MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535024

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 4 TA' MEJJU 2025 07 Irridu Belt li toffri esperjenzi kulturali u soċjali għal kulħadd, iżda li tagħti prijorità lill- kwalità tal-ħajja ta' min jgħix fil-Belt Valletta SEAN FENECH Bħalissa, il-Belt Valletta qed tispiċċa fuq l-aħbarijiet bosta drabi — u ħafna mid-drabi għal raġunijiet ħżiena. Ħu mill-istorja riċenti li allegat li — biex nittraduċu l-frażi oriġinali — il-Belt saret "bejta tal-kokaina". Għalhekk, il-ġurnal ILLUM iddeċieda li jkellem lis-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, biex nistaqsuh għall-verżjoni tiegħu rigward dawn il-problemi u dwar x'jaħseb dwarhom. BĦALISSA GĦADDEJJA KUMMERĊJALIZZAZZJONI QAWWIJA TAL-BELT VALLETTA, SAĦANSITRA B'ĊERTI NIES JGĦIDU LI L-BELT SARET "IT-TIENI PACEVILLE". X'INHI L-OPINJONI TIEGĦEK DWAR DAN? TAĦSEB LI L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦANDHA TITNAQQAS JEW BIL- KONTRA, TIŻDIED? Il-Belt Valletta għandha tkun belt vibranti, imma mhux waħda bla kontroll. Kull attività għandha ssir b'rispett lejn ir-residenti u anke lejn iċ-ċittadini inġenerali. Nemmen fil-bilanċ: mhux kontra l-kummerċ, iżda favur mudell aktar sostenibbli u responsabbli. Irridu Belt li toffri esperjenzi kulturali u soċjali għal kulħadd, iżda li tagħti prijorità lill-kwalità tal-ħajja ta' min jgħix fil-Belt Valletta. IT-TIMES OF MALTA RRAPPURTAW DWAR IL-PREVALENZA TAL-UŻU TAL-KOKAINA FIL-BELT. TANT SARET PREVALENTI D-DROGA LI BEJJIEGĦ TAD-DROGA MINNHOM QAL, "VALLETTA IS A COKE DEN". X'TAĦSEB DWAR DAN? U GĦANDEK FI ĦSIEBEK MIŻURI SABIEX JITNAQQAS L-UŻU TAL-KOKAINA? Dak il-kliem huwa mhux biss allarmanti, imma wkoll inaċċettabbli u offensiv lejn il- komunità Beltija. Il-ġlieda kontra d-droga hija sfida nazzjonali u anke Ewropea, mhux problema marbuta biss mal-Belt Valletta. Illum, l-użu u l-bejgħ ta' sustanzi bħal dawn qed jinfirex f 'diversi bliet kapitali fl- Ewropa, u Malta mhijiex eċċezzjoni. Jiddispjaċini li l-Belt Valletta qed tiġi mmarkata b'dan il-mod, għax ir-residenti mhux biss inkwetati, imma wkoll urtati li Belt storika u b'valur kulturali uniku qed tiġi stigmatizzata b`dan il-mod. Ma nistgħux nirkbu fuq is- sensazzjonaliżmu — irridu naħdmu fuq din l-isfida, mhux biss il-Belt. Irridu nedukaw aktar. Bħala Kunsill, flimkien ma' sħabi, se nkompli naħdem biex insaħħu l-għarfien u l-edukazzjoni dwar id-droga, speċjalment fost iż-żgħażagħ, f 'kollaborazzjoni ma' skejjel, NGOs u entitajiet. Fl-istess waqt, nappella għall-infurzar aktar robust u koordinazzjoni kontinwa mal-Pulizija. Il- Belt Valletta għandha tkun post sigur — mhux għal min jabbuża, imma għal min jgħix, jaħdem u jżurha b'rispett. NUMRU TA' GĦAQDIET QED JGĦIDU LI L-ISTATUS TAL-UNESCO TAL- BELT VALLETTA HIJA FIL-PERIKLU LI TINTILEF MINĦABBA NUQQAS TA' SALVAGWARDJI ADEGWATI. X'TAĦSEB DWAR DAN? BEĦSIEBEK TIEĦU XI FORMA TA' AZZJONI BIEX L-ISTATUS JIĠI SALVAGWARDJAT? Żgur li l-Belt Valletta għandha tkun salvagwardjata minn kull aspett billi hija l-unika belt kapitali fl-Ewropa li tgawdi mill- istatus prestiġjuż tal-UNESCO. L-għadd kbir ta' nies li jżuruha diġà juri kemm hi importanti din il-belt. Madankollu, il- Belt Valletta mhijiex biss mużew miuħ; hija wkoll belt ħajja, fejn kuljum jgħixu u jaħdmu ħafna Maltin, u fejn isseħħ attività kontinwa li tagħtiha l-karattru uniku tagħha. Għalhekk, huwa essenzjali li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-Belt Valletta m'għandhomx ikunu responsabbiltà ta' xi it biss, iżda dmir komuni. Kull ċittadin, kull entità governattiva, il-Gvern Ċentrali, u l-għaqdiet volontarji kollha għandhom jingħaqdu flimkien biex jaraw li l-belt tkompli toffri dak li jfittxu mhux biss it-turisti, imma wkoll dawk li jgħixu fiha. Mhux biżżejjed li nħossu l-biża' li l-Belt Valletta titlef l-istatus ta' UNESCO. Minflok, hemm bżonn ta' ħidma konkreta, magħquda u effettiva biex jitħarsu l-valuri, l-istorja u l-kultura ta' din il-belt kapitali. Il- Belt Valletta hija teżor nazzjonali u għandu jkun fl-interess ta' kulħadd li jiġi mħares b'mod serju u bi mħabba. X'TAĦSEB DWAR IL-PROĠETT TAR- RESTAWR TAL-KONKATIDRAL TA' SAN ĠWANN? Huwa proġett meħtieġ u meritevoli. Il- Konkatidral huwa ġojjell artistiku u reliġjuż għal Malta kollha. Irridu naraw li r-restawr isir bi kriterji professjonali għoljin u b'rispett lejn l-ambjent u l-komunità tal-madwar. Il- Kunsill Lokali jappoġġja kull inizjattiva li tħares il-wirt, sakemm isir bi trasparenza u konsultazzjoni. MINN RAPPORT LI ĦARĠET DIL- GAZZETTA, JIDHER ILLI ŻEWĠ TOROQ PARTIKOLARI FIL-BELT VALLETTA JIĠĠENERAW NUMRU SOSTANZJALI TA' MULTI. DAWN HUMA TRIQ GIROLAMO CASSAR U TRIQ SAN PAWL. TAĦSEB LI L-MULTI HUMA DETERRENT B'SAĦĦTU BIŻŻEJJED BIEX DAWN IL-KONTRAVENZJONIJIET JIEQFU GĦALKOLLOX? JEKK LE, X'TIPPROPONI LI GĦANDU JSIR? Il-multi huma biss parti mill-istampa. Irridu sistema aktar intelliġenti u edukattiva ta' infurzar b'teknoloġija bħal kameras AI, sinjali ċari, u kampanji ta' għarfien. Meta jkun hemm rispett reċiproku bejn l-awtoritajiet u ċ-ċittadini, ħafna affarijiet jirranġaw ruħhom. JIDHER LI HEMM NUMRU TA' BINJIET ILLEGALI L-BELT, KIF UKOLL NUMRU TA' NEGOZJI LI QED JOPERAW KONTRA L-LIĠI. X'TIPPROPONI LI GĦANDU JSIR BIEX DAWN JITNAQQSU DARBA GĦAL DEJJEM? Il-liġi trid tiġi rispettata minn kulħadd. L-irregolaritajiet ma jħallux impatt biss fuq id-dehra tal-Belt iżda fuq l-ispazju, il- ġustizzja soċjali u l-ġid komuni. Għandna bżonn infurzar aktar koordinat u database ċentrali b'verifika regolari mill-Awtorità tal-artijiet u l-MTA biex insemmu it. Fl- istess ħin, nappoġġja sistema ta' għajnuna biex negozji żgħar jagħmlu l-affarijiet b'mod korrett, mhux bil-biża', iżda b'kuxjenza, aħna komessi li naraw li jinstab bilanċ bejn l-estetika u l-ambjent tal-belt. Bħala Sindku tal-Belt Valletta, il-ħidma tiegħi u tal-Kunsill li mmexxi huwa Kunsill li jservi lil hinn mill-politika partiġġjana għall-ħarsien tal-ġid komuni, il-komunità fiċ- ċentru tal-ħidma tagħna. "Il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-Belt Valletta m'għandhomx ikunu responsabbiltà ta' xi ftit biss, iżda dmir komuni."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 May 2025