Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534770
intervista illum • IL-ĦADD 27 TA' APRIL 2025 09 għal dak li jridu ċ-ċittadini amministrazzjoni, lanqas tista' tgħid ukoll, l-amministrazzjoni ta' Biden kienet waħda partikolarment favorevoli għall- Ewropa. Li nħoss imma, u hawnhekk, għax jiena nitkellem ħafna drabi mal-kollega tiegħi li huwa speaker tal-Parlament Amerikan, tal-Kungress, li hemm elementi tal-fatt li għadhom f 'kampanja elettorali, jiġifieri fl-ewwel it ġimgħat li inti tara dawk li qalu fl-eqqel tal-kampanja qed jagħmluhom għaliex huma wiegħdu li se jsiru. Ir-realtà hija wkoll li inti għandek kumpaniji Amerikani u Ewropej li jinvestu fl-Amerka li qed jgħidu lill- amministrazzjoni li t-tariffi se jweġġgħuna. Aħna niddependu fuq is-suq Ewropew, is-suq Ewropew huwa wieħed li jiflaħ, jiġifieri inti għandek kontinent, pereżempju fil-qasam tal- farmakoloġija, jiġifieri inti għandek mediċini li jmorru l-Amerka u mediċini li l-Unjoni Ewropea qed timporta. F'dik ir-relazzjoni, jiġifieri tant hija importanti r-relazzjoni taż-żewġ kontinenti tagħna li din m'għandix dubju li se tkun u ħa nibqgħu ħbieb u ħa nibqgħu naħdmu fuqha. Li rridu nagħmlu wkoll imma bħala Ewropa huwa jekk hemm il-possibbiltà li aħna nagħmlu ehim ma' pajjiżi oħra, forsi għal dawn l-aħħar snin konna komdi, irridu nagħmluhom, mal-Messiku, mal-Indja, mal-Brażil ... jiġifieri dawn pajjiżi kbar, ekonomikament b'saħħithom, għandhom impatt fuq l-ekonomija tagħna, imma l-ekonomija tagħna għandha impatt fuq l-ekonomija tagħhom. Jiena ilni hawn jumejn, għamilt intervisti ma' nies oħra fil-Kummissjoni, kif ukoll fil-Parlament Ewropew, b'mod speċjali, anke fil-Kummissjoni, jammettu off the record li jridu joqogħdu attenti kif jitkellmu fuq Iżrael jew x'jistgħu jgħidu. Imma hemm affarijiet li huma in your face, jiġifieri l-qtil ta' eluf ta' nies innoċenti, id- distruzzjoni ta' infrastruttura, bażikament, il-qtil ta' nies innoċenti, biex tiġġustifika gwerra kontra t-terroriżmu għandu l-limiti u l-Ewropa fl-opinjoni ta' ħafna fil-media u ħafna wkoll osservaturi qed tkun apoleġetika wisq. Kif tikkummenta għall-kritika, anke fil-konfront tiegħek, li qed toqogħdu wisq lura milli titkellmu? 50,000 persuna mejta, maġġoranza huma nisa u tfal. Taċċetta li qed tkunu dgħajfa fil-mod kif qed tħarsu lejn dan? Ma naqbilx li dik il-kritika hija hawnhekk. Jekk hemm, dik il-kritika hija waħda li hija mmanifatturata mill-Gvern Laburista. Jekk tħares warajk hemm numru ta' ritratti fejn jiena ltqajt mal-Prim Ministru tal- Palestina. Jekk tħares lejn ir-ritratti warajk, għandek numru ta' ritratti, hemm anke ritratt mal-Prim Ministru tal-Palestina. Numru ta' laqgħat kelli, jiġifieri numerużi, u tajjeb li nsemmu wkoll ittra ta' ringrazzjament mingħand il-Gvern Palestinjan għax-xoghol li għamel il-Parlament Ewropew, jiġifieri meta aħna fil-bidu bdejna ngħidu permanecy fire u imbuttajna lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jagħmlu l-istess. Li kien veru fis-7 ta' Ottubru għax tista' tgħid li qabel id-diskussjoni kienet differenti, fis-7 ta' Ottubru, li kien veru dakinhar kien li l-Unjoni Ewropea hija dejjem favur l-umanità u l-paċi. Dak li għedna dak iż-żmien għadna ngħiduh illum, u jekk jiena se nikkummenta ovvjament dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa rrid noqgħod attenta biex nassigura li jkun hemm soluzzjoni. Issa x'inhi dis-soluzzjoni? Is- soluzzjoni hija, jekk tħares in the long term li inti jkollok il- possibbiltà li dawn iż-żewġ pajjiżi jgħixu fejn xulxin fis-sigurtà u l-paċi. Possibbli? Ħafna affarijiet iridu jiġru, jiġifieri l-fatt li l-Ħamas għadha tirrennja Gaża fejn mort jiena it tal-ġimgħat ilu u insistejt li mmur jiena personalment, għax jiena nemmen li inti jekk ikollok pajjiż li jista' jkun iggvernat, u dan jaqbel miegħi l-Prim Ministru u l-President tal-Palestina, hemmhekk nistgħu nimxu. Li ma naqbilx imma huwa li ma nsemmux l-ostaġġi li għadhom iridu jiġu rritornati, li nħarsu lejn is-7 ta' Ottubru u niskantaw li aħna għedna li dakinhar dak li sar huwa inaċċettabbli. Jiġifieri din naħseb l-iktar ħaġa li se tibqa' miegħi meta nħares lura lejn dawn is-snin kollha li ilni fil-politika huwa li meta t-terroristi kienu għadhom qed jisparaw lil dawk iż-żgħażagħ, daqs it-tfal tiegħi li kienu qegħdin f 'party, li kien hemm nies li diġà dak il-ħin bdew jgħidu ħaqqhom. Il-verità hija li qed imutu nies innoċenti, li hemm pajjiż kompletament distrutt, jiġifieri jien mhux qed nipprova ngħid li hemm xi ġustifikazzjoni għat- terroriżmu u lanqas qed nipprova nkun eku ta' xi gvern jew ta' xi partit politiku. Jien li qed ngħid huwa fil-kuntest. Issa inti bħala President tal-Ewropa, taħseb li tistgħu tmorru iktar apparti fuq din? Aħna dejjem ħa naħdmu għall- paċi u hemm bżonn bħalissa li tidħol ħafna iżjed għajnuna umanitarja. Jiġifieri fuq hekk qed naħdmu kuljum u li kieku ma kienx għal dan il-parlament kieku dik ma ssirx. Hemm ħafna Maltin li jitkellmu fuq Roberta Metsola bħala persuna li jixtiequ li tiġi lura Malta u ħafna Maltin jgħidu li dik mhux ħa tiġi lura. Imma l-argument hu li inti taf li jekk tiġi lura Malta ħa ssib l-appoġġ ta' ħafna nies. Mhux neċessarjament in-Nazzjonalisti. Din tibqa' mistoqsija li qatt ma tirrispondi. Tevitaha, tgħid ma tafx, le, jista' jkun. Kif tirrispondi għaliha? Jien mhux se nispekola. Inti għedt tirritorna lura Malta. Jien qatt ma tlaqt minn Malta. Lill-Maltin u l-Għawdxin li tawni l-fiduċja biex inkun hawnhekk, dik ir- responsabbiltà jiena neħodha u se naħdem biex insarraf dik il-fiduċja kuljum. Lil pajjiżi, li kieku ma kienx għall-Maltin u l-Għawdxin kieku jiena mhux qiegħda hawnhekk. Jekk inħares ukoll, lejn, issa llum ħiereġ survey tal-eurobarometer li jgħid li l-Maltin huma fil-quċċata ta' min jaħseb li dħalna fl-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa tajba u li l-Unjoni Ewropea ttihom protezzjoni u li żżid l-istandards, issa nistgħu nagħmlu ħafna u ħafna ġid. Li nixtieq inkun kburija biha hija li għall-inqas meta n-nies iħarsu lejn Malta fuq livell Nazzjonali u Ewropew, ma jaħsbux biss fl-affarijiet ħżiena li għalihom sar magħruf pajjiżna dawn l-aħħar snin. Jien nixtieq li din l-istorja tiġi kkoreġuta. Jien nixtieq li l-politika li ssir Malta, u jiena parti minnha kuljum, mal- kollegi tiegħi li kollha qed naħdmu biex ir-rotta tinbidel, aħna nħarsu lejn dak li rridu nagħmlu u dak li rridu nikkoreġu. Jien dejjem ħa nkun parti minn kull diskussjoni u minn kull deċiżjoni. Mela l-mistoqsija tiegħi li b'mod diplomatiku ... jiġifieri jiena neskludi, qed nifhem li inti teskludi li tiġi lura Malta jew ma teskludix? Qed nitkellem fuq il-fatt li inti, mhux qed nitkellem fuq għada, mhux fuq sena oħra, tikkunsidra, teliminaha l-possibbiltà li tiġi lura Malta? Jiena r-responsabbiltà neħodha dejjem u dejjem ħa nservi fejn hemm bżonn. X'tixtieq tara fil-Partit Nazzjonalista bħalissa biex jirbaħ elezzjoni? Jekk partit politiku ma jinbidilx kuljum biex jaddatta għal dak li jridu ċ-ċittadini, allura ma jibqax partit politiku. Jiena meta nħares lejn il-politika Maltija u nħares lejn kull partit nara li hemm bżonn kambjamenti kompletament, bidliet li jridu jsiru f 'termini ta' finanzjarjament ta' partiti, kif il-midja taħdem, kif il-messaġġ jasal ... Jiġifieri jekk tħares illum lejn il-Maltin u l-Għawdxin, l-aħbarijiet minn fejn jeħduhom, id-diskussjonijiet li huma jridu, li jridu ambjent iktar nadif, ma jridux jeħlu fit-traffik, iridu infrastruttura li taħdem, ma jħossuhomx imdejqin, pajjiż b'estetika aħjar, bi żvilupp li ma jnawwarx l-ambjent, iridu pajjiż fejn l-edukazzjoni u l-AI kif se jbiddel kollox. Aħna nkunu ppreparati għalihom u mill-politiċi tagħhom, fuq livell ta' ekonomija, politika soċjali, kif naħdmu, politika ambjentali, politika ta' fejn irridu pajjiżna jsir u fejn imur, iridu l-verità, iridu l-moral clarity, u jridu xi ħadd li jirrappreżentahom u jkollu l-kuraġġ dak li forsi ma jkunux iridu jisimgħu imma jafu li dik id- deċiżjoni trid tittieħed. Jien nixtieq li din tkun il-politika Maltija. Ma nixtieqx li jkollna parlament part-time fejn id-diskussjoni hija limitata ħafna. Jekk intik eżempju wieħed biss, bħalissa ħa nibdew id-diskussjoni dwar il-programm finanzjarju għas-seba' snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Nixtieq li jkollna diskussjoni ċara, profonda fil-Parlament Malti. Nixtieq li jkollna MPs li jkunu megħjuna mir-riċerkaturi. M'hemmx bżonn li jkunu esperti f 'kollox imma inti meta titkellem tkun taf li hemm xi ħadd li qed jgħinek tirriċerka l-politika kif għandha tkun. Iċ-Chamber of Commerce fil-fatt ħarġu numru ta' proposti li naħseb li aħna bħala politiċi rridu nisimgħu u narawhom. Il-business, is-settur privat qed jittallab magħna biex jgħidilna isma' isimgħu l-ispeed of delivery li intom tridu tagħmlu biex aħna nħossuna aħjar, biex l-ekonomija tagħna tikber. Ir-riżorsi huma kbar. Ejjew nużawhom mhux nerġgħu naqgħu bħal kull ħaġa, f 'partiġjaniżmu sfrenat. Jien nixtieq politika li tbiddel, li kieku ma rridx inbiddel ma kontx inkun fil-politika, u naħseb li hemm bżonn, tista' tgħid ta' doża ikbar milli hemm. Qed nieħu pjaċir li qed titkellem hekk u ovvjament naħseb dil-mistoqsija mhux ħa jkolli tweġiba għaliha hija li biex timplimenta dawn l-affarijiet irid ikollok politiċi li jifhmu wkoll kif jagħmlu dan u naħseb taqbel miegħi li ma tantx qed nara minn dawn il- politiċi li kapaċi jagħrfu dak li qed tipproponi int. Kollox jista' jitjieb. Jiġifieri jiena għalija meta nħares lejn dak li għandna llum u fejn nistgħu naslu, bil-galbu, bil-kuraġġ u bil-ħsieb nistgħu naslu. Semmejt lil Robert Abela Titkellmu? Jiena nuri rispett lejn kulħadd, jiġifieri nagħmel distinzjoni kbira bejn dak li ngħidu fuq politika u dak fuq livell personali. U jekk tħares anke lejn kif nitkellem ma' kull deputat li hemm fil- Parlament Malti tara li inti jista' jkollok relazzjoni ta' diċenza. Li forsi nitlob huwa li dik id-diċenza tkun reċiprokata. Titkellmu meta tkunu fil- Kunsill? Iva.