MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -attakk kważi ċert ta' drone Iżrael- jan fuq vapur umanitarju barra mill-ibħra Maltin din il-ġimgħa wera kemm aħna bħala pajjiż żgħir nistgħu nkunu vulnerabbli. M'aħniex qed ngħidu li Iżrael se jattakkana, imma lanqas għandna nkunu mistagħġba li jagħmlu xi waħda minn tagħhom. Dawn l-aħħar xhur urewna kemm huma nazzjon krudili u faxxist. Fejn jidħlu l-interessi diretti tagħhom, m'hemmx rispetti u wisq inqas attenzjoni għal-liġi internazzjonali. Meta riedu joqtlu lil xi ħadd li kkunsidrawh terrorist f 'Tas-Sliema, għamlu li kellhom jagħmlu fid-dawl tal- Mulej, imbagħad sparixxew. Imma li huwa ċar hu li Malta m'għandha l-ebda kapaċità teknoloġika jew militari biex tiddefendi lilha nfisha kontra attakki bi stil modern. Malta jew aħjar il-Prim Ministru lanqas għandu l-ħeġġa li jipprotesta mal-Iżrael għal dak li seħħ eżatt mat-territorju marittimu Malti. Qed nitkellmu fuq l-użu ta' drones. Kieku, għall-argument – u dan mhux il-każ – kellna gvern li kien kritiku ta' Iżrael, kif ukoll attivament favur il-Palestinjani, ma trid xejn li dawn jivvintaw xi forma ta' skuża biex ikun hemm attakk kontrina. Mhux necessarjament militari, imma anke b'forma differenti … inklużi tipo cyber. Il-punt hu li min irid jagħmlilna l-ħsara – u dan jista' jkun minn xi pajjiż jew entità oħra – jista' faċilment jagħmel dan mingħajr ma joħroġ ħafna għaraq tad- demm. U li hemm bżonn hu li l-Gvern irid jara x'se jagħmel biex ikollu pjan serju li jassigura li pajjiżna jkollu sigurtà li tħares lejn ir-realtajiet tad-dinja. S'issa ħdimna bit-tama li ma jiġri xejn. Bit-tama biss ma jiġri xejn. Fid-dawl li Malta qiegħda f 'nofs triq fil-Mediterran fejn teżisti migrazzjoni ta' persuni li jfittxu serħan mill-gwerer u sfidi ekonomiċi u f 'dinja b'tensjonijiet kbar, jenħtieġ strateġija serja u maħsuba għas- sigurtà ta' pajjiżna. Bla għajnuna tal-pajjiżi ġirien fl-Ewropa u fl-Unjoni Ewropea, jew biex inkunu ċari bl-għajnuna ta' dawk li nistgħu forsi nafdaw. Issa huwa ż-żmien li nitkellmu fuq is-sigurtà

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 May 2025