MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 simbolu ta' kif il-Knisja trid tidher fid-dinja għal realtajiet ġodda. Madankollu, il-Kurja Rumana għadha b'saħħitha ħafna u marbuta mal-kultura Ewropea. It- tensjoni bejn il-passat Ewropew u l-preżent globali kien evidenti: f 'diskussjonijiet informali, dehret qasma bejn dawk li xtaqu Knisja aktar sinodali u inklussiva, u dawk li xtaqu tmexxija aktar ċentralizzata u konservattiva. Fattur kruċjali ieħor kien ir-rwol diplomatiku tal- Vatikan. Il-Knisja għandha vuċi internazzjonali speċjali, partikolarment f 'każijiet ta' gwerer, migrazzjoni u inġustizzji soċjali. Il-Papa li jkun elett se jkollu jħabbat wiċċu ma' sitwazzjonijiet delikati bħal dik fl-Ukrajna, il-Lvant Nofsani u l-Qarn tal- Afrika. Għalhekk, l-għażla tal-Papa hija wkoll dwar kif il-Vatikan jista' jibqa' vuċi kredibbli għall-paċi u d-drittijiet umani. Il-midja, il-ġurnali u l-pjattaformi soċjali wkoll kellhom impatt fuq l-elezzjoni. Għalkemm il-votazzjoni tibqa' sigrieta, l-attenzjoni pubblika għandha effett reali fuq il- Kardinali. Il-Papa llum huwa wkoll figura simbolika ta' valuri universali. Hu meqjus bħala mexxej morali fuq livell globali, u għalhekk l-"immaġni" tiegħu hija importanti. F'dan il-kuntest, il-Papa ġdid hu aktar minn suċċessur ta' Pietru. Hu simbolu ta' kif il- Knisja trid tidher fid-dinja: aktar miftuħa u qrib in-nies, jew aktar awtoritarja u protettiva tad- duttrina? Għal ħafna, il-Konklavi se jkun mument ta' tama għal Knisja li tisma' l-karba tal-poplu. Għal oħrajn, se tkun opportunità biex titħares l-identità f 'dinja konfuża moralment. Huwa ċar li l-ġeopolitika ma tistax titwarrab mill-analiżi tal- Konklavi. L-għażla ta' Papa ġdid tgħid ħafna dwar il-prijoritajiet spiritwali u prattiċi tal-Knisja u tad-dinja. Din id-deċiżjoni ma kinitx biss dwar il-passat, imma dwar kif il-Knisja trid timxi 'l quddiem fid-dinja tal-lum. Il-fatt li l-eletturi ġew minn kull rokna tad-dinja juri bidla profonda. Il-viżjoni għall- Papat ma ġietx biss mill-elite tal-Vatikan, iżda wkoll minn dawk li jgħixu realtajiet ta' faqar, diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni. Din hija Knisja li trid titkellem minn qalbha, u mhux biss mill- pedestalli tagħha. Il-konklavi tal-2025 se jaffaċċja għażla delikata u sinifikanti: min għandu jkun il-Papa l-ġdid? L-għażla tista' taqa' fuq wieħed kurjali veteran li jaf sew il- mekkaniżmi interni tal-Vatikan u li jista' jassigura kontinwità istituzzjonali, jew inkella fuq Arċisqof Metropolitan minn xi djoċesi kbira u dinamika, li għandu esperjenza pastorali fil- qasam u li jġib miegħu viżjoni iktar qrib ir-realtà tal-poplu jew Arċisqof magħżul minn Papa Bergoglio li ġej minn xi żona remota tad-dinja. Alternattiva oħra hija l-għażla ta' diplomatiku bi profil internazzjonali, wieħed li għandu l-ħila jinnaviga l-komplessitajiet politiċi u morali ta' żmienna, speċjalment f 'dinja fejn il-Knisja trid tibqa' leħen kredibbli favur il-paċi, id-drittijiet umani u l-ġustizzja globali. Imbagħad hemm ukoll id- dimensjoni dottrinali: għażla bejn kardinal li jġib miegħu sens ta' kontinwità konservattiva, jew ieħor li hu magħruf għal approċċ aktar liberali, inkluż fuq kwistjonijiet soċjali, ambjentali u morali. Filwaqt li xi kardinali jistgħu jfittxu figura li tistabbilixxi ordni u ċarezza f 'Knisja li tidher frammentata, oħrajn jistgħu jagħtu prijorità lill-ħtieġa ta' Papa li jisma', li jħaddan il-pluralità u li jsaħħaħ il-proċess sinodali mqanqal minn Papa Franġisku. Għalhekk, il-konklavi mhumiex biss votazzjoni dwar il- karattru personali ta' xi kardinal, iżda anke dwar il-viżjoni ġenerali tal-Knisja għas-seklu XXI — Knisja li trid tkun għaqda mingħajr uniformità, u profetika mingħajr ma titlef l-għeruq tagħha. Top of Form Il-Papa l-ġdid għalhekk għandu jkun vuċi profetika għal żmienna. F'dinja fejn ħafna istituzzjonijiet tilfu l-kredibilità, il-Knisja għandha tkun sinjal ta' tama, ġustizzja u rispett lejn il- ħolqien. Il-konklavi tal-2025 se jkun mument ta' dixxerniment: Papat ġdid għal żmien ġdid, stil ġdid ta' tmexxija, u viżjoni ġdida għall-Knisja fil-qalba tad-dinja. Frank Zammit, Ambaxxatur ta' Malta għas-Santa Sede Il-Kardinal Pietro Parolin serva bħala Segretarju tal-Istat tal-Vatikan mill-2013

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 May 2025