Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770
Jidher illi m'hemmx xi tip ta' ġabra ta' informazzjoni uffiċjali li tiġbor kemm hawn tower cranes qed joperaw f 'Malta. Meta l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal- Kostruzzjoni Jonathan Attard ġie mistoqsi mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Intern, is- Sigurtà u r-Riformi Darren Carabott dwar "kemm hawn tower cranes preżentement f 'Malta", Attard żvela li m'hawnx sistema fejn dil-informazzjoni tinġabar. "L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol tinsab fil-proċess sabiex tiġbor din l-informazzjoni u toħloq database ad-hoc kif ukoll qed tesplora kull possibbiltà biex tinġabar u żżomm din id-data," wieġeb il-Ministru. Skont il-Ministru, l-imsemmija awtorità ma kinitx qed iżżomm kont ta' kemm hawn krejnijiet joperaw f 'Malta iżda minflok kull meta uffiċjal tal-istess awtorità jiltaqa' ma' tower crane, dan jitlob għaċ-ċertifikat li jkun inħareġ minn persuna kompetenti għall- operazzjoni tal-krejn. Barra minn hekk, Attard ukoll żvela li minkejja kien hemm liġi ġdida approvata mill-Parlament is-sena l-oħra, l-obbligi ta' dil-liġi għadhom ma daħlux fis-seħħ. Fil-fatt, il-Ministru qal, "anke bl-introduzzjoni t'obbligi ġodda abbażi tal-liġi l-ġdida approvata mill-Parlament is-sena li għaddiet." aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum 06 In-numru ta' gabbani f 'Kemmuna jibqa' jikber bil-mod il-mod Notifika ta Applikazzjoni 15 t'April 2025 GCS Recruitment Malta Limited qed tiddikjara li ghandha l-intenzjoni li l-kumpanija ġġedded il- Licenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi skond L.N. 270 tal-2023 ATT DWAR L-IMPJIEG U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 dwar Agenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet proposti li jsiru jiffokaw fuq: 1. Konsulenza ta' reklutaġġ, intervisti u għażla ta' ħaddiema għax-xogħol; 2. Reklutaġġ ta' ħaddiema għax-xogħol minn barra minn Malta sabiex jaħdmu f'Malta u/jew f'membru tal-Unjoni Ewropeja; 3. Reklutaġġ ta' ħaddiema għax-xogħol minn Malta sabiex jaħdmu f'Malta u/jew f'membru tal-Unjoni Ewropeja; 4. Reklamar ta' postijiet tax-xogħol vakanti, jinżamm registru tal-applikanti għax-xogħol Indirizz Reġistrat Uffiċjali: Agora Business Centre, Level 2, Valley Road, Msida MSD 9020, Malta L-indirizz tal- tal-ufficju fond li minnu tkun tinsab l-aġenzija tal-impjieg/negozju u li għandha ssir se jkun Agora Business Centre, Level 2, Valley Road, Msida MSD 9020, Malta Numru reġistrat tal-kumpanija: C88514 SEAN FENECH Minkejja oppożizzjoni minn għaqdiet ċivili kontra l-kummerċjalizzazzjoni ta' Kemmuna, partikolarment tal- Bajja Bejn il-Kmiemen, li l-isem popolari tagħha llum il-ġurnata sar Blue Lagoon, in-numru ta' gabbani li joperaw f 'dik iż-żona baqa' jikber bil-mod tul is-snin. Dal-fatt joħroġ minn mistoqsija parlamentari magħmula mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg. Fil-mistoqsija, Said talab lill- Ministru "jgħid kemm kien hemm gabbani ġewwa Kemmuna f 'dawn l-aħħar 15-il sena" iżda Borg stqarr li mhuwiex possibbli jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha. Dan għaliex, fi kliem Borg, "l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) bdiet l-involviment tagħha fil-kontroll tal-gabbani ġewwa Kemmuna, speċifikament fiż-żoni ta' Blue Lagoon u ta' Santa Marija fl-2015. Fil-fatt informazzjoni fuq gabbani qabel din is-sena, mhijiex disponibbli." Fit-tweġiba tiegħu, id-Deputat Prim Ministru ta informazzjoni mill-2015 sal-2024. Minn dil- informazzjoni jidher illi n-numru ta' gabbani li joperaw f 'Bejn il- Kmiemen baqa' jikber sena b'sena. Fil-fatt, meta l-MTA bdiet tieħu ħsieb il-permessi tal-gabbani kien hemm sitt gabbani diġà. Dawn mill-ewwel żdiedu b'wieħed fis- sena ta' wara, jiġifieri fl-2016, fejn b'kollox kien hemm seba'. In-numru ta' gabbani baqa' l-istess sakemm reġgħu żdiedu b'wieħed fl-2019 biex b'kollox ikun hemm tmien gabbani. Dan-numru baqa' l-istess sal- 2024 fejn reġa' żdied b'wieħed biex ikun hemm total ta' disa' gabbani. SANTA MARIJA TISPIĊĊA MINGĦAJR GABBANI Iżda mill-informazzjoni joħroġ ukoll li l-Bajja ta' Santa Marija spiċċat mingħajr gabbani. Meta bdiet toħroġ il-permessi l-MTA, jidher illi ma kien hemm l-ebda gabbana topera f 'Santa Marija. Imma sena wara ħareġ il- permess għal gabbana waħda. Jidher illi l-bajja baqgħet b'gabbana waħda sal-2023, fejn, skont it-tweġiba tal-Ministru, ma baqa' l-ebda gabbana topera. Kważi 40,000 vettura li waqfet titħallsilhom il-liċenzja Jidher illi hemm 39,924 vettura li waqfet titħallsilhom il-liċenzja iżda qatt ma ġew skreppjati jew iggaraxxjati. Dil-informazzjoni toħroġ minn mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Mobbiltà Mark Anthony Sammut lill-Ministru għat- Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett. Fil-mistoqsija tiegħu, Sammut staqsa lill-Ministru biex "jgħid kemm hawn karozzi li waqfet titħallsilhom il-liċenzja, imma li qatt ma ġew scrapped (karozzi li qed jinżammu ġewwa mingħajr ma qatt ġew uffiċjalment garaged)". Fit-tweġiba tiegħu, Bonett qal li n-numru ta' karozzi b'liċenzja skaduta iżda li qatt ma uffiċjalment ġew la skrappjati u la ggaraxxjati huwa ta' 39,924 vettura. Il-Ministru Chris Bonett iwieġeb li hemm ftit inqas minn 40,000 vettura li għandhom liċenzja skaduta iżda li qatt ma ġew skreppjati u ggaraxxjati uffiċjalmenthuma s-snin fejn kien hemm tnaqqis ċkejken. Il-gabbani f 'Kemmuna jibqgħu jiżdiedu sena wara sena Mhux jinżamm kont ta' kemm hawn tower cranes