MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

X'għandhom komuni dawn il-films – Bananas (1974), tad- Direttur Woody Allen u Prisoner Of e Second Avenue (1975), kif ukoll l-istess ħaġa dwar dawn it-tliet produzzjonijiet, e Long Goodbye (1973), Stay Hungry (1976) u Pumping Iron (1977)? Fihom jaħdmu f 'partijiet sekondarji jew ċkejknin Sylvester Stallone (fl-ewwel tnejn) u l-Awstrijak Arnold Schwarzenegger. F'Bananas, Stallone li jitla' fuq ferrovija ta' taħt l-art u jwerwer xi passiġġieri jkun żgumbrat 'il barra minn Woody Allen stess li jkun fi stat ta' nervożiżmu kbir u fi Prisoner Of e Second Avenue Jack Lemmon jiġri wara l-ħalliel ta' nofs kedda Stallone u jmiddu mal-art, waqt li Schwarzenegger fi tnejn minnhom juri l-kredenzjali tiegħu ta' bodybuilder immuskulat. Ftit wara, dawn iż-żewġ atturi kienu minn tal- ewwel li saru abbinati ma' films ta' azzjoni, minkejja bidu mhux promettenti. Qabilhom kien hemm oħrajn ta' azzjoni gwappa però ġo films iżolati. Sly u Arnie (kif saru magħrufin) speċjalment fis-snin tmenin, bħala Rocky u Rambo fuq naħa waħda, u bħala Conan u Terminator fuq in-naħa l-oħra, kienu l-factotum ta' qligħ fid- dħul tal-flus dejjem wieħed jissupera lill-ieħor. Warajhom ġew oħrajn u qabilhom nistgħu nsemmu lil Charles Bronson u Chuck Norris. Il-ktieb e Last Action Heroes jiffoka sewwa fuq dawn l-ikoni kuraġġużi li qajmu ċ-ċinema mill-ġdid. Wara bidu fejn ma weriex li jista' jirnexxi, għalkemm ta ħjiel ta' reċtar tajjeb f 'e Lords Of Flatbush (1974), Stallone kellu fil-pussess tiegħu abbozz ta' kitba dwar boxer, jismu Rocky, li xtaq li jkun iffilmjat, kif ukoll li hu stess jaħdem il-parti prinċipali fih. L-ebda kumpanija maġġura ta' Hollywood ma riedet tirriskja attur ewlieni mhux magħruf. Fl- aħħar il-United Artists aċċettaw għax films dwar il-boxing dejjem marru tajjeb fl-Amerika u rraġunaw li jekk Rocky ifalli jew imur ħażin għandhom ukoll New York tad-direttur rinomat Martin Scorsese u atturi famużi bħal Robert DeNiro u Liża Minnelli li jagħmel tajjeb għat- telf. Ironikament ġara l-kuntrarju u Rocky bi storja old fashioned bħal Somebody Up ere Likes Me (1956), dwar boxer baħbuħ u umli, mess bil-kbir is-sentimenti ta' miljuni waqt li sploda fid- dħul tal-flus ma' kullimkien. Kien l-aktar film li daħħal flus fl-1976, rebaħ tliet Academy Awards (Oscars), fosthom għall- Aħjar Film, ġie kklassifikat bħala wieħed mill-aqwa films ta' kull żmien, kif ukoll wieħed mill- aqwa xogħlijiet ikoniċi sportivi ta' dejjem. F'radda ta' salib, Stallone, li sar superstilla u maħbub mill-pubbliku, beda t-triq ta' aktar suċċessi b'iżjed films dwar Rocky Balboa (l-isem Rocky ġie ispirat mill-boxer rinomat Rocco "Rocky" Marciano) u Creed (personaġġ minn dawn il-films), serje li għadha sejra. Suċċess kbir ieħor għalih wasal bil-films ta' Rambo speċjalment bl-ewwel bis-serje, First Blood (1982). Rambo, ġellied veteran tal-Green Berets, li ġie lura mill-gwerra tal-Vjetnam, ikun sfurzat jaħrab minn xeriff kattiv u l-paladini tiegħu waqt li jimbarka fuq ġlieda kontra dawk li għandhom għalih. Oħrajn f 'din is-serje huma Rambo: First Blood, Part II (1985), Rambo III (1988), Rambo (2008) u Rambo: Last Blood (2019). Naturalment, Stallone deher ġo diversi films oħra ta' azzjoni sfiqa u anki oħrajn fejn wera qlubija stupenda. Arnold Schwarzenegger ta' 20 sena rebaħ it-titlu ta' Mr. Universe u wara dak ta' Mr. Olympia seba' darbiet waqt li hu stmat bħala wieħed mill-aqwa "body builders" ta' kull żmien. Meta mar Hollywood, l-ewwel rwoli li sab kienu li jesebixxi l-ġisem immuskulat tiegħu jew li jittrenja fil-gym. Meta riedu jiffilmjaw waħda mill-istejjer ta' Robert E. Howard, tax-xwabel u sħaħar, Conan e Barbarian sabu f 'Arnie l-attur addattat. Hawn tassew inkarna l-parti ta' gwerrier potenti li jfittex vendetta għall-ġenoċidju ta' niesu u l-qtil tal-ġenituri tiegħu minn setta li tadura s-sriep. Bil-menti tiegħu ma jistax jinsa d-dehra makabra tad-demm li s-setta xerdet ġo pajjiżu, flimkien ma' Subotai, ħalliel u Valeria, ir-Reġina żvelta tal-Briganti, jerħulha fuq vjaġġ perikoluż għall-Muntanji Misterjużi fejn hemm it-Tempju tal-Kult tas-Serp u l-mexxej saħħar tagħhom ulsa Doom. Is-suċċess ta' dan il-film tal- 1982 welled ieħor, Conan e Destroyer (1984). 14 films IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 • illum Carmel Bonnici L-eroj gwappi ta' azzjoni sfiqa L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Royal Pharmacy, Valletta Santa Marija Pharmacy, Zebbug Brown's St Anne's, Birkirkara Lourdes Pharmacy, San Gwann Remedies, Ta' Xbiex Browns, Swieqi Mrabat Pharmacy, Sliema Rotunda Pharmacy, Mosta Brown's, Naxxar Frontline, Burmarrad Brown's, Paola Medicor, Xghajra St Catherine's Pharmacy, Zejtun Bronja Pharmacy, Zurrieq Collis Williams St. Venera Pharmacy St Venera The Bypass Pharmacy Siggiewi Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Gozo Chemists, Xewkija, Gozo Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Schwarzenegger u Stallone

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 April 2025