Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770
16 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum opinjoni P ajjiżna jerġa' jinsab fi bżonn ta' bidla f 'diversi setturi. Qatt daqs llum, ċerti setturi ma jeħtieġu bidla. Qatt daqs illum m'hawn setturi li jesiġu li fihom, dan il- pajjiż ibiddel id-direzzjoni; mill- mudell ekonomiku, għall-gover- nanza, sa dak politiku. Minkejja li l-ebda partit politiku m'għandu bakketta maġika u soluzzjonijiet immedjati għall-problemi kollha f 'daqqa, f 'dan il-mument kruċjali għal pajjiżna, il-PN għandu l-obbligu li jerġa' jassumi r-responsabbiltà li jkun il- protagonist tal-bidla. Ma tkunx l-ewwel darba li l-PN ikun qed jerġa' jissejjaħ biex imexxi l-pajjiż f 'mumenti diffiċli fejn il-pajjiż ikun jinsab f 'salib it-toroq. Ma tkunx l-ewwel darba fl-istorja li l-PN ikun imsejjaħ biex iwettaq il-bidliet neċesssarji propju f 'mument meta l-poplu Malti jkun qed jaqta' qalbu li din il-bidla tkun tista' sseħħ. Fil-passat, ħafna kienu jaqtgħu qalbhom li pajjiżna jista' jwettaq il-bidla li l-poplu ried iżda d-determinazzjoni ta' politiċi li jpoġġu l-interess nazzjonali bħala prijorità wasslet biex fl-aħħar, minkejja d-diffikultajiet, din il- bidla twettqet. Kontra dan l-impenn politiku tal-PN u anki ta' ċittadini li ma jappartjenux għall-PN, hemm id-determinazzjoni tal-PL li jżomm il-gvern akkost ta' kollox. Bla dubju li ma tridx tkun Nazzjonalist biex tkun konvint li l-pajjiż għandu bżonn bidla f 'ħafna setturi, partikolarment dawk fundamentali għad- demokrazija, is-saltna tad-dritt u l-mudell ekonomiku. Minkejja dan, il-PL fil-gvern jibqa' jagħmel dak kollu biex minflok ibiddel is-sitwazzjoni għal dik stabbli f 'soċjetà demokratika, jibqa' jippersisti u saħansitra jdaħħal miżuri li jkollhom effett negattiv fuq il- pajjiż u s-soċjetà. Il-konfront politiku fil-pajjiż mhuwiex bejn żewġ partiti li qed joffru proposti konkreti u reali għal titjib fil-pajjiż iżda bejn il-PN li jrid bis-saħħa jerġa' jirritorna l-pajjiż għall-istabbilità politika, ekonomika u soċjali u l-PL li jinsab maqbud jiddefendi l-ikbar skandli ta' korruzzjoni, jattakka l-ġudikatura u l-inkjesti, u jdaħħal miżuri biex jipprova jnaqqas l-impatt tal-problemi li ħoloq hu stess wara l-2013. Pajjiżna għandu bżonn bidla għaliex il-PL ma żammx il-wegħdi elettorali tiegħu mal-poplu; partikolarment dawk ewlenin. Li kieku wara l-2013, il-Gvern Laburista ġdid baqa' jmexxi fuq il-ħolqien ta' ekomonija bbażata fuq il- kwalità, it-turiżmu ta' kwalità, il-ħolqien ta' setturi ekonomiċi ġodda, it-trasparenza, il- kontabbiltà, ir-reputazzjoni tajba internazzjonali, popolazzjoni skont id-daqs tal-pajjiż u t-tisħiħ tal-gvernanza, kieku d-dibattitu politiku hu wieħed ferm iktar avvanzat u ffukat fuq miri ekonomiċi, demokratiċi u ta' goveranza ogħla. Iżda dak li seħħ fl-aħħar 12-il sena, wassal lill-pajjiż biex juża l-enerġija tiegħu biex jirrestawra dak li kisser il-Gvern Laburista. Biex tirrikonxxi dan, ma tridx tkun Nazzjonalist iżda trid biss tkun ċittadin Malti li tanalizza mingħajr għamad politiku s-sitwazzjoni politika. Il-problemi li ħoloq il- Gvern Laburista fl-aħħar 12-il sena jridu snin oħra biex jissewwew. Il-problema tal-popolazzjoni mhijiex se tissolva immedjatament, l-istesss bħall-problema ta' governanza, ġustizzja, saħħa, trasport, infrastruttura u ambjent. Mhux biss dawn il-problemi mhux se jissolvew immedjatament, iżda wħud minnhom, fosthom l-ambjent, jistgħu ma jissolvewx u ċerti żoni fil-pajjiż ma jirritornaw qatt għall-istat ambjentali uniku li kienu fih qabel. In-nuqqas ta' pjan tal-Gvern Laburista kważi fis-setturi kollha wassal għad-deterjorazzjoni ta' postijiet li qabel kienu attrazzjonijiet uniċi. Fost dawn hemm lokalitajiet u rħula li llum kważi ma jingħarfux. Dan ma jfissirx li m'għandux ikun hemm żvilupp iżda qabel il-gvern iddeċieda li jwessa' t-termini ta' kif u fejn isir l-iżvilupp, kellu obbligu li jagħmel pjan ħolistiku li jinkludi l-aspett ambjentali, soċjali u ekonomiku. Dan ma sarx. Il-poplu Malti jistħoqqlu gvern li jroddlu lura l-valuri li fuqhom għandha tinbena s-soċjetà. Jistħoqqlu gvern li jtih il-libertajiet bażiċi li jkun kiseb matul is-snin u mhux inaqqashomlu biex jiddefendi l-korruzzjoni li tkun twettqet. Il-poplu Malti jistħoqqlu Korp tal-Pulizija li jkun indipendenti u jinvestiga li min iħoss. Jistħoqqlu serħan il-moħħ li l-ġustizzja se titwettaq u mhux li jkollu politiċi li jattakkaw il-proċess tal-inkjesti bi skopijiet ulterjuri. Il-poplu jistħoqqlu d-dritt li jmur quddiem maġistrat u jiaħ inkjesta skont il-provi li jkollu. Il-poplu Malti għalhekk iġġieled għal-libertà; għalhekk issieħeb fl-UE. Għax b'mod naturali jemmen li s-soċjetà tagħna għandha tkun ibbażata fuq dawn il-prinċipji fejn il- bniedem jitpoġġa l-ewwel; fejn l-istituzzjonijiet ikunu hemm għall-poplu u mhux il-poplu jkun suġġett għall-istituzzjonijiet. Il-bidla li qed tinħass fost il-poplu Malti hi waħda bbażata fuq il-valuri bażiċi tas-soċjetà fejn, fost l-oħrajn, ir-reputazzjoni tagħna bħala nazzjon ma tkunx attakkata mill-istess gvern. Dan hu poplu li sempliċement ma jridx gvern li fil-qrati nstab ħati li ffroda lill-poplu tiegħu stess. Il- poplu Malti jrid gvern li jkun fuq in-naħa tiegħu u mhux fuq in- naħa ta' min iffrodah il-miljuni. Dan, il-poplu Malti jistennieh bi dritt u kull gvern hu obbligat li jtihulu. Il-pajjiż jerġa' jinsab f 'salib it-toroq f 'għażla importanti li minnha l-poplu diġà għadda. Il- poplu Malti diġà għamel għażliet importanti f 'elezzjonijiet ġenerali kruċjali tal-passat li r-riżultat tagħhom iddetermina l-futur tal-pajjiż. Kienu elezzjonijiet li llum inħarsu lejhom u nimu aħjar kemm kienu importanti li jintrebħu mill-PN għaliex b'hekk twettqet il-bidla — twettqu riformi — li fuqhom illum hawn qbil ġenerali fil-pajjiż. Dan li qed ngħixu hu mument ieħor kruċjali fejn l-elezzjoni ġenerali li ġejja se tkun qed tiddetermina d-direzzjoni tal-pajjiż fuq diversi setturi, iżda fuq kollox dawk is-setturi li huma l-bażi għall- iżvilupp tal-pajjiż. Huma dawk is-setturi li fihom il-poplu qed jgħajjat għall- bidla; fejn il-bżonn tal-bidla jinħass. Anki minn dawk li għad m'għandhomx il-kuraġġ li jitkellmu. Minn dawk li għadhom siekta iżda li sa it ilu kienu qed jappoġġaw dak li kien qed iseħħ. Illum ħafna minn dawn huma konvinti iktar favur il-bidla, jekk għadhom siekta u jista' jkun li jibqgħu siekta. Għax anki s-skiet jista' jkun leħen fis-soċjetà. It-triq tista' tidher diffiċli iżda meta d-determinazzjoni tkun kbira u bbażata fuq konvinzjoni, kollox ikun possibbli. Dan iseħħ jekk kull min jemmen, isaħħaħ it-twemmin tiegħu f 'rieda politika għall-bidla. "Il-poplu Malti jistħoqqlu gvern li jroddlu lura l-valuri li fuqhom għandha tinbena s-soċjetà. Jistħoqqlu gvern li jtih il-libertajiet bażiċi li jkun kiseb matul is- snin u mhux inaqqashomlu biex jiddefendi l-korruzzjoni li tkun twettqet." Pajjiż fi bżonn ta' bidla Dione Borg huwa ġurnalist veteran u kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali. DIONE BORG