MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534343

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 962 €1.50 IL-ĦADD 13 TA' APRIL 2025 INTERVISTA MA' ROBERTA METSOLA PAĠNI 6 - 7 Stħarriġ ġdid mill-gazzetta oħt tal- MaltaToday qed juri li l-Partit Laburista qiegħed fuq quddiem bi kważi 9 punti perċentwali fuq il-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser li jekk joħorġu jivvutaw 77.5% tal-votanti kif previst fl-istħarriġ, il-Partit Laburista llum qed igawdi vantaġġ qawwi ta' 24,000 vot. Dan huwa d-doppju tad-distakk irreġistrat fl-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday li kien sar fi Frar li għadda. Ir-raġuni ewlenija wara din iż-żieda fl- appoġġ għall-Partit Laburista hi t-tnaqqis fl-ammont ta' votanti Laburisti li ma kinux beħsiebhom jivvutaw. Waqt li fi Frar li għadda kważi 21% tal- votanti Laburisti fl-elezzjoni ġenerali tal- 2022 ma kienx beħsiebhom jivvutaw, dan l-ammont issa naqqas għal 11%. Iżda waqt li l-ammont ta' votanti Laburisti li beħsiebhom jastjenu naqas, l-istħarriġ juri xejra ferm differenti fl-elettorat Nazzjonalista, tant li l-ammont ta' votanti Nazzjonalisti li mhux beħsiebhom jivvutaw żdied minn 13.5% fi Frar għal 19% f 'April. Waqt li fi Frar il-PL kien qed iżomm 65.5% tal-voti li kellu fl-2022, illum qed iżomm 80.4%. Min-naħa l-oħra, il-PN qed iżomm kważi 78% tal-voti li kellu. Dawn ir-riżultati jindikaw li l-istrateġija ta' Robert Abela li jappella iktar għal votanti Laburisti tradizzjonali qed taħdem. Din l-istrateġija kienet riflessa fir-riforma tal-inkjesti maġisterjali li kienet intiża biex tirkeb fuq is-sentiment tal-elettorat Laburista kontra kritiċi tal-Gvern bħal Jason Azzopardi u Repubblika u b'enfasi ikbar fuq temi għeżież għal-Laburisti bħan- newtralità. Min-naħa l-oħra l-astensjoni ikbar fost l-elettorat Nazzjonalista tindika sens ta' diżorjentazzjoni u qtigħ il-qalb fil-Partit Nazzjonalista. L-istħarriġ jikkonferma d-dgħufija tat- tmexxija ta' Bernard Grech li hu fdat biex imexxi l-pajjiż biss minn 20% tal-elettorat, 27 punt inqas minn Robert Abela. Anki fost votanti li beħsiebhom jivvutaw PN, huma biss 58% li jafdaw lil Grech bit-tmexxija tal- pajjiż. U fost dawk li mhux se jivvutaw huma biss 2.5% li jafdaw lil Grech waqt li 25% jafdaw lil Abela. BERNARD GRECH JAQA' LURA BIL-KBIR SEAN FENECH Jidher illi fl-ewwel tliet xhur tal-2024 inħarġu 703 ċitazzjonijiet f 'għaxar toroq biss. L-istramberija hi li dawn seħħew f 'għaxar toroq biss f 'Malta. Dil-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsija parlamentari magħmula mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett. Fil-mistoqsija tiegħu, Caruana Cilia staqsa biex il-Ministru jidentifika l-għaxar toroq f 'Malta fejn kienu l-iktar numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija. Barra minn hekk, talab biex jagħti n-numru ta' ċitazzjonijiet għal kull triq. IKOMPLI F'PAĠNA 2 703 ċitazzjonijiet fl-ewwel tliet xhur tal-2024... imma f 'għaxar toroq biss IL-GAZZETTA ILLUM MHUX SE TKUN IPPUBBLIKATA IL-HADD LI ĠEJ, L-GĦID. TIRRITORNA GĦALL-BEJGĦ IL-ĦADD 27 TA' APRIL Il-PL jirbaħ lura votanti li kien qed tilef għall-astensjoni u qed iżomm iktar voti li kellu fl-2022 mill-PN Bernard Grech hu fdat biex imexxi l-pajjiż minn 20% biss tal-elettorat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 April 2025