Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343
10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 • illum opinjoni Deputat Nazzjonalista u kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex ALEX BORG Dan mhux żmien il-battibekki u t-tilwim intern. Dan mhux iż- żmien li ninħlew f 'attakki personali. Dan mhux iż-żmien li nperrċu l-ħwejjeġ tagħna hemm barra. M inn meta kont daqsxejn ta' student, dejjem ħarist lejn il-politika minn perspettiva wiesgħa. Perspettiva mhux biss personali imma wkoll minn kif Gvern seta' jiggaran- tixxi pajjiż stabbli bbażat fuq soċjetà ekwa u ġusta. Din kienet ix-xrara li kebbset il-ħuġġieġa fija biex nidħol fil-politika. Wisq aktar, dan il-ħsieb kien li xprunani nieħu rwol attiv fil-Partit Nazzjonalista. Iva, fil-Partit Nazzjonalista, li kont u għadni nemmen li huwa d-dar naturali tiegħi. Id-dar fejn dejjem ammirajt il-ħidma bla qatigħ ta' politiċi oħrajn minn l-istess gżira li ġej minnha jien bħal Anton Tabone, Giovanna Debono u l-mibkijin Frederick Azzopardi, Louis Refalo u Victor Galea Pace. Id-dar li tħaddan il-valuri u l-prinċipji li nemmen fihom. Id-dar fejn flimkien, irrispettivament mid-diverġenzi li jista' jkollna, nistgħu verament nagħmlu differenza f 'ħajjet il-Maltin u l-Għawdxin. Dan mhux biss kliem fieragħ imma fatt li l-istorja glorjuża ta' dan il-partit tixhdu. Iva, għax kull meta ħdimna flimkien lejn għan wieħed, il-Partit Nazzjonalista kien b'saħħtu u rebaħ. M'hemmx għalfejn inmorru 'l bogħod fl-istorja. Kemm niakru s-saħħa ta' partit magħqud wara r-riżultat tar-referendum f 'Marzu 2003 u, sussegwentement, ir-rebħa elettorali f 'April tal-istess sena. Iż-żminijiet inbidlu u n-nies inbidlu però l-prinċipju tal- għaqda ma nbidilx. Iva, għax flimkien inkunu relevanti, inkunu b'saħħitna. Flimkien naslu. Iva, għax kull meta l-Partit Nazzjonalista kien magħqud, wasal il-messaġġ għand il-Maltin u l-Għawdxin. Iva, għax kull meta l-Partit Nazzjonalista ffoka fuq għan wieħed, rebaħ. U dan il- prinċipju ta' għaqda huwa meħtieġ illum aktar minn qatt qabel għax il-poplu Malti u Għawdxi għandu bżonn ta' oppożizzjoni b'saħħitha. Dan mhux żmien il-battibekki u t-tilwim intern. Dan mhux iż-żmien li ninħlew f 'attakki personali. Dan mhux iż-żmien li nperrċu l-ħwejjeġ tagħna hemm barra. Dan mhux iż-żmien li nħarsu lejn l-interess personali. Dan mhux iż-żmien li nibqgħu nsabbtu saqajna. Kif darba qal John Legend: "e future started yesterday, and we're already late." Il-ġlieda tagħna mhijiex interna imma hija kontra Gvern Laburista li hu nieqes minn viżjoni u tmexxija. Gvern kompletament aljenat. Gvern Laburista, mifxul jipprova jgħatti skandlu wara l-ieħor u li ma jistax jiffoka fuq il-problemi li qed jaffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin. Gvern Laburista li ma' kull jum li jgħaddi qed ikompli jnaqqar il-kapaċità tal-Gvern li jieħu deċiżjonijiet konkreti għall-ġid tan-nies. Ma nistgħux nibqgħu npinġu li t-triq tas-sewwa hija dik li drajna biha. Filwaqt li nibqgħu nħaddnu u ngħixu l-prinċipji u l-valuri li jgħaqqduna, hemm bżonn li nadattaw aktar għal kif pajjiżna qed jinbidel u għal kif il-poplu qed jinbidel. Dan huwa ż-żmien fejn kulħadd jingħata spazju biex jaħdem fil- Partit Nazzjonalista. Dan huwa ż-żmien li nkunu magħqudin u li permezz ta' politika pożittiva nerġgħu nirbħu l-imħuħ u l-qlub tal-poplu li jrid biss ħajja aħjar għalih u għal uliedu. Dan huwa ż-żmien li nikkomunikaw man-nies, li nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Fuq kollox huwa ż-żmien li nikkonvinċu lil dawk li għal xi raġuni jew oħra, ma baqgħux jidentifikaw ruħhom mal-Partit Nazzjonalista u iva, anke ma' dawk li jħossuhom irrabjati, iddiżappuntati jew diżillużi mill- Gvern Laburista. Dak li ksibna fl-aħħar elezzjoni għall-Parlament Ewropew huwa pass importanti. Però jkun żball jekk nieqfu hemm u ma nkomplux nibnu flimkien fuq dak li nkiseb. L-istorja politika ta' pajjiżna tgħallimna li l-elezzjoni ġenerali hija storja differenti u għad baqgħalna ħafna x'naħdmu flimkien biex l-imprendituri, biex il-ħaddiem u kull min se jiaħ il-vot tiegħu fil-kaxxa fl-elezzjoni li jmiss jarana bħala Gvern alternattiv. Ejja nkomplu naħdmu kollha flimkien, magħqudin wara kap wieħed, il-kap tagħna Dr Bernard Grech. Dan huwa l-vjaġġ twil li għandna quddiemna u l-ħin huwa kontrina, però flimkien u bis-sens komun nistgħu nkunu Oppożizzjoni serja, kredibbli u rebbieħa fuq gvern li ma jridniex ngħixu f 'pajjiż normali. Flimkien naslu. Kollox jiddependi minna. Kollox jiddependi mill-kapaċità tagħna li nkunu inklussivi, tolleranti u lesti li naħdmu flimkien għall- istess għan. Mingħajr l-għaqda ma naslux The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Office of the Prime Minister (European Funds, Equality, Reforms and Social Dialogue) is seeking to recruit the following personnel: CLERK Jobsplus Permit No. 727/2024 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Qormi Phone 2276 8304 E-mail: contactus@stopviolence.gov.mt knisja.mt PORZJON TA' ART GĦALL‑BEJGĦ QRIB SANT'ANTON, Ħ'ATTARD Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta' Malta jilqa' offerti għall‑bejgħ tal‑porzjon ta' art indikata hawn fuq, li tinsab f'parti residenzjali f'żona tal‑iżvilupp. Il‑porzjon ta' art li tista' tiġi żviluppata, tinsab fi Qrib Sant'Anton, Ħ'Attard u hi madwar 1,000 metru kwadru. Għal aktar informazzjoni tista' tintbagħat e‑mail lill‑Kap tal‑Proprjetà, fuq vestru@knisja.mt. Offerti mmarkati "Offerta Ta' Vestru" għandhom jaslu għand il‑Kap tal‑Proprjetà fil‑kaxxa tat‑tenders fl‑ewwel sular tal‑Kurja tal‑Arċisqof, Pjazza San Kalċidonju, il‑Furjana FRN 1514, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat‑Tnejn, 12 ta' Mejju 2025. Jinżamm id‑dritt li tiġi rrifjutata kull offerta, inkluż l‑aktar waħda vantaġġjuża. Licenza ta' Reklutaġġ Pentasia Malta Ltd tiddikjara l-intenzjoni li l-kumpanija tirreġistra għal Licenzja ta' Aġenzija ta' Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023, Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452), Regolamenti tal-Aġenziji ta' Impjiegi, 2023. L-attivitajiet proposti li għandhom jitwettqu jiffokaw fuq servizzi ta' rekrutament li jinkludu: 1. Konsulenza ta' reklutaġġ. 2. Intervisti, għażla, u pożizzjonijiet ta' kandidati fl-impjieg. 3. Reklutaġġ ta' persuni minn barra għall-impjiegi f 'Malta jew f 'istat membru tal-UE. 4. Reklutaġġ ta' persuni f 'Malta jew f 'istat membru tal-UE. 5. Reklamar tal-impjieg ta' pożizzjonijiet 6. Li jinżamm reġistru ta' applikanti għall-impjiegi. Indirizz Reġistrat Uffiċjali: Valletta Buildings, Second Floor, Suite 7, South Street, Valletta VLT 1103 Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: C 38099