- gżejjer Maltin kienu parti mill- Konfederazzjoni tal-Kuruna Aragoniża, żmien ta' skambji kulturali intensi u attività artistika rikka. Prof. Vella se tippreżenta ħarsa dettaljata lejn l-iżviluppi artistiċi u arkitettoniċi ta' Malta Medjevali tardiva, waqt li tqiegħed dawn f 'kuntest Mediterranju usa'. Se tindirizza wkoll il-valur storiku u kulturali tal-Kantilena bħala monument letterarju uniku. Magħrufa għall-mod kif tgħaqqad riċerka akkademika rigoruża ma' stil ta' preżentazzjoni aċċessibbli, Prof. Vella se toffri ħarsa friska u fonda lejn żmien kruċjali fl-istorja kulturali ta' Malta. Il-lezzjoni hija parti minn inizjattiva edukattiva mifruxa li l-Fondazzjoni qed toffri biex tippromovi l-istudju u l-preservazzjoni tal-wirt dokumentarju Malti. Il-bijografija tal-kelliema Charlene Vella hija Professoressa Assoċjata fl-Istorja tal-Arti fl-Università ta' Malta, b'għarfien speċjalizzat fl-arti Medjevali u Rinaxximentali. Hi kisbet id-dottorat mill- Università ta' Warwick fl-2026 bħala Warwick Chancellor's International Scholar, taħt is- superviżjoni tal-Prof. Donal Cooper. Ix-xogħol tagħha jiffoka fuq l-artisti Antonello da Messina u s-segwaċi tiegħu, u l-iskulturi tal-familja Gagini, kif ukoll fuq ir-restawr u l-konservazzjoni tax-xogħlijiet Rinaxximentali f 'Malta. Hi kitbet żewġ monografiji u bosta artikli akkademiċi, u reċentement rebħet żewġ premjijiet prestiġjużi: il-Premio Antonello da Messina 2023 u l-Empowerment through Arts & Culture Award 2025. F'Mejju li ġej, hija mistiedna tippreżenta riċerka dwar ikona Medjevali fil-Mellieħa waqt konferenza fl-Università ta' Bamberg, il-Ġermanja. Dettalji u dħul L-avveniment huwa b'xejn u miuħ għall-pubbliku. Dawk interessati huma mitluba jibbukkjaw post permezz ta' email fuq: outreach@nafmalta. org Din il-lezzjoni qed titmexxa bl-għajnuna ta' Alfred Mizzi Foundation. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-paġna ta' Facebook tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili. Il-Fondazzjoni hija NGO volontarja ddedikata għall- konservazzjoni tal-arkivji notarili u għall-promozzjoni tar-riċerka storika f 'Malta. Prof. Charlene Vella hija wkoll membru tal-bord tagħha. Prof. Charlene Vella terġa' tippreżenta taħdita dwar l-arti u l-kultura f 'Malta Medjevali MaltaPost ħarġet il-Year Pack 2024 li jkopri l-ħarġiet kollha ta' bolol li nħarġu fl-2024. Dan il-Year Pack jiġbor fih il-ħarġiet ta' bolol f 'format mint (mhux ittimbrati), b'dawn it-temi: e Chinese Garden, Santa Luċija, Malta / Year of the Dragon 2024 – e Malta Railway 2024 (1883-1931) – KM Malta Airlines – EUROPA 2024 Underwater Fauna & Flora – EUROMED 2024 Sports in the Mediterranean – Olympic Games 2024 – SEPAC 2024 Main Tourist Attractions – Maltese Festa Series VIII – Universal Postal Union 150th Anniversary – e Nativity, In-Natività 2024 – Christmas 2024 – Anniversaries 2024. Il-Year Pack huwa ppreżentat ġo folder li jinkludi d-dettalji tekniċi tal-ħarġiet filateliċi kollha tas-sena u huwa ideali għall-kolletturi u għal dawk li jħobbu l-kultura u l-melitensia. Dan il-Year Pack se jkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f 'Malta u Għawdex minn nhar il-Ġimgħa 11 ta' April 2025. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq https://www.maltaphilately. com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – telefown 2596 1740 – email info@maltaphilately.com Magħrufa għall-mod kif tgħaqqad riċerka akkademika rigoruża ma' stil ta' preżentazzjoni aċċessibbli, Prof. Vella se toffri ħarsa friska u fonda lejn żmien kruċjali fl-istorja kulturali ta' Malta Dan il-Year Pack se jkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f'Malta u Għawdex minn nhar il-Ġimgħa 11 ta' April 2025