MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Film kurjuż u eċċentriku dwar dan il-karattru kien dak tal- 1966 bl-isem ta' Billy e Kid Vs Dracula. Id-direttur Sam Peckinpah li kien diġa' kiseb fama bil-films tiegħu (a anki xi Westerns) ta' vjolenza qawwija, fl-1973 ħadem Pat Garrett And Billy e Kid, film raffinat b'xi qtil bis-"slow motion" (tendenza komuni ta' dan id-direttur) fejn Kris Kristofferson fl-eta' ta' 37 sena interpreta lil William H. Bonney. Dan il-maħrub mill- liġi sar l-eroj, maħdum minn Emilio Estevez (it-tifel ta' Martin Sheen) f 'żewġ films tal-1989 u 1990, Young Guns u Young Guns 2. F'dan it-tieni film tinstema' l-kanzunetta popolari Blaze Of Glory ta' Jon Bon Jovi. Fis-snin tletin u erbgħin ħarġu pataun ta' films żgħar, ta' madwar siegħa 'l wieħed bl-atturi Bob Steele u Buster Crabbe fil- parti ta' Billy (b'kollox 42 film). Zgur li l-aktar film popolari dwar dan l-"idolu" hu Pat Garrett And Billy e Kid li se ntikom l-istorja u anki xi kummenti dwaru. Ma jagħtix kas meta x-Xeriff Pat Garrett (James Coburn), ħabibu u li qabel kien ukoll maħrub bħalu, javżah biex jitlaq minn New Mexico, Billy e Kid (Kris Kristofferson) ikun arrest wara battalja furjuża bil- pistoli. Ftit qabel ma kellu jkun mgħallaq fil-belt ta' Lincoln, Billy jaħrab billi jispara fuq l-assistenti deputati xeriffs, Bell (Matt Clark) u Ollinger (R. G. Armstrong) u jirritorna mal-gang tiegħu ġo Fort Sumner fejn hemm idaħħal membru ieħor fil-gang, raġel żagħżugħ misterjuż magħruf sempliċiment Alias (il-kantat Bob Dylan), li baqa' jsus warajh minn Lincoln. Garrett jistabilixxi brigand anzjan, Alamosa Bill (Jack Elam) bħala d-deputat tiegħu, filwaqt li l-Gvernatur Wallace (Jason Robards) ikollu wkoll id-deputat tiegħu, Poe (John Beck) biex jgħinu jeqirdu lil Billy ħalli jnaqqsu r-rabja ta' dawk is-sidien tal-art bħal Chisum (Barry Sullivan), sid ta' merħliet. Bil-ħsieb li jitlaq għal Messiku, Billy jiltaqa' ma' Alamosa Bill u kontra qalbu joqtlu. Wara jibda jirrealizza li jkun għalxejn li jaħrab meta jiġi ħdejn Paco (Emilio Fernandez) f 'xifer il- mewt, ittorturat minn ta' Chisum meta kien se jirritorna mal- familja fil-Messiku. Sadanittant, Garrett ma jirnexxilux isib fejn Billy qed jistaħba minn tnejn minn nies tal-gang tiegħu, Holly (Richard Bright) u Beaver (Donnie Fritz), imma jsir jaf mingħand prostituta fil-belt ta' Roswell li l-qattiel irritorna f 'Fort Sumner. Bil-għajnuna tax-Xeriff Kip McKinney (Richard Jaeckal), Garrett u Poe imorru rekbin fuq iż-żwiemel lejn Fort Sumner fejn Garrett bil-lejl jersaq lejn id-dar ta' Billy u jispara fuqu. Fil-għodu, n-nies tal-belt u l-bqija tal-gang ta' Billi jħarsu lejn Garrett sejjer lura biż-żiemel. Dan il-film tal-M.G.M. tal- 1973 kellu ħin ta' 106 minuti. Il-mużika tal-film kitibha Bob Dylan stess li għandu parti sekondarja, kif ukoll hu stess ikanta l-kanzunetti fosthom Knockin' On Heaven's Door li partijiet minnha jinstemgħu bosta drabi tul l-andament, ġieli b'battuti differenti. Par Garrett And Billy e Kid kellu traġitt diffikultuż, b'6 edituri jaħdmu fuqu u xi qtugħ mill-kumpanija, fosthom il- mewta tax-Xeriff Pat Garrett mill-impjegati tiegħu stess. Xorta waħda dan kien Western epiku iżda difettuż. Kien ukoll film tal- burdati, melodrammatiku bħal ħafna mill-mużika ta' Dylan fejn kull sekwenza tispiċċa b'xi mewta vjolenti jew kiefra biex turi li l-ħajja ta' dak iż-żmien fl-Old West ma tiswa xejn. Kurżita kbira hija waħda mill- istejjer li jiena kont qrajt mill- kollezzjoni ta' Fr. Ian Doulton, missjunarju Sależjan fl-Indja (forsi jista' jkun ukoll li qrajtha fil-perjodiku erudit Readers' Digest). Wara serqa, wieħed mill-akbar ħbieb ta' Billy e Kid ikun ferut gravi u jieħdu l-isptar fejn soru ddur bih wara li rah tabib. Tant tagħmel xogħlha tajjeb li Billy jgħid lis-soru biex titolbu liema pjaċir trid u hi ma tkun trid xejn. Meta l-ferut jaqleb għall-ħażin u jmut, Billy jgħidilha li se jmur joqtol lit- tabib. Hi tfakkru fil-promessa li kien għamlilha u titolbu pjaċir biex jeħles lit-tabib. Hawn Billy jirrispetta t-talba tagħha. Xi snin ilu fl-Istat ta' New Mexico ħafna ċittadini għamlu petizzjoni biex ineħħu l-isem ħażin ta' William H. Bonney għax sostnew li għamel dak li għamel meta ġie dahru mal-ħajt, ittradut mis-sidien potenti tal- baqar. Il-qorti m'aċċettax it-talba tagħhom. 14 films IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum Carmel Bonnici Films Dwar "Billy The Kid" IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 April 2025