Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
www.illum.com.mt NRU 964 €1.50 IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 INTERVISTA MA' ĊENSU GALEA, SINDKU TA' SAN PAWL IL-BAĦAR PAĠNI 6 - 7 Hemm sens ta' déjà vu, fil-pajjiż. Laburisti rassenjati li Abela huwa l-Prim Ministru tagħhom u n-Nazzjonalisti mitlufin. Jidher li xejn qisu mhu se jbiddel xejn, la l-proċeduri kriminali fil-każ Vitals li jidhru li qegħdin f 'salib it-toroq, la l-Awtorità tal-Ippjanar li baqgħet toħroġ permessi bl-addoċċ u tinjora l-karba ambjentali, la l-ministri b'akkużi serji li baqgħu f 'posthom, la l-ekonomija li hija vibranti u l-għira tal-Ewropa, la t-turiżmu b'numri dejjem kbar, u lanqas il-politika akka internazzjonali fil-konfront ta' Iżrael. Jidher li l-Gvern għandu l-l-kunsens li jibqa' għaddej. Issa hekk kif deħlin fis-sajf, il-Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, nieda konsultazzjoni fuq l-ewtanasja – tema politika li sa it żmien ilu kienet tabù – u li biha Abela jrid jirbaħ il-lottu. Proposta li għandha appoġġ minn għadd kbir ta'nies li tradizzjonalment tappoġġja lill-PN. Imma fl-istess ħin, il-PN, taħt it- tmexxija ta' Bernard Grech, huwa mitluf kif se jikkonfronta din il-proposta. Tidher li se tkun ripetizzjoni tal-argument politiku għall-ugwaljanza fil-ġeneru fejn Simon Busuttil li kien kap tal-PN kien wera dgħufija. Il-problema ta' Grech hi li għandu massa ta' diriġenti li huma konservattivi u li jaħsbu li l-kostitwenza tagħhom huma voċiferi kontra l-introduzzjoni tal-ewtanasja. Imma min-naħa l-oħra jaf li hemm faxxa liberali li jaħsbuha differenti. Faxxa ta' votanti li hija kruċjali għall-PN ukoll. Abela dan jafu, u jaf ukoll li din tal- ewtanasja tista' tappella bħala tema għal- liberali u ż-żgħażagħ; żewġ setturi fejn il-Labour għandu defiċit kbir. U fejn irid jirbaħ bil-kbir biex jassigura li l-elezzjoni li jmiss jirbaħ b'marġni sostanzjali. U fil-frattemp xejn ma qisu qed itappan il-mixja politika ta' Abela, la l-allegazzjonijiet fuq Silvio Schembri jew inkella l-attakki ħorox minn ċerti blogers. Safrattant jidher li xi wħud minnhom biddlu d-diska u huwa rrappurtat fil-każ ta' wieħed inpartikolari li lanqas jgħix Malta qed jiġi offrut direct order. Anke d-diżgwid intern fil-Partit Laburista jidher li sfuma fix-xejn ħlief għal xi theddida ta' riżenja bħalma kienet ta' Mario Fava, il-President tal-kunsilli lokali u membru tal-eżekuttiv Laburista. L-ewtanasja tista' wkoll isservi ta' legat politiku għal Abela. L-EWTANASJA ABELA JIXKATTA L-PROPOSTA LI TISTA' TKOMPLI TFARRAK LILL-PN Ġimgħa ilu din il-gazzetta ppubblikat artiklu fuq Alex Borg. Fl-artiklu kien hemm referenza fl-aħħar tal-artiklu għall-fatt li Alex Borg u l-mara tiegħu huma koppja perfetta. Ktibna dan b'sens pożittiv mhux negattiv u użajna – il-kliem 'ġmiel ta' raġel' u fil-każ tal-mara tiegħu bħala persuna 'sabiħa'. Stajna għażilna kliem ieħor biex niddeskrivu l-koppja Borg bħala koppja perfetta fil-politika, kif igħid l-Ingliż – that ticks all the boxes. Kien hemm reazzjoni, fosthom mill-awtur u poeta Immanuel Mifsud (li kien jikteb fil- gazzetta ILLUM) li għajjar lil din il-gazzetta bħala dilettanteska, u bħal Cyrus Engerer (li jibqa' dik il-persuna magħrufa li kixef ritratti intimi tal-eks partner tiegħu – każ klassiku ta' revenge porn) bħala gazzetta sessista. IKOMPLI F'PAĠNI 11 Hawn xi ħadd li jrid jitfa' l-ewwel ġebla? EDITORJAL Abela jaf li l-proposta tal-ewtanasja tista' tappella bħala tema lil-liberali u liż- żgħażagħ; żewġ setturi fejn il-Labour għandu defiċit elettorali