Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770
opinjoni 12 ana- arti u kultura IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Armatura tas-Samuraj esebita fl-Expo 2025: Xhieda tal-ħbiberija bejn Malta u l-ĠappunTaljan Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li l-Kantilena ta' Pietru Caxaru li tifforma parti mill-Arkivji Nazzjonali ta' Malta u li tinsab fl-Arkivju tar-Reġistri Notarili, ġiet uffiċjalment inkluża fir- Reġistru tal-Memorja tad- Dinja tal-UNESCO. Il-Ministru Owen Bonnici qal, "Dan huwa ġieħ mhux biss għad-dokument innifsu imma wkoll għall-ilsien Malti u l-wirt letterarju u kulturali ta' pajjiżna, hekk kif issa l-Kantilena tingħaqad ma' lista internazzjonali ta' dokumenti li għandhom valur universali għall-umanità kollha." Din l-aħbar ħarġet wara proċess metikoluż u tekniku li beda f 'Novembru tal-2023, meta l-Arkivji Nazzjonali ħejjew u ssottomettew l-applikazzjoni permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Maltija għall- UNESCO. Dan il-proċess kien ilu jinħadem għal aktar minn sena u nofs u jirrifletti dedikazzjoni bla qies lejn il- preservazzjoni tal-wirt tal- pajjiż. "Nirringrazzja lill-persuni kollha li taw sehemhom f 'din l-inizjattiva, minn dawk li ħadmu fuq l-applikazzjoni sal-professjonisti li b'passjoni u kompetenza jkomplu jħarsu dan it-teżor nazzjonali fil-kollezzjoni tal-Arkivji Nazzjonali. Dan huwa mument ta' unur u għarfien li jikkonferma l-valur storiku u lingwistiku tal- Kantilena, u jsaħħaħ il-post tal- lingwa tagħna l-Maltin fuq livell internazzjonali," żied jgħid il- Ministru. Il-Kantilena hija l-eqdem xogħol letterarju bil-lingwa Maltija li qatt ġie skopert u tmur lura għall-perjodu aħħari tas- seklu ħmistax. Din il-poeżija mill-isbaħ kienet instabet minn Mikiel Fsadni u Godfrey Wettinger lura fl-1966. Il-Kantilena ta' Pietru Caxaru inkluża fir- Reġistru tal-Memorja tad-Dinja tal-UNESCO Tliet armaturi tas-Samuraj Ġappuniżi, li kienu ngħataw lil Malta fl-1862 bħala parti minn missjoni diplomatika, ġew restawrati bir-reqqa u magħqudin mill-ġdid minn konservaturi esperti fil-Ġappun, bis-saħħa ta' inizjattiva ta' kollaborazzjoni bejn Heritage Malta, il-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, u l-Ambaxxata ta' Malta fil- Ġappun. B'turija ta' diplomazija kulturali fl-aqwa tagħha, u fuq l-inizjattiva tal-Malta Enterprise, waħda mill- armaturi tas-Samuraj – flimkien ma' armatura oħra minn żmien l-Ordni ta' San Ġwann – se jkunu għall-wiri fil-Padiljun Malti fl- Expo 2025 f 'Osaka, Kansai, proprju f 'għeluq is-60 sena ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Ġappun. Fil-padiljun ta' Malta se jkunu esebiti wkoll repliki tal-Figura Neolitika Bilqiegħda, il-Ġebla ta' Majmuna, u ċ-Ċippus ta' Żmien il-Feniċi, biex jirrappreżentaw l-istorja multikulturali ta' pajjiżna. L-armaturi tas-Samuraj kienu ngħataw bħala rigal lil Malta minn delegazzjoni Ġappuniża li żaret Malta u li kienet tinkludi lill- ħassieb famuż Yukichi Fukuzawa – Samuraj, edukatur, filosfu, u figura prominenti fil-modernizzazzjoni tal-Ġappun. Kien ukoll il-fundatur tal-Università Keio f 'Tokjo u sa it ilu kien jidher fuq il-karta tal-10,000 yen Ġappuniż. Id- delegazzjoni kienet parti mill- Missjoni Bunkyu, li kellha l-għan li tinnegozja trattati ġodda u ħadet sehem f 'laqgħat diplomatiċi madwar l-Ewropa kollha. Waqfa f 'Malta kienet ħaġa naturali minħabba l-qagħda strateġika ta' pajjiżna, u minn hawn id- delegazzjoni baqgħet sejra Franza. Din kienet l-ewwel żjara rekordjata ta' nies Ġappuniżi f 'Malta. Minn ritratti tas-seklu 19, jidher li waħda mill-armaturi kienet għall-wiri fl-Armerija tal-Palazz tal-Gran Mastru sakemm faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-armatura ttieħdet fi mħażen taħt l-art biex tkun imħarsa mill- bombi. B'xorti ħażina, minħabba li kienet esposta għall-umdità għal żmien twil, il-partijiet organiċi tagħha therrew u għal deċennji sħaħ l-armatura ma setgħetx tiġi esebita. Billi ma nstab l-ebda espert f 'Malta u fil-bqija tal-Ewropa li kien kapaċi jirrestawra dawn l-artefatti, l-armaturi tas-Samuraj baqgħu maħżuna fil-kaxxi tagħhom sakemm fl-2016 inbeda kapitlu ġdid għalihom. F'dik is- sena, l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Ġappun, l-E.T. André Spiteri, żar l-Armerija tal-Palazz u għaraf is-siwi tar-restawr ta' dan ir-rigal minsi. L-Ambaxxatur Spiteri offra li jgħin biex jinstabu esperti Ġappuniżi maqtugħin għal dan it-tip ta' xogħol, u fil-fatt inbdiet kollaborazzjoni maċ-Ċentru tar- Restawr tal-Arti ta' Kyoto, immexxi minn Harumasa Miyashita, liema ċentru jispeċjalizza fil- konservazzjoni ta' artefatti storiċi Ġappuniżi. F'ħidma mill-qrib ma' Heritage Malta, l-Ambaxxatur akkumpanja personalment lill- artefatti fraġli fi triqithom lejn il- Ġappun fl-2023 biex jiżgura l-wasla tagħhom fl-atelier qawwijin u sħaħ. Il-proċess tar-restawr kien ikkaratterizzat minn attenzjoni kbira biex jiġu ppreservati l-materjal u t-teknika oriġinali. Tul dan il-proċess instab li dawk li kienu maħsubin li huma l-partijiet ta' żewġ armaturi, fil-fatt kienu jinkludu l-partijiet ta' armatura oħra li ma kinitx iddokumentata. Din kienet sejba affaxxinanti minna nnifisha. Din l-inizjattiva ta' restawr mhux biss wasslet għall-preservazzjoni ta' artefatt prezzjuż iżda tissimbolizza wkoll it-tiġdid tar-rabtiet storiċi u r-rispett reċiproku bejn Malta u l-Ġappun. Dak li qabel kien rigal diplomatiku minsi issa nbidel f 'ikona ta' wirt kulturali li se tkun apprezzata mill-miljuni ta' nies li jżuru l-Expo 2025 u aktar tard mill-viżitaturi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Dan il-proġett huwa xhieda tal-impenn ta' Heritage Malta biex tħares il-wirt kulturali Malti kif ukoll xhieda ta' kemm il- kollaborazzjoni internazzjonali jista' jkollha sehem siewi biex l-istorja tingħata ħajja ġdida u biex il-pubbliku jesperjenza, japprezza u jgħożż il-legat twil u għani bejn Malta u l-Ġappun. "Dan huwa mument ta' unur u għarfien li jikkonferma l-valur storiku u lingwistiku tal- Kantilena, u jsaħħaħ il-post tal-lingwa tagħna l-Maltin fuq livell internazzjonali" "L-armaturi tas-Samuraj kienu ngħataw bħala rigal minn delegazzjoni Ġappuniża li kienet tinkludi lill-ħassieb famuż Yukichi Fukuzawa – Samuraj, edukatur, filosfu, u figura prominenti fil-modernizzazzjoni tal-Ġappun"