MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 963 €1.50 IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 INTERVISTA MA' OLAF MCKAY, SINDKU TAL- BELT VALLETTA PAĠNI 6 - 7 Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jidher ċar li Alex Borg, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista, qed jimmira għall-kariga tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, iktar u iktar bit-tmexxija ta' Bernard Grech. Borg wera biċ-ċar li huwa jrid jieħu lill- PN minn wieħed marbut mal-kampanja tal-korruzzjoni għal partit popolista. U filwaqt li Borg jaf li għandu min fil- PN huwa kontrih, jaf li huwa popolari man-nies. Infatti, minkejja l-fatt li Borg m'għandu ebda 'direzzjoni politika' unika, huwa appoġġjat minn sezzjonijiet kbar ta' Nazzjonalisti. Nies viċin Borg jemmnu li Metsola mhux se tiġi Malta u għalhekk din tiaħ opportunità kbira lil Alex Borg. Borg, li kien ġej mill-fazzjoni tal-Eks Kap tal-PN Adrian Delia, diġà wera li hu mhux favur il-politika tal-grupp Repubblika u dawk li huma ossessjonati minn mibegħda kontra l-Labour u viċin in-narrattiva tal- grupp li jħaddan ta' Daphne. Diġà indika li lest biex jitkellem u ma jistenniex lill-PN jitkellem, u anzi jitkellem differenti mill-Partit. Dan stajna narawh f 'żewġ dikjarazzjonijiet li għamel f 'dawn l-aħħar ġranet. Waħda fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea fuq il-bejgħ ta' passaporti u t-tieni fuq id- deċiżjoni tal-Gvern li jillimita l-persuni li jżuru Blue Lagoon ġewwa Kemmuna. Borg ma ddejjaqx jesprimi l-inkwiet tiegħu li t-tmiem tal-bejgħ tal-passaporti kien inkwetanti. Konxju aktarx li l-biċċa l-kbira mill-operaturi li joffru servizzi huma infatti Nazzjonalisti. Dan ikkuntrasta bil-kbir mad- dikjarazzjonijiet ta' Roberta Metsola u ta' Bernard Grech. Meta tkellem fuq Kemmuna, Borg kixef il-popoliżmu tiegħu meta stqarr li l-Maltin m'għandhomx ikunu kostretti fejn imorru u x'jagħmlu. Borg, bil-wiċċ daħkan, b'diskors moderat, bi ġmiel ta' raġel, b'mara attraenti, kif ukoll appoġġjat minn tim żgħir u professjonali, qed jimmira għall-iktar kariga kruċjali fil-PN. U jidher li tant hemm frustrazzjoni min- Nazzjonalisti ta' ġewwa bil-logħob bil- kliem ta' Metsola dwar jekk hix ġejja jew le, li issa qishom qed jaċċettaw il-fatt li Alex Borg jista' jkun l-aħjar għażla għat- tmexxija zoppa fi tmun tal-PN. ALEX BORG JIPPOŻIZZJONA RUĦU GĦAL KAP TAL- PARTIT NAZZJONALISTA FRANK ZAMMIT Ambaxxatur ta' Malta għas-Santa Sede Il-konklavi papali tal-2025 se jseħħu f 'mument ta' importanza storika, kemm għall-Knisja Kattolika, kif ukoll għall- komunità internazzjonali. Għalkemm dan il-proċess jibqa' magħluq fil- Cappella Sistina, id-deċiżjonijiet li jittieħdu fih jirriflettu b'mod inevitabbli r-realtajiet soċjali u politiċi li jdawru lill-Knisja. Il-Kardinali huma msejħa biex jaħsbu b'mod spiritwali, iżda huma wkoll irġiel ta' żmienhom — u għalhekk l-elezzjoni ta' Papa ġdid trid tiġi miuma fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku ta' żmienna. Il-Kulleġġ tal-Kardinali se jinġabar biex jagħżel is-suċċessur ta' San Pietru f 'dinja maħkuma minn tensjonijiet politiċi, soċjali u reliġjużi. IKOMPLI F'PAĠNI 2 - 3 Konklavi f 'dinja li qed tinbidel: Il-Papa l-ġdid u l-viżjoni globali tal-Knisja Borg jaf li għandu min fil-PN huwa kontrih iżda huwa popolari man-nies

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 May 2025