MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

ILENIA DEBONO F'temp bnazzi u sabiħ, Papa Franġisku ngħata l-aħħar tislima fil-Bażilika ta' Santa Marija Maggiore f 'Ruma s-Sibt 26 ta' April. Il-funeral tiegħu beda minn quddiem il- Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan, fejn nies mid- dinja kollha nġabru sabiex jagħtu qima lill-Papa. Preżenti għall-funeral kien hemm il- President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, flimkien mar-raġel tagħha Anthony Spiteri Debono. Fid-delegazzjoni Maltija kien hemm ukoll il-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela, ma' martu Lydia Abela, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Roberta Metsola kienet ukoll preżenti bħala President tal-Parlament Ewropew. Fost figuri oħra prominenti fid-dinja tal- politika kien hemm il-President Amerikan Donald Trump u l-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy, Keir Starmer, il- Prim Ministru tal-Ingilterra, u Emmanuel Macron, il-President ta' Franza. www.illum.com.mt NRU 963 €1.50 IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 L-INTERVISTA MA' ROBERTA METSOLA PAĠNI 8-9 MEXXEJJA TAD-DINJA U TA' MALTA F'RUMA GĦALL- FUNERAL TA' BERGOGLIO FRANK ZAMMIT Il-ħajja ta' Papa Franġisku, imwieled bħala Jorge Mario Bergoglio, hija waħda ta' dedikazzjoni, umiltà u servizz. Minn żagħżugħ fi Buenos Aires sal-għażla tiegħu bħala l-ewwel Papa mill-Amerika t'Isfel, il-vjaġġ tiegħu hu xhieda ta' kif fidi u umiltà jistgħu jmexxu persuna lejn l-ogħla pożizzjoni fil- Knisja Kattolika. Din il-kitba titfa' dawl fuq il-passaġġ tiegħu mill- Arġentina sal-Katedra ta' Pietru. Jorge Mario Bergoglio twieled fit- 13 ta' Diċembru 1936, f 'familja ta' immigranti Taljani fl-Arġentina. Sa minn kmieni, kien magħruf għas- sempliċità tiegħu u l-mod kif kien jersaq lejn in-nies l-aktar fil-bżonn. Hu studja x-xjenzi u l-letteratura, iżda mbagħad iddeċieda jidħol fis- Soċjetà ta' Ġesù, magħrufa aħjar bħala s-Soċjetà tal-Ġiżwiti. Din kienet għażla sinifikanti, hekk kif il-Ġiżwiti huma magħrufa għall-impenn tagħhom lejn l-edukazzjoni, is-servizz soċjali u l-ħidma fost il-foqra. Mill-Arġentina sas-Sede ta' Pietru Ir-reffiegħa bit-tebut tal-Papa Franġisku (Ritratt: Vatican Media) IKOMPLI F'PAĠNA 3 IKOMPLI F'PAĠNA 3

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 April 2025