MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Manifest tal-Qlub Maqsuma Angelique Attard, Brendon earle, u Monique Falzon, studenti tal-aħħar sena fl-istudji teatrali, se jniedu Pause & Play, festival dinamiku tal-arti tal- ispettaklu li se jittella' bejn id-9 u l-11 ta' Mejju fil-qalba tal-Belt Valletta. Din l-inizjattiva mmexxija mill- istudenti bħala parti mill-proġett finali tagħhom, għandha l-għan li toħloq spazju ta' riflessjoni, konnessjoni, u ċelebrazzjoni artistika. Pause & Play huwa festival fejn il- kreattività se tkun fiċ-ċentru ta' kollox, u jistieden lill-udjenza tesplora l-maġija tal-arti tal-ispettaklu. Fuq medda ta' tlett ijiem, se jkun hemm artisti li jesprimu l-ideat kreattivi tagħhom, filwaqt li dawk li se jattendu ħa jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw, jirriflettu, u jilagħbu b'mod li jkun naturali għalihom. Bejn mumenti ta' introspezzjoni kwieta u splużjonijiet ta' ferħ bla riservi, il-festival se juri kif l-arti tgħin biex tinbena rabta aktar qawwija u profonda bejn l-individwi u l-komunità ta' madwarhom. Bi programm varjat ta' aktar minn 15-il avveniment, Pause & Play se joffri xi ħaġa għal kulħadd — inklużi produzzjonijiet teatrali, wirjiet taż-żfin, spettaklu drag, u kummiedji stand-up. Il-festival ġie maħsub bħala opportunità biex artisti żgħażagħ jaqsmu l-kreattività tagħhom u jinvolvu lill-udjenza b'mod profond. Il-festival se jittella' fi tliet postijiet. Il- Valletta Campus tal-Università ta' Malta se jkun iċ-ċentru ewlieni, u se jsiru għadd ta' wirjiet artistiċi mferrxin mal- pjan terran tiegħu. Se jsiru avvenimenti oħra fil-Wild Honey Beer House & Bistro u fil- MaeWest, li jinsabu t-tnejn li huma qrib il-Valletta Campus. Id-dħul għall-avvenimenti kollha huwa bla ħlas. Aktar dettalji jinsabu fuq is-sit uffiċjali tal-festival: https://www. pauseandplay.mt/ Festival tal-Arti mmexxi mill- istudenti tal-Kors tal-Istudji Teatrali F'produzzjoni ġdida u emozzjonanti li se tittella' fit- Teatru Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta bejn id-9 u t-18 ta' Mejju, "Il-Manifest tal-Qlub Maqsuma" joffri storja drammatika u qawwija, imnebbħa mill-ġrajjiet reali tal-1984 — l-aħħar snin ta' Dom Mintoff u l-konsegwenzi soċjali li ġraw wara. Il-ġrajja tibda b'dimostrazzjoni mmexxija minn Karmenu Mifsud Bonnici, li fiha l-folla tidħol fil- Kurja tal-Furjana u tħalli warajha kaos u qerda. F'nofs il-konfużjoni hemm Fredu Pisani, raġel sempliċi u ħaddiem tal-ġebel, li jidħol fix-xena biex jipproteġi l-familja tiegħu. Madankollu, minn dik il- lejla ta' ġenn, jisparixxi salib tal- fidda, u b'dan l-att simboliku, tibda traġedja li tibqa' sejra snin sħaħ. L-istorja tkompli sentejn wara, hekk kif Kris — iben Fredu — jispiċċa t-taħriġ tiegħu u jibda jaħdem fit-tarzna bħala blaster. Il-ġurnata kruċjali, it-Tnejn 17 ta' Novembru, iġġib il-mewta simbolika ta' din il-familja mkissra internament. IT-TIM KREATTIV Il-produzzjoni, miktuba minn Miguel u Josue Formosa, hija riflessjoni teatrali fuq mumenti kruċjali fl-istorja Maltija. Il-kast jinkludi ismijiet magħrufa fosthom Ben Abela, Peter Galea, Mikhail Basmadjian, Raquel euma, Michela Farrugia, Gianni Selvaggi u Marvic Doughty. Ix-xogħol tekniku u viżiv huwa f 'idejn tim kreattiv estensiv, fosthom Rebecca Zammit, Brad Cardona, Elisa Borg, u Romualdo Morretti. Dettalji dwar l-ispettaklu u l-biljetti Il-produzzjoni se tittella' fil-jiem u l-ħinijiet li ġejjin: • Il-Ġimgħa 9 ta' Mejju – 8 p.m. • Is-Sibt 10 ta' Mejju – 8 p.m. • Il-Ħadd 11 ta' Mejju – 7 p.m. (b'sottotitli bl-Ingliż) • Il-Ġimgħa 16 ta' Mejju – 8 p.m. (b'sottotitli bl-Ingliż) • Is-Sibt 17 ta' Mejju – 8 p.m. • Il-Ħadd 18 ta' Mejju – 7 p.m. Il-prezzijiet huma ta' €25 għall- adulti u €20 għall-konċessjonijiet (studenti, anzjani u SID holders). L-ispettaklu hu addattat għal persuni ta' 16-il sena 'l fuq u jsir bil-Malti. Id-dramm huwa mistenni jdum sagħtejn, inkluż waqfa ta' kwarta. Id-dramm se jittella' fit-Teatru ta' Spazju Kreattiv, f 'San Ġakbu, fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. Għal aktar informazzjoni jew biljetti ċempel fuq +356 2122 3200 jew żur is-sit uffiċjali ta' Spazju Kreattiv: https://kreattivita. org/event/il-manifest-tal-qlub- maqsuma/ "Dan il-festival ġdid se jinkludi produzzjonijiet teatrali qosra u oriġinali li qatt ma ttellgħu qabel, u se jesploraw temi kontemporanji u d-diversità kulturali."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 April 2025