MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum sekonda mas-sindki 'Jiena bhala Sindku qiegħda hemm għar-resident, iżda jdejja ħafna mid-drabi jkunu marbutin' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħhom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Charmaine St John, is-Sindku ta' Santa Luċija. Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Jien ix-xogħol tas-sindku huwa rwol importanti għalija ġewwa ħajti. Huwa mezz kif ngħin lir-residenti u l-lokal. L-ikbar inkwiet tiegħi huwa meta nkun nixtieq ngħin kemm nista' lir-residenti, iżda bħala Sindku m'għandix il-mezz totali biex nagħmilha, peress li aħna bħala Kunsill inkunu rridu mingħand entitajiet oħra. Jiena bhala Sindku qiegħda hemm għar-resident, iżda jdejja ħafna mid-drabi jkunu marbutin. Jiena bħala Kaptan/bdot mgħallma biex nieħu deċiżjonijiet u naħdem fuq dawn id- deċiżjonijiet b'mod immedjat. Bħala Sindku dak li nista' nagħmel, nipprova nwettqu mal- ewwel. Deċiżjonijiet ma noħodhomx waħdi, iżda niddeċiedu b'mod demokratiku bħala Kunsill. Aħna naffaċċaw problemi meta r-residenti jkunu jafu ċerti affarijiet qabel ma dawn ikunu kkomunikati lill-Kunsill, u ħafna mid-drabi joħloq ħafna diżgwid. Il-Kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Bħala Kunsill aħna naħdmu id f 'id mar- residenti fejn jidħol dan l-aspett. Din hija l-ġlieda tagħna sabiex Santa Lucija ma jiġix kollu skyscrapers, u minn dar jitilgħu 16- il appartament. Il-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija mmexxi minni ħa deċiżjoni fl-2023 li aħna ħa noġġezzjonaw għall-kwalunkwe żvilupp li huwa aktar minn żewġ sulari ġewwa Santa Luċija. Dan biex nipproteġu l-karattru ta' Santa Luċija. Aħna rridu nżommu Santa Luċija bħala lokal kwiet u nadif, mingħajr bini għoli u tniġġis ta' dħaħen ta' karozzi. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Santa Luċija hija magħrufa bħala l-pulmun ta' Nofsinhar ta' Malta. Santa Luċija mdawra b'faxxa ta' ħdura mal-parametri tagħha. Madankollu aħna nibqgħu naħdmu biex inżidu l-ispazji miuħa u nżommu ambjent nadif. Bħalissa Project Green, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill, għadhom kif lestew ġnien mill-isbaħ – Ġnien l-Iskultura. Dan il-ġnien huwa estenzjoni ta' Ġnien is- Serenità. Huwa ġnien b'atmosfera trankwilla fejn, kemm ir-residenti, kif ukoll il-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jirrilassaw fil-kwiet u s-serenità. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Il-prijorità tiegħi hija li jkollna ambjent isbaħ u aktar nadif ġewwa Santa Luċija. Fl- istess waqt qegħdin naħdmu fuq proġetti għall-aċċessibbiltà aħjar għal kulħadd. Proġett li għandi għal qabli huwa l-electric scooters project. Din hija skema maħruġa minn Transport Malta, tal-Mobbiltà 2024 li aħna applikajna għaliha u li ġiet approvata. Huwa proġett fejn jien ikolli hubs differenti ta' electric scooters ġewwa Santa Luċija, li jkunu jistgħu jiġu użati mir-residenti tagħna biex imorru minn naħa għal oħra tal-lokal biex jagħmlu l-qadi tagħhom, jew imorru sal-knisja. Qegħdin naħdmu wkoll fuq il- proġett taċ-Ċentru Ċiviku. Din se tkun propjetà li tkun aċċessibbli u li jinkorpora fih il-Kunsill u servizzi oħra bħal day centre għall-anzjani, servizz.gov, librerija, roof garden, eċċ. Dalwaqt se nibdew il-proġett ta' aċċessibbiltà mid-djar għar-residenti li joqogħdu fil-blokok tal-Gvern. X'jiswa li int għandek il-li ġewwa iżda biex toħroġ mill- bieb tal-appartament 'il barra hemm tarġa? Xorta se tkun imwaħħal ġewwa speċjalment jekk resident/a juża/tuża siġġu tar-roti. Għalhekk aħna se nagħmlu stairlis, li huma addattati għal persuni bil-wheelchairs mill- bieb tal-blokk għall-bankina sabiex b'hekk ħadd ma jkun imsakkar ġewwa. F'dawn il-ħames snin nixtieq nara lil Santa Luċija aktar nadifa u wkoll aktar aċċessibbli mir-residenti tagħna ta' kull età. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Fi it ġimgħat se nibdew ibiddlu l-latrini tal-bandli biex nagħmluhom smart public convenience. Dan ifisser li l-ilma jieqaf awtomatikamet, ikun hemm blowers biex jinxfu jdejk, is-sapun joħroġ bis-sensor, eċċ. Wara li dawn jitlestew, se nbiddlu wkoll il-bandli ta' Santa Luċija li jinsabu fi Triq Ineż Soler. Se ntejbu s-sigurtà ta' Ġnien is- Serenità billi nwaħħlu madwar 15-il kamera biex innaqqsu l-abbuż u l-vandaliżmu. Barra minn hekk se nkunu qegħdin naħdmu ma' Infrastructure Malta u l-Public Works biex intejbu aktar it-toroq u l-bankini ta' Santa Luċija. Il-pjan tagħna huwa li t-toroq ikunu qegħdin jitranġaw tnejn f 'daqqa fejn waħda minnhom tkun triq primarja u l-oħra tkun sekondarja. B'hekk innaqqsu l-inkonvenjenza għar-resident. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Santa Luċija hija lokalità magħluqa. Ħafna servizzi, bħal bank jew servizz.gov, m'għandniex u għalhekk huwa importanti li jittejjeb is-servizz ta' tallinja. Aħna bħala Kunsill qed ngħinu kemm nistgħu billi nipprovdu servizz b'xejn bil-community van tal-Kunsill. Dan iwassal ir-residenti tagħna Raħal Ġdid, Ħal- Tarxien, Mater Dei, San Vinċenz jew Karen Grech skont il-bżonn tar-resident. Hekk l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jagħmlu l-qadi u l-appuntamenti tagħhom b'aktar kumdità u serħan il-moħħ. Santa Luċija hija lokalità pjuttost ġdida u żgħira. Aħna m'għandniex festi jew każini. Għalhekk ir-residenti ħafna mill-ħin ikunu miġbura ġewwa darhom. Jien qed naħdem biex nibni sens ta' komunità qalb ir-residenti billi norganizza diverzi attivitajiet fejn inkun nista' ninvolvi residenti ta' etajiet diversi. Għadna kif għamilna party tal-Karnival taż- żgħar fejn l-anzjani għamlulhom karrijiet mill-isbaħ. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Mill-awtorijitajiet nsibu għajnuna kbira, iżda xorta waħda hawn id-dewmien sabiex inkunu nistgħu nikkonkludu. Dan minħabba li biex tagħmel proġett, apparti l-flus, ikun hemm bżonn komunikazzjoni kontinwa bejn entitajiet differenti u l-Kunsill. Bidliet leġiżlattivi reċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal sittax-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-Kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Bħala Kunsill ma ġejtx affettwata minnha min-naħa tiegħi, iżda jien tal-idea li ż-żgħar għandhom jibdew bħala kunsilliera mhux sindki, sabiex iż-żgħażagħ jimu tajjeb x'inhu l-irwol ta' Kunsilliera, kif ukoll ta' Sindku. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it- tqassim propost tal-lokalitajiet fid- distretti skont kif qed jiġu ppreżentati mill-Uffiċċju Elettorali tal-PL, u ELCOM? Liema proposta taħseb li tkun l-aktar ta' benefiċċju għall-pajjiż? Jew taħseb li għandu kollox jibqa' kif inhu? Domanda skorretta. Il-proposti ġejjin mill-Kummissjoni u mhux mill-partiti. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? Hemm diversi proġetti li jiena kburija bihom bħala Sindku fosthom l-gazebo l-kbir biex jintuża għar-residenti li bnejna ġol-picnic area ġewwa Ġnien is-Serenita, il-vann li xtrajna biex naqdu aktar l-anzjani, l-outdoor gym li għamilna ġol-jogging track, u ħafna oħra. Imma l-ikbar parti tas- sodisfazjon tiegħi hija meta resident iċempilli u jgħidli 'Grazzi'. Mirakli ma nagħmilx, iżda ħilti nagħmilha kollha. Huwa sabiħ li tkun apprezzat u l-grazzi hija sabiħa. Jien minn hawn nixtieq ngħid grazzi wkoll lir-residenti tiegħi għax jien qiegħda Sindku bis-saħħa tagħkom. Grazzi. Santa Luċija hija lokalità żgħira fin-Nofsinhar ta' Malta, li tinsab bejn Ħal Luqa, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq u ż-Żejtun. Il-villaġġ kiseb ismu mill-kappella antika ta' Santa Luċija, li nbniet fl-1535 u serviet lill-bdiewa li kienu jaħdmu fl-inħawi. L-iżvilupp modern ta' Santa Luċija beda fis-snin ħamsin tas-seklu 20, meta bdew jinbnew l-ewwel appartamenti fl-1955. L-ewwel familja marret tgħix f 'Santa Luċija fit-2 ta' Marzu 1966, u minn dakinhar, il-komunità kompliet tikber u tiżviluppa. Waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-lokalità hija l-Ġnien tas-Serenità, ġnien pubbliku b'disinn Ċiniż li joffri ambjent ta' mistrieħ u riflessjoni. Barra minn hekk, fl-1973, ġie skopert ipoġew f 'Santa Luċija, li jindika l-importanza storika tal-inħawi. Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Luċija hija ddedikata lill-Papa Piju X, u sservi bħala ċentru spiritwali għall- komunità. Charmaine St John, is-Sindku ta' Santa Luċija

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 April 2025