Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 24 minorenni bla nazzjonalità applikaw għaċ- ċittadinanza SEAN FENECH Mill-2013 'l hawn kien hemm 24 minorenni li kienu meqjusin bla nazzjonalità, jiġifieri m'għandhom l-ebda ċittadinanza fl-ebda pajjiż, u li applikaw għaċ- ċittadinanza Maltija. Dil-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamen- tari magħmula mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għaż- Żgħażagħ u Spazji Miuħa Bernice Bonello lill-Minis- tru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. Fil-mistoqsija, Bonello staqsiet lill-Ministru biex jgħid "kemm hawn persuni li huma stateless f 'Malta? Kemm minn dawn huma ġenituri ta' tfal li joqogħdu Malta bħalissa?" Iżda l-Ministru evita li jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u wieġeb biss kemm kien hawn persuni minuri "li kienu jikkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija mill- 2013 sal-lum li ġie ddikjarat fl-applikazzjoni għat-talba għaċ-ċittadinanza tagħhom li huma stateless." Barra minn hekk, Bonello staqsiet ukoll biex il-Min- istru jgħid minn liema pajjiżi ġejjin il-ġenituri tat-tfal bla stat. Iżda Camilleri ma qal xejn la dwar il-ġenituri u lanqas dwar il-pajjiż tal-oriġni ta' dawn il-persuni bla stat. JEVITA LI JWIEĠEB X'QED ISIR BIEX JINGĦATAW IĊ-ĊITTADINANZA Meta Bonello staqsiet lill-istess Ministru biex jgħid x'azzjonijiet qed jieħu l-Gvern biex lil dawn it-tfal tingħatalhom iċ-ċittadinanza, Camilleri evita li jwieġeb u kkwota l-liġi taċ-ċittadinanza b'naturalizzazzjoni. "Ninsab infurmat li Artikoli 10 u 11 tal-Att dwar iċ-ċittadinanza (Kap. 188) jipprovdu r-rekwiżiti għal talbiet għaċ-ċittadinanza Maltija minn persuni state- less," qal il-Ministru. L-artikli kkwotati fil-liġi jagħtu numru ta' kriter- ji ta' kif persuna tista' tikseb iċ-ċittadinanza permezz tan-naturalizzazzjoni. IĊ-ĊITTADINANZA QIEGĦDA F'IDEJN IL- MINISTRU Meta dil-gazzetta ċċekkjat il-liġi kkwotata, jidher illi ċ-ċittadinanza tal-minorenni qiegħda f 'idejn il-Minis- tru "responsabbli għall-ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija", li jiġi Byron Camilleri. Skont artiklu 11, il-Ministru jista' jagħti ċertifikat ta' ċittadinanza lill-minuri li l-ġenituri tagħhom huma diġà ċittadini Maltin. Iżda l-istess artiklu jgħid ukoll li skont "ċirkostanzi speċjali li jidhirlu xieraq" il-Ministru, l-istess Ministru jista' jagħti ċertifikat ta' naturalizzazzjoni lill-minorenni. Fl-istess ħin, il-liġi ma tagħti l-ebda eżempju ta' ċirkostanza fejn il-Ministru responsabbli jista' jiċċerti- fika lill-minorenni bħala ċittadini Maltin. SEAN FENECH Eżattament għaxar snin ilu, il-poplu Malti vvota f 'referendum dwar jekk għandhiex tiġi pprojbita l-kaċċa fir- rebbiegħa għall-gamiem u s-summien. Ir-referendum għadda favur il-kaċċa bi żbrixx hekk kif b'50.4% tal-votanti għażlu li jżommu l-liġi tal-kaċċa fir- rebbiegħa. Il-persentaġġ ta' votanti kien wieħed impressjonanti, b'74.8% tal-Maltin li marru jivvotaw f 'dar-referendum. Barra minn hekk, numru ta' osservaturi u esperti sostnew illi kieku mhux għall-kampanja li għamel il-Prim Ministru ta' Malta ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, ir-referendum ma kienx jgħaddi. Iżda l-kontribuzzjoni qawwija mill- elettorat Għawdxi kienet ukoll kruċjali biex ir-referendum jgħaddi favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Għaddew għaxar snin, u l-kaċċa fir- rebbiegħa għadha miuħa minkejja l-kritika qawwija ta' BirdLife Malta u evidenza li l-popolazzjoni Ewropea tal- gamiema naqset b'mod drastiku. Is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra ta' intimazzjoni — li hija ittra li tibgħat il-Kummissjoni Ewropea biex tavża stat membru tal-Unjoni Ewropea li ħa jinfetħu l-proċedimenti legali kontrih — lill-Gvern Malti għall-ġustifikazzjoni tal-uħ tal- istaġun. Huwa mistenni li dalwaqt tintbagħat it-tieni ittra. Minkejja dan, il-Gvern huwa ddeterminat li jħalli l-istaġun miuħ, filwaqt li l-Oppożizzjoni tinstab siekta dwar il-kwistjoni. Għalhekk, il-futur tal- kaċċa hija biss f 'idejn BirdLife Malta u ċerti sezzjonijiet tal-midja. MARK SULTANA: "IL-GAMIEMA MA TANTX SABET XORTI F'MALTA" Mark Sultana, il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta u wieħed mill-figuri ewlenin fil-kampanja kontra l-kaċċa fl- 2015, qal lil MaltaToday: "Iż-żmien itir ta' veru iżda l-gamiema ma tantx sabet xorti f 'Malta. Wara l-kampanja tar-referendum tal-2015, ġraw ħafna affarijiet, kemm fl-immedjat, kif ukoll tul dawn l-għaxar snin. Tajjeb li nfakkru lin- nies li r-referendum m'għaddiex b'distakk ta' 2,200 vot biss." "Dal-fatt huwa terġa' aktar interessanti meta wieħed jiakar li dan seħħ bejn żewġ elezzjonijiet ġenerali li fihom il- Partit Laburista rebaħ iż-żewġ elezzjonijiet b'aktar minn 30,000 vot kull waħda. Dan juri b'mod ċar li meta nneħħu l-politika partiġġjana, in-nies li huma kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa jiġu miż-żewġ partiti ewlenin." Sultana fakkar ukoll kif it ġimgħat wara r-referendum, l-istaġun infetaħ, iżda ngħalaq ġurnata qabel wara inċident fejn inqatel għasfur protett qrib St Edward's College f 'Bormla — każ li qajjem furur kbir. Barra minn hekk, Sultana saħaq: "L-aktar tibdil importanti wara r-referendum kien relatat mal-istatus tal-gamiem meta l-IUCN (International Union for Conservation of Nature) iddikjaratu bħala speċi fil-periklu. Dan biddel ir-regoli tal- logħba u l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-gamiem sar inaċċettabbli fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea. Peress li kien hemm indikazzjoni ċara li Malta kienet sejra fid- direzzjoni ta' konfront legali, il-Gvern ta' Malta għażel li joħroġ moratorju fuq il- kaċċa fir-rebbiegħa tal-gamiem fl-2017. Dan kien żvilupp kruċjali fis-sens li spjega b'mod ċar li r-riżultat tar-referendum ma tax jedd totali lill-Gvern biex jiaħ l-istaġun kull sena." LUCAS MICALLEF: "IL-POPLU GĦAŻEL IL-BILANĊ FLOK L-ESTREMIŻMU" Lucas Micallef, il-President tal-FKNK, insista li fil-11 ta' April 2015, il-poplu kellu impatt sinifikanti fuq l-andament tal-pajjiż meta vvota favur li jgħaddi r-referendum biex jinżamm "l-istaġun limitat u tradizzjonali tal-kaċċa fir-rebbiegħa għall- gamiem u s-summien." "Il-kampanja kienet immexxija u ffinanzjata mill-FKNK, iżda r-rebħa kienet tal-poplu Malti, li fehem li soċjetajiet demokratiċi għandhom iħarsu t-tradizzjonijiet minuri, mhux jeqirduhom." Micallef żied jgħid, "minkejja li affaċċjajna koalizzjoni ta' 42 organizzazzjoni – inklużi NGOs internazzjonali, ċelebritajiet, u appoġġ mill-media – il-pubbliku għażel il-bilanċ flok l-estremiżmu. Il-vot kien viċin, imma deċiżiv. Iżda dawk li tilfu qattgħu l-aħħar għaxar snin jippruvaw iħassru dak ir- riżultat." Micallef aċċenna għall-fatt li BirdLife Malta fetħet erba' kawżi legali biex tipprova tipprojbixxi l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa. "Il-Qorti ramiethom l-erba' każijiet tal-BirdLife. Fil-fatt, l-imħallfin stess ikkundannaw dawn it-tentattivi, u qalu li dawn l-azzjonijiet tal-BirdLife huma sinjal ċar ta' forum shopping u nuqqas ta' rispett lejn il-proċessi demokratiċi u legali ta' Malta." Saviour Balzan: "Wasal iż-żmien għal referendum ieħor" SAVIOUR BALZAN, LI KIEN IL- KELLIEM EWLIENI FIL-KAMPANJA TA' GĦAXAR SNIN ILU, QAL LI S-SONDAĠĠI TA' DAK IŻ-ŻMIEN KIENU QED JURU LI L-KAMPANJA KONTRA L-KAĊĊA KIENET QED TIRBAĦ B'MADWAR 7,000 VOT. "Joseph Muscat daħal fl-istorja fl- aħħar it biex ibiddel id-direzzjoni. Iżda biex ngħidu kollox, irnexxielu jibbilanċja l-interessi taż-żewġ naħat tar-referendum. Qatt ma ċeda kompletament il-lobby tal- kaċċa. Min-naħa l-oħra, Robert Abela huwa sfaċċatament favur il-kaċċa u ma jridx ibiddel is-status quo, u Bernard Grech m'għandu lanqas farka interess biex jindirizza dan is-suġġett. Sfortunatament, issa huwa ż-żmien perfett għal referendum ieħor, imma m'iniex ċert jekk il-gruppi ambjentali għandhomx l-interess li jsegwuh." "10 snin ilu, MaltaToday kienet fuq quddiem nett f 'dan ir-referendum, u konna wkoll fuq quddiem nett fir- referendum tad-divorzju." "Niakar l-uffiċċju tagħna mimli ħajja b'attivisti u voluntiera jaħdmu l-ħin kollu fiż-żewġ referenda. Kienet esperjenza sabiħa ħafna, imma wkoll żvelat in-natura tossika tal-lobby tal-kaċċa. Il-kollega tiegħi Moira Delia għaddiet minn martirju għax ħadet sehem fil-kampanja. Il-lobby tal- kaċċa mexxa kampanja kiefra u tossika, u sabet is-sapport tal-Partit Laburista fil- Gvern dak iż-żmien. Huwa wkoll minnu li fir-referendum tal-kaċċa, ħafna nies użaw il-vot bħala protesta kontra l-Gvern, inkella l-parteċipazzjoni ma kinitx tkun daqstant kbira." "U dan kien fl-2015, fejn naħseb li l-popolarità ta' Joseph Muscat kienet fil- quċċata tagħha u qabel ma nqala' l-kaos kollu tal-każ tal-Panama u ta' Daphne. Kif qegħdin l-affarijiet issa, referendum biex tiġi pprojbita l-kaċċa fir-rebbiegħa jista' jservi t'opportunità biex il-votanti jipprotestaw kontra l-Gvern. U m'għandi l-ebda dubju li jkun suċċess kbir għal- lobby ambjentali." Għaxar snin wara r-referendum, il-kaċċa fir-rebbiegħa għadha kwistjoni taħraq L-istaġun tal-keċċa tar-rebbiegħa għall-gamiem (xellug) u s-summien (lemin) hija kwistjoni kontroversjali li ilha għaddejja deċennji sħaħ