MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

intervista IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum 08 Partit Politiku jrid jadatta għal Fl-Ewropa, meta nitkellmu fuq id-difiża, in-newtralità tagħna, issa vera qiegħda fil-kostituzzjoni tagħna, imma n-newtralità tagħna llum, fl-2025 kif għandha tiġi interpretata? Għax jiena naħseb minkejja l-ħafna dikjarazzjonijiet solenni mill-politiċi taż-żewġ partiti ewlenin, jekk inkunu maturi, irridu ngħidu wkoll li n-newtralità ma tfissirx li noqogħdu ċiċċi beqqi kif jgħid il-Malti u ma nagħmlu xejn. Mhux hekk? Jiġifieri inti kif tinterpretaha? Jiġifieri mingħajr ma npoġġi kliem f'ħalqek, in-newtralità ta' meta ġiet maħsuba snin qabel, kellna ħsieb differenti, għadda ż-żmien u llum Malta membru fl-Unjoni Ewropea, Malta trid tkun bħall-oħrajn? Kif tinterpretaha n-newtralità? Mela l-ewwel nett, statement politiku Ingliż antik, li jgħidlek you cannot be neutral between the fire and the firefighter. Xi kultant id- diskussjoni kif żviluppat kienet li n-newtralità tfisser li aħna, fi kliem ta' ċerti politiċi, jew ma nonfqu l-ebda ċenteżmu fuq id-difiża, li mhux vera, għax jekk naraw l-aħħar għaxar snin li għaddew, irduppjajna l-investiment fid-difiża. U sewwa għamilna. It-tieni, li aħna pereżempju jekk ikun hemm peace keeping minn xi mkien, aħna ma nibagħtu 'l ħadd. Dik ma saritx għax hija xi ħaġa li aħna nagħmlu tajjeb u ma jfissirx li n-newtralità tagħna hija mpoġġija in question. Ma nafx jekk aħna li sseħibna fil- Parlament tan-Nato hijiex allenjati man-newtralità tagħna imma dik inħalliha għall-kollegi tiegħi fil- Parlament biex jirrisponduha. Jiena li nixtieq li jkollna – u dan f 'kollox hux – nixtieq li forsi nistgħu nespandu. Li jekk ħa nitkellmu dwar il-politika, fejn sejjer il- pajjiż tagħna, strateġikament u ġeografikament, u huwa fejn qiegħed, jekk inħarsu lejn in- Nofsinhar tagħna, għandna pajjiżi li llum m'għandhomx gvern, għal ħafna snin ilhom mingħajr politika li inti tista' tassoċja ruħek magħhom. Jekk inti tħares lejn il-Mediterran u x'inhu għaddej fil-Lvant, fil- Baħar l-Aħmar li aħna bħala Malta nistgħu nkunu vulnerabbli, pereżempju f 'termini ta' trasport, loġistika, importazzjoni, eċċ. F'dan il-kuntest naħseb hemm bżonn li jkollna diskussjoni mingħajr il- partiġġjaniżmu sfrenat li qisu f 'dan il-qasam tal-politika barranija ħa over sempliċement għax Roberta Metsola tgħid xi ħaġa, u l-Prim Ministru qed jgħid xi ħaġa oħra, anzi ejja npoġġu madwar mejda u ngħidu mela s-sitwazzjoni li qegħdin fiha, l-investiment li aħna għamilna, x'hemm bżonn biex jekk xi ħaġa tiġri aħna nkunu protetti? Li l-Mita pereżempju tkun protetta jekk ikollok cyber attack. X'hemm bżonn biex l-edukazzjoni tagħna tfisser li aħna għandna biżżejjed tfal li jistgħu jkunu tajbin f 'ċerti setturi li hemm bżonn fil-futur? Dan mhux aħna biss qed ngħiduh, jiġifieri bħad-diskussjoni li hemm Malta jrid ikun hemm f 'kull pajjiż. Jien li nixtieq huwa li meta nitkellmu dwar l-istatus ta' Malta, kif se ninvestu? Kif se nirrelataw ma' pajjiżi oħra? Dik tista' sseħħ imma sseħħ biss jekk kulħadd jista' jkun madwar mejda u jgħid mela aħna n-newtralità nimuha hekk, x'hemm bżonn li nagħmlu biex nipproteġu lilna nfusna? Tħoss li Malta għandha nuqqas ta' din id-diskussjoni matura? Għadna wisq, ħafna drabi noqogħdu attenti. Issa vera, orrajt, in-newtralità hija parti mill-kostituzzjoni, imma għandna bżonn din id-diskussjoni, u mhux fuq in-newtralità biss, fuq ħafna affarijiet oħra. Taħseb li hemm nuqqas f'dan, ħa ngħidu hekk, kważi problema psikoloġika din. Ara, jew tmexxi jew titmexxa, jiġifieri bħal kull ħaġa oħra, il- partiti politiċi, il-mod kif iridu jadattaw għall-identità tal-Maltin u Għawdxin u dak li jridu l-Maltin u Għawdxin. Jiena nidħol ġo skola, it-tfal ma jidentifikawx ruħhom fuq kif jivvutaw ommhom u missierhom jew kif ħa jivvutaw huma. Huma jidentifikaw ruħhom bħala Maltin. Mhux bħala Nazzjonalisti jew Laburisti, li trid, jiġifieri dik lili tgħallimni bħalma jgħallimni kulħadd, li inti jekk tħares lejn dak li għandu bżonn pajjiżna huwa li għandek bżonn politika li mhijiex tribalizzata. Fejn inti diskussjoni tista' tagħmilha, fejn inti tieħu deċiżjonijiet kuraġġużi, fejn inti tkun tista' tgħid jien fuq din nemmen hekk mhu ħa ngħid xejn. Ħafna iktar faċli ma tgħid xejn imma dik mhux il-politika li nemmen jien. Inti, jekk tingħata pożizzjoni ta' responsabbiltà, min jafdak bil-vot tiegħu ikun qed jafdak għax huwa jaħseb li inti tista' tieħu deċiżjonijiet għalih. L-agħar ħaġa li politiku jkun jista' jagħmel hija li jew ikun wishy washy jew li jgħid u ma jagħmel xejn. Issa r-risposta tiegħi hija assolutament għandna bżonn li nħarsu lejn il-politika, neqilbuha ta' taħt fuq, it-templates li kellna m'għadhomx jaħdmu. Il- kampanji kif konna nagħmluhom ma jaħdmux. Il-Parlament, f 'ġieħ kemm hemm, hemm bżonn li jkun full-time, jiġifieri aħna qegħdin f 'sitwazzjoni fejn l-uniku Parlament fl-Ewropa kollha li huwa part-time, jiġifieri għandek speaker full-time, kif għandu jkun, u MPs part-time u tista' tgħaqqadha jiġifieri fl-istess ħin. Li kieku jkollok parlament full-time jista' jkollok iżjed nisa fil- politika. Is-sistema tal-kwoti, ejja nagħmluha ċara, falliet. Jiġifieri jekk inħarsu li fl-2017 kellek tmien nisa li ġew eletti mingħajr kwota, bis-sistema tal-kwota fl-2022 kellek erba' nisa li ġew eletti. Jiġifieri din hija xi ħaġa li kont kontriha, l-ikbar insult għal kull mara li xi ħadd iħares lejk u jgħidlek inti tlajt għax ġejt megħjuna. L-aħħar darba li tellajna erba' nisa fil-Parlament kien fl-1951. Żmien ilu konna fl- istess sitwazzjoni li qegħdin fl-2022. Naħseb li hemm bżonn diskussjoni enormi kompleta. Kollox irid jinbidel ta' taħt fuq. Fuq l-Amerka; lil hinn milli naraw, id-dikjarazzjonijiet, kif ukoll l-azzjonijiet, li fl- opinjoni ta' ħafna ġurnalisti hija waħda erratika, hemm ukoll ħafna affarijiet, li huma theddid reali. Ħa nsemmi ftit minnhom. It-tariffi li qed nitkellmu fuqhom, tariffi fil-konfront tal-prodotti Ewropej, il-mod kif ċerti arranġamenti tad-difiża qed jingħad li jinbidlu fil-konfront ta' bejn l-Amerka u l-Ewropa, il-mod ta' kif l-Amerka qed tħares lejn ċerti, il-mod kif tittratta t-tema ta' Greenland. Nista' nibqa' għaddej imma m'għandix ħin. U inti kont fost l-iktar mexxejja Ewropej ċari. Ma kienx hemm tlaqliq u għandi nimmaġina inti qed tirrifletti, biex ngħidu hekk, is-sentimenti li hawn fil-Parlament Ewropej. Jiġifieri hemm qisha ċerta rabja, inkwiet, tħassib. Veru jew le? Li naqbel miegħek huwa li qisu l-Unjoni Ewropea ma kinitx ippreparata għal presidenza ġdida ta' Donald Trump. Niakar il-ġurnata qabel l-elezzjoni fl- Amerka, aħna bħala MEPs Maltin ġejna mistoqsijin dwar min naħsbu li ħa jitla'. U jien niakar kont ċara għax għedt jiena nemmen li d-democrats ma jistgħux jirbħu. Ħassejtha. Rajtha. Il-mod kif għamlu l-kampanja, il-mod kif kienet ċara għalija, li l-poplu Amerikan kien se jmur tista' tgħid fid-direzzjoni kompletament l-oppost ta' kif marret fl-aħħar snin. Stajna nkunu wkoll realistiċi, dwar il-fatt li l-kwistjoni tat-tariffi u l-fatt li l-President Amerikan jara li għandu jipproteġi, u niimha wkoll, l-industrija domestika tiegħu u l-produzzjoni fl-Amerka, bħal ċerti affarijiet, karozzi, eċċ. Din diġà rajnieha fl-2017, jiġifieri t-tariffi poġġiehom fuqna u aħna poġġejna fuqhom, jiġifieri rridu nkunu ppreparati. Xi ħaġa li tinkwetani lili għaliex minn gwerra tat-tariffi ma jerah ħadd, imma rridu nkunu ppreparati li dan huwa ġej. Issa kif se nagħmluhom għax dawn l-erba' snin huma twal u jekk naraw f 'dawn l-aħħar ġimgħat, li kuljum kien hemm aħbar ġdida, jekk tgħallimt xi ħaġa f 'dawn il-it ġimgħat huwa li jekk inħares lejn kif taġixxi din il-presidenza hija li tgħid xi ħaġa, tistenna, xi kultant tirriversja, xi kultant tbiddel u xi kultant tkompli għaddejja, jiġifieri aħna rridu wkoll ma naqgħux fin- nassa li għal kull ħaġa li tingħad nirreaġixxu mill-ewwel. Din hija presidenza kompletament differenti u waħda ta' bringsmanship jiġifieri inti tgħid xi ħaġa u tara jekk irendix jew le. Hija xi ħaġa kompletament differenti minn ta' qabel u rridu nadattaw għaliha. Inti kellek l-opportunità li diġà tiltaqa' ma' nies li huma, qed imexxu l-amministrazzjoni ta' Trump. Taħseb li jikkalmaw l-affarijiet? Taħseb li l-affarijiet se jikkalmaw? Inti għedt, mhux ammettejt, imma għedt li m'għandniex nirreaġixxu mill-ewwel għax l-affarijiet tant qed jinbidlu minn ġurnata għal ġurnata, imma inti ltqajt ma' dawn in nies. Issa dawn in-nies ħafna mid- drabi ma jtukx l-impressjoni fl-ewwel ġurnata, imma taħseb li ħa jikkalmaw dawn l-affarijiet? Ara, ma naħsibx li ħa tintrema jiġifieri jekk tara d-diskursati li saru, pereżempju mal-President Franċiż, Macron, tinduna li hemm rispett reċiproku u allura hija relazzjoni li tista' tibniha. Hija perfetta? Le, qatt ma kienet, jiġifieri jekk tħares lura lejn kull It-tieni parti minn intervista twila li għamel Sav- iour Balzan lil Roberta Metsola meta ltaqa maghha fl-uffiċċju tagħha fi Brussels fl-aħħar ta' Marzu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 April 2025