Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
opinjoni IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum 08 M 'hemmx għalfejn ngħid li l-ambjent urban li ngħixu fih jagħmel differenza kbira fil-ħajja ta' kuljum. Ovvja, hux? Madankollu, xorta kont mistagħġba li sibt lili nnifsi nħossni ċertu mod meta biddilt l-ambjent li kont ngħix fih, mingħajr ma stajt nispjega eżatt kif u għalfejn. Tmien snin ilu mort noqgħod il-Kanada, fejn qattajt ħames snin ngħix ġewwa l-Quebec. Ta' spiss kont inħossni skomda meta kont insib ruħi ġo ċerti postijiet pubbliċi miuħin ġewwa l-ibliet. Domt ħafna biex indunajt x'kien qed idejjaqni f 'dawn l-ispazji pubbliċi fil-Kanada. Kont nitħasseb dwar kif dawn l-ispazji miuħa, li kienu moderni u miżmuma tajjeb, ma kinux jistidnuni nqatta' iktar ħin fihom. Għaliex ma kontx qed inħossni milqugħa? Issa naf li dan huwa fenomenu magħruf li huwa assoċjat ma' spazji pubbliċi ikkontrollati mill-privat, jew 'POPS' (Privately Owned Public Spaces). Għalkemm dawn il-postijiet jagħtu impressjoni ta' art pubblika, ikunu fil-fatt privati jew amministrati mill-privat. L-aċċess għal dawn l-ispazji ħafna drabi jkun miuħ, imma jkun miżmum u rregolat mill-privat. Ta' spiss, dawn il-postijiet ma jkunux saru spazji miuħa b'mod organiku, imma jkunu ġew imfasslin minn bord li mhux parti mill-komunità. Ġieli ma jkunux fil-qalba tal-ebda komunità u trid issuq biex tasal għalihom. Ġieli jagħtu impressjoni wisq sanitizzata u bla ruħ, u spiss ikunu kummerċjalizzati. Issa li esperjenzajt pajjiż fejn ħafna mill-ispazji "pubbliċi" huma fil-fatt privati, sirt kapaċi nxommhom mill-bogħod. Inħoss sens ta' opportunità mitlufa meta mmur fil-partijiet pubbliċi ta' Portomaso, jew ta' Smart City, jew ta' Tigné. Dawn huma eżempji lokali ta' postijiet miuħa għat- tgawdija tal-pubbliku, imma li kważi ħadd ma jużahom jekk mhux bil-ħsieb li jonfqu xi ħaġa. M'għandhomx x'jaqsmu mal- pjazza tar-raħal, jew il-misraħ, jew iz-zuntier jew imqar bank taħt xi siġra, fejn jiltaqgħu n-nies biex jgħidu kelma, jagħmlu xi attività, jew sempliċement ipoġġu u jaraw il-ħajja għaddejja. M'għandhomx x'jaqsmu ma' spazji ħajjin fejn nies ta' kull età u sfond tal-ħajja jmorru bi ħġarhom, u fejn m'hemmx għalfejn tonfoq flus biex tgawdihom. Il-prijoritajiet tal-privat qatt mhu se jkunu jaqblu mal- prijoritajiet għall-ġid tal-pubbliku. Għalkemm il-privat jaf ikun kapaċi joħloq postijiet pubbliċi sbieħ, l-għan aħħari ta' kumpanija privata hu li tagħmel profitt. Postijiet urbani pubbliċi, li jagħtu serħan, u li għandhom għanijiet kulturali u soċjali ma jagħmlux tant qligħ finanzjarju. Jekk l-irwol ta' park pubbliku hu s-serħan, l-irwol ta' park pubbliku privat hu s-serħan waqt li tonfoq xi ħaġa. L-ispazji pubbliċi għandhom jirriflettu li aħna għandna valur ogħla mill-konsumeriżmu. Min m'għandux x'jonfoq għandu jħossu komdu f 'dawn l-ispazji daqs min għandu. Ma ninsewx ukoll li spiss ikun hemm differenza bejn dak li jiġi mwiegħed fl-istadju tal- applikazzjoni ta' żvilupp u dak li jiġi mwettaq tul l-operazzjoni tas-sit. L-affarijiet, fil-fatt, spiss jinbidlu skont l-esiġenzi tal- kumpanija. Nistgħu nieħdu eżempju b'Tigné li oriġinarjament kellu jkollu aċċess pedonali kważi kullimkien. Dan il-pjan inbidel u l-aċċess għal parti sostanzjali ngħalaq meta kien ċar li x-xerrejja riedu gated community. L-aċċess kompla jonqos meta, riċentement, il-belvedere u l-passaġġ li jwassal għalih ingħalqu f 'Settembru 2024 minħabba l-bżonn ta' tiswijiet. Iktar minn seba' xhur wara, l-aċċess għadu magħluq mingħajr indikazzjoni ta' meta se jerġa' jinfetaħ. Fl-aħħar mill-aħħar, meta tkun fi spazju miuħ li mhuwiex tal- pubbliku tkun qiegħda fi ħwejjeġ ħaddieħor u dan għandu dritt jissorvelja ħwejġu. Ir-regolamenti li jgħoddu f 'postijiet privati huma differenti minn dawk f 'postijiet pubbliċi u jistgħu jinbidlu mingħajr twissija. Biex jassiguraw li dawn ir-regoli jkunu obduti hemm bżonn ta' monitoraġġ, ħafna drabi minn kumpaniji privati oħra ta' sorveljanza. Nerġa' lura għall-Kanada. Kienet ġurnata sabiħa, u kont ġo park ma' sħabi. Kien hemm ħafna li għamlu l-istess, fosthom grupp imdaqqas ta' anzjani li ġabu l-ikel magħhom u għaqqdu xi mwejjed flimkien biex jieklu. Ġabu sa tvalji u tazzi tal-inbid magħhom! Imma malli fetħu flixkun inbid biex iferrgħuh, tfaċċaw għal għarrieda żewġ gwardjani li qalulhom li mhux permess l-alkoħol. L-inbid kellu jibqa' fil-basket. Jien u sħabi ma konniex rajniehom lill-gwardjani, imma, ċarament, lilhom ma kien qed jaħarbilhom xejn! Allura bilfors nistaqsi: kemm tista' tħossok libera fi spazju ssorveljat u miżmum għall- privat? Kemm huwa possibbli li attivitajiet komunitarji jiżvolġu b'mod naturali fi spazju li la huwa komunitarju u lanqas naturali? Għalhekk, għandi d-dubji tiegħi dwar il-pjan maħsub għal Manoel Island mill-MIDI. Minkejja l-aħjar intenzjonijiet tal-konsorzju, ma nħossx li l-proġett propost tassew jista' jwieġeb għall-bżonnijiet tal- pubbliku tal-lum. Manoel Island għandha tkun park; il-bżonn ta' dan huwa ovvju. Dan il-park għandu jkun f 'idejn il-pubbliku biex tassew jilħaq l-għan ta' park miuħ u għal kulħadd; biex tassew ikun Post Għalina. Jekk taħsbuha bħali, inħeġġiġkom tingħaqdu ma' eluf oħra billi tmorru fuq www. manoelislandcampaign.com, tiffirmaw il-petizzjoni, u xxerrdu l-għan tal-kampanja Manoel Island: Post Għalina ma' kull min tafu. Spazji bla ruħ Attivista tal-Moviment Graffitti u kelliema għall-kampanja Manoel Island: POST GĦALINA SARAH SCHEMBRI AVVIŻ TA' SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT /ůͲFond Ewropew għallͲĨĨĂƌŝũŝĞƚDĂƌŝƚƚŝŵŝ͕ŝƐͲ^ĂũĚƵůͲŬŬǁĂŬƵůƚƵƌĂϮϬϮϭͲϮϬϮϳ Kumpens għasͲSajjieda għallͲĠbir ta' Tagħmir tasͲ^ĂũĚDŝƚůƵĨƵůͲĠbir Passiv ta' Skart Marittimu ŵŝůůͲBaħar /ůͲMinisteru responsabbli għallͲFondi Ewropej jixtieq iħabbar li qed iniedi sejħa miftuħa għal proposti ta' proġetti flͲqasam li ġej: Għan Speċifiku 1.6 – Kontribuzzjoni għallͲƉƌŽƚĞnjnjũŽŶŝƵƌͲƌĞƐƚĂǁƌƚĂůͲ ďŝũŽĚŝǀĞƌƐŝƚăƵůͲekosistemi akwatiċi (^ŬĂƌƚĨŝůͲBaħar). ŝŶŝƐͲsejħa se tkun miftuħagħallͲawtoritajiet/entitajiet pubbliċi, kunsilli lokali, sajjieda inklużi dawk ta' skala żgħira madwar ilͲkosta, kooperattivi u assoċjazzjonijiet tasͲƐĂũĚ͕KƌŐĂŶŝnjnjĂnjnjũŽŶŝũŝĞƚŵŚƵdž 'ŽǀĞƌŶĂƚƚŝǀŝ;E'KƐͿŝŶǀŽůƵƚŝĨŝůͲƉƌŽƚĞnjnjũŽŶŝƚĂůͲbaħar/sajd/natura, entitajiet u istituzzjonijiet ta' riċerka involuti f'riċerka/studji/valutazzjonijiet flͲambjent marittimu u oħrajn simili. ŝŶŝƐͲsejħa ŚŝũĂďŝůͲŐħan li tħeġġeġ interventi li jipproteġu u jirrestawraw ŝůͲďŝũŽĚŝǀĞƌƐŝƚăƵůͲ ekosistemi akwatiċi.>Ͳgħan hu li jinvolvi lillͲapplikanti eliġibbli filͲġbir ta' tagħmir tasͲƐĂũĚŵŝƚůƵĨƵ ƐŬĂƌƚŵĂƌŝƚƚŝŵƵ, f'konformità malͲĂŵďŝnjnjũŽŶŝũŝĞƚƚĂůͲIstrateġija għallͲWƌŽĚŽƚƚŝƚĂůͲPlastik li jintużaw ĚĂƌďĂďŝƐƐ;^ŝŶŐůĞͲhƐĞWůĂƐƚŝĐWƌŽĚƵĐƚƐ^ƚƌĂƚĞŐLJ) għal Malta 2021ͲϮϬϯϬ͕ůͲIstrateġija talͲUE għallͲ plastik f'ekonomija ċirkolari u dͲŝƌĞƚƚŝǀĂ;hͿϮϬϭϵͬϵϬϰĚǁĂƌŝůͲWƌŽĚŽƚƚŝƚĂůͲPlastik li jintużaw darba ďŝƐƐ;^hWͿ͘>ͲĂƚƚĞŶnjũŽŶŝf'din isͲsejħa tista' titqiegħed fuq ilͲƉƌĞǀĞŶnjũŽŶŝƚĂĚͲdħul ta' skart ƵƉƌŽĚŽƚƚŝ '^hW'ĨůͲambjent marittimu permezz ta' azzjonijiet relatati ma' portijiet jew faċilitajiet oħra ta' infrastruttura għalġbirdžŝĞƌĂƋta' tagħmir tasͲƐĂũĚŵŝƚůƵĨƵƐŬĂƌƚŵĂƌŝƚƚŝŵƵ͘/ůͲbaġit previst għal din ŝƐͲsejħa huwata' €500,000 f'fondi pubbliċi eliġibbli b'rata ta' kofinanzjament ta' 70%. >Ͳapplikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi b'mod elettroniku fuq isͲƐŝƐƚĞŵĂĞůĞƚƚƌŽŶŝŬĂƚĂůͲ&ŽŶĚŝ Strutturali aċċessibbli minn ƐĨĚ͘ŐŽǀ͘ŵƚͬĂƉƉůŝĐĂƚŝŽŶƐĂŵŚƵdžĂŬƚĂƌƚĂƌĚŵŝƐͲ27 ta' Ġunju 2025, f'nofs ŝŶͲŶŚĂƌ͘ /ůͲformola ta'ĂƉƉůŝŬĂnjnjũŽŶŝ għasͲƐŽƚƚŽŵŝƐƐũŽŶŝ ta' proposti ta' proġetti uĚŽŬƵŵĞŶƚĂnjnjũŽŶŝ oħra ƌĞůĂƚĂƚĂŚƵŵĂĚŝƐƉŽŶŝďďůŝĨƵƋŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬǁŚĂƚͲĨƵŶĚŝŶŐͲŝƐͲĂǀĂŝůĂďůĞ͘ Kull mistoqsija għandha tintbagħat permezz ta' posta elettronikaĨƵƋĨŽŶĚŝ͘ĞƵΛŐŽǀ͘ŵƚ͘ /ůͲlaqgħa ta' informazzjoni se tkun organizzata kif ġej: /ƚͲTlieta, 20 ta' Mejju 2025, flͲUffiċċji ta' SEM, 280, Triq irͲZĞƉƵďďůŝŬĂ͕ŝůͲĞůƚsĂůůĞƚƚĂ͕ŵŝůͲϭϬ͗ϬϬƐĂůͲ ϭϮ͗ϬϬ͘ Irreġistra għasͲƐĞƐƐũŽŶŝũŝĞƚƚĂΖŝŶĨŽƌŵĂnjnjũŽŶŝďŝůůŝƚŝƐŬĞŶŶũĂůͲkodiċi QR hawn taħt: