Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024
Aktar suċċessi għal Schwarzeneg- ger waslu bis-sensiela e Ter- minator. Fl-ewwel wieħed ta' din is-serje (1984) Arnie jinterpreta l-parti ta' cyborg, speċi ta' robot assassin ta' stoffa li jintbagħat mill-futur lura fiż-żmien biex if- ittex u joqtol mara żagħżugħa, Sarah Connor (Linda Hamilton) li se twelled gwerrier li se jmexxi reżistenza fil-futur biex isalva l-umanità milli tkun elimina- ta minn dawn il-magni. B'robot vjolenti u qawwi li xejn ma jista' jwaqqfu u b'azzjoni li ma taqta' xejn, e Terminator, kif dirett minn James Cameron, kien xog- ħol tax-xjenza fittizja li it rajna l-kwalità superjuri tiegħu. Dan il-film ġie magħżul mill-Librerija tal-Kungress biex ikun ippriżervat fir-Reġistru Nazzjonali tal-film. Aktar effetti speċjali viżwali ġġenerati bil-kompjuter dehru f 'Terminator 2: Judgement Day (1991), ukoll dirett minn James Cameron. Din id-darba s-cyborg Arnie jkun ipprogrammat mill- umani tar-reżistenza tal-futur biex jindokra lil Sarah Connor u binha u jagħmilha tal-eroj din id-darba. Però mill-futur, l-Intelliġenza Artifiċjali Skynet jibagħtu esseru T-1000 li kapaċi jibdel surtu magħmul minn metall likwidu li hu invinċibbli biex joqtol lil Sarah u lil binha John, is-salvatur tal-umanità. Minkejja l-azzjoni mirakoluża li fih u li terġa' ma terħi xejn u li tissupera l-oriġinal, ma jaqbiżx l-impatt tal- ewwel film. Dawn it-tnejn irrendew id-'deheb' fil-box-office. Wara nħadmu aktar Terminator films li ma kinux ta' klassi bħal dawn it- tnejn. Schwarzenegger ħadem aktar films ta' azzjoni qawwija li għamlu suċċess, fosthom Commando (1985), e Running Man (1987), Predator (1987), Total Recall (1990) u True Lies (1994) ukoll dirett minn James Cameron. Mis-snin 2003 sal- 2011 Arnie serva bħala Gvernatur ta' California. Attur ieħor, din id-darba mill- Belġju, Jean-Claude Van Damme, bħal Schwarzenegger telaq lejn Hollywood biex jittanta xortih bħala attur. Ta' għaxar snin missieru kitbu fi skola tal-karate u kkompeta b'suċċess f 'diversi kompetizzjonijiet f 'turnew tal- karate jew tal-kickboxing. Fl-1978 rebaħ it-titlu ta' Mr. Belgium fil- bodybuilding, kif ukoll darbtejn il-Black Belt fil-karate. Fil-ħafna films li ħadem ta' azzjoni bl-arti marzjali laqqmuh "the muscles from Brussels", il-post fejn twieled. Għalkemm ma kienx tal-livell ta' Schwarzenegger, diversi films tiegħu marru kummerċjalment tajjeb, fosthom Lionheart (1990 – U.K. A.W.O.L.), Death Warrant (1990), Double Impact (1991), Nowhere To Hide (1993), Hard Target (1993), Timecop (1994), Street Fighter (1994), Sudden Death (1995), Maximum Risk (1996) u e Quest (1996) dirett minnu stess. Fl-1988 Jean-Claude Van Damme ħadem fi Black Eagle ma' Sho Kosugi, produzzjoni maħduma hawn Malta. Fis-snin ta' wara l-1996 id-dehra tiegħu fuq il-liżar ċinematografiku naqset sewwa. Espert ieħor tal-arti marzjali li wkoll jippossedi l-Black Belt fl- aikido huwa Stephen Seagal. Barra li hu attur, hu wkoll produttur, kittieb tal-films, għalliem tal-arti marzjali u mużiċist speċjalment meta kien fil-Ġappun. Wara kompla b'dan ix- xogħol f 'Los Angeles. Il-films tal-bidu tiegħu kollha b'sekwenzi ta' azzjoni intensa tal- aikido marru tajjeb mal-pubbliku. Id-debutt għamlu f 'Above e Law (1987) (a.k.a. Nico) li għamel suċċess konsiderevoli u kompla b'impatt qawwi b'Hard To Kill, Marked For Death, Out For Justice u Under Siege. Kompla wara b'aktar films, fejn f 'xi wħud minnhom wera ħsieb lejn kif qed jiġi ttrattat l-ambjent. Mill-2003 'il quddiem, ix-xogħlijiet kollha li ħadem ħarġu fuq DVD jew intwerew fuq it-TV. Fl-eqqel tal- karriera tiegħu kien stmat bħala wieħed mill-aqwa ta' dan il-ġeneru ta' film u l-aktar meqjus bħala attur tal-arti marzjali. 14 films IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 • illum Carmel Bonnici L-eroj gwappi ta' azzjoni sfiqa IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Royal Pharmacy, Valletta Santa Marija Pharmacy, Zebbug Brown's St Anne's, Birkirkara Lourdes Pharmacy, San Gwann Remedies, Ta' Xbiex Browns, Swieqi Mrabat Pharmacy, Sliema Rotunda Pharmacy, Mosta Brown's, Naxxar Frontline, Burmarrad Brown's, Paola Medicor, Xghajra St Catherine's Pharmacy, Zejtun Bronja Pharmacy, Zurrieq Collis Williams St. Venera Pharmacy St Venera The Bypass Pharmacy Siggiewi Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Gozo Chemists, Xewkija, Gozo Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Stallone u Schwarzenegger