Carmel Cacopardo
11
editorjal
IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum
ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt
I
l-qima u r-rispett għall-Papa u
għall-Papiet Kattoliċi hija waħda
straordinarja. Iktar u iktar meta tqis
li l-Knisja Kattolika m'għadx għand-
ha l-forza morali u politika daqskemm
kellha fis-snin ta' qabel.
Imma naħsbu li l-personalità, il-
karattru, u d-direzzjoni reliġjuża u
politika tal-Papa li miet kienet tant
meqjusa, bżonjuża u meħtieġa għaż-
żmien li qed ngħixu, u huwa ċar li ħalla
impatt kbir fuq kulħadd.
Fejn ħaddieħor fl-arena
internazzjonali kien silenzjuż u bla
kliem, il-Papa tkellem u kien ċar fi
kliemu. Kien ċar dwar l-immigranti,
dwar il-gwerer, dwar il-kapitaliżmu,
il-konsumeriżmu, u dwar it-tbatijiet
tal-ġnus fi nħawi u f 'żoni differenti
fid-dinja.
Il-fatt li l-Papa twieled ġo pajjiż li
kellu storja ta' nuqqas kbir ta' rispett
għad-drittijiet tal-bniedem kien utli
għalih meta ġie biex wasal u jitkellem
dwar dak li kien qed jiġri f 'Gaża u fis-
Sudan.
Kien infatti kuraġġjuż fejn politiċi
oħra kienu assenti jew silenzjużi.
Id-diskorsi tiegħu kellhom eku
morali — il-Papa ma kellux saħħa
ekonomika jew politika. Imma
safrattant il-kliem tiegħu kien
influwenti.
Fi Knisja Kattolika li kienet mifnija
minn konservattiviżmu żejjed u
drawwiet antiki, il-Papa Franġisku kien
determinat li jkun aktar miftuħ għall-
gays, kif ukoll ċar u trasparenti dwar
ir-rwol u l-atteġġjament tal-Knisja fid-
dawl ta' abbużi minn membri tal-kleru.
Il-pass li jmiss hu li l-Knisja
tkompli fil-passi ta' Franġisku. Hemm
bżonn Papa moħħu miftuħ u mhux
konservattiv. Papa li jkun konxju,
mhux biss mill-bżonnijiet tal-Kattoliċi,
imma wkoll mill-fatt li għal ħafna nies,
gvernijiet u nazzjonijiet — il-Papa
huwa l-vuċi għal min m'għandux vuċi,
il-leħen għal min m'għandux, u fuq
kollox il-kuxjenza tas-sewwa.
Insellmu l-memorja ta' Papa
Franġisku.
Iktar minn sempliċement Papa