Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-ewwel edizzjoni ta' FARAXA FEST, Fiera tal- kotba organizzata minn Faraxa Publishing Wirt Għawdex se torganizza l-ħames taħdita fis-serje ta' taħditiet għall-2025 nhar il-Ġimgħa 16 ta' Mejju fis-6.30 p.m., fil-Kappella ta' Santa Ċeċilja, f 'Għajnsielem. It- taħdita, li se tingħata bl-Ingliż minn Vanessa Buhagiar, se tiffoka fuq prosekuzzjoni ta' stupru f 'Malta fis- seklu tmintax. Fl-aħħar snin, id-dibattitu pubbliku f 'Malta ffoka fuq suġġetti bħad-drittijiet riproduttivi tan-nisa, il-miżoġinija istituzzjonalizzata, u mhux b'inqas, il-vjolenza kontra n-nisa. Dan id-dibattitu kkarga minħabba r-rappurtaġġ dejjem jikber tal-midja ta' każijiet bħal dawk ta' 'femiċidju', u wassal għal bidliet fil-livell leġiżlattiv, fosthom bl-introduzzjoni tal- 'femiċidju' fil-kodiċi kriminali. Din il-bidla fid-diskors spiss ġiet akkumpanjata minn interess dejjem jikber fl-istorja tal-vjolenza kontra n-nisa f 'Malta. Madankollu, ir- riċerka f 'dan il-qasam s'issa kienet limitata, speċjalment fejn jidħol il-perjodu modern bikri f 'Malta. F'din it-taħdita, Vanessa Buhagiar se tistħarreġ kif il-kunċett ta' stupru kien mifhum, ippreżentat u pproċessat fil-qrati ta' Malta tas- seklu tmintax, permezz ta' analiżi tad-dokumentazzjoni ta' bosta każijiet li nstemgħu fil-qrati u ġew irrappurtati f 'Malta u Għawdex. Se jiġu esplorati wkoll l-esperjenzi, in-narrattivi, u x'kien jinftiehem bi 'stupru' fis-soċjetà tal-bidu tas-seklu tmintax. Vanessa Buhagiar hija l-Assistenta Direttriċi tal-Arkivju tar-Reġistri Notarili u s-Segretarja tal- Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili. Hija mħarrġa bħala paleografa, u l-interessi tagħha fir-riċerka jinkludu l-istorja kulturali, Malta matul il- perjodu modern bikri, l-iskrizzjoni umanista u l-manifestazzjoni tagħha f 'Malta. Fl-2020, gradwat b'Distinction minn King's College f 'Londra b'M.A. fl-Istorja Moderna Bikrija. Ilha mill-2025 taqdi l-irwol ta' Segretarja f 'Wirt Għawdex. Wara t-taħdita se jkun hemm ħin għal mistoqsijiet mill-udjen- za u diskussjoni. Ħajr lill-APS Bank li qed jisponsorjaw is-sensie- la ta' taħditiet u lil Delicata Win- ery li jisponsorjaw ix-xorb ta' wara t-taħdita. L-avveniment fuq Face- book jinsab hawn: www.facebook. c om / e ve nt s / 1 3 4 3 2 2 5 4 3 6 9 1 0 3 9 7 / . Reġistrazzjoni b'xejn hija ssuġġer- ita permezz ta' din il-ħolqa: https:// d o c s . g o o g l e . c o m / f o r m s / d / e / 1FAIpQLSds2e9r9zCB_MrqcsWv- 78J3k8vRpQku7DUtT9xlZOMMXq- j3w/viewform?usp=dialog. Wirt Għawdex hija organizzazzjoni volontarja mhux governattiva mwaqqfa fl-1981 bl-għanijiet li jitrawwem l-għarfien tal-wirt tagħna fost il-livelli kollha tas-soċjetà u li taħdem biex tissalvagwardja l-patrimonju naturali, arkeoloġiku, storiku u antropoloġiku tal-gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna. The legal framework for rape prosecution: A case-study from eighteenth-century Maltese court proceedings Faraxa Publishing se tkun qed torganizza l-ewwel edizzjoni ta' FARAXA FEST, mill-15 sat-18 ta' Mejju 2025, fis-Sala tal-Knisja tal-Parroċċa tal-Ibraġ. FARAXA FEST hija fiera tal- kotba speċjali għal kull min iħobb il-kotba – minn qarrejja sa kittieba, kif ukoll professjonisti fl-industrija! L-avveniment ewlieni hu r-roħs kbir ta' kotba, bit-titli kollha ta' Faraxa Publishing igawdu skontijiet fil- prezz. Fost il-varjetà wiesgħa ta' kotba ta' Faraxa, se jkun hemm għall-bejgħ: traduzzjonijiet letterarji, finzjoni tal-ġeneru għall-adulti u ż-żgħażagħ, poeżiji, titli akkademiċi, u għażla inkredibbli ta' kotba għat-tfal ta' kull età. U dak mhux kollox! Matul l-erbat ijiem ta' FARAXA FEST, se jkun hemm numru kbir ta' avvenimenti oħrajn. Philip M. Bonello se jżurna l-Ħamis għat- tnedija tal-ktieb awtobijografiku tiegħu, Jien Niakar il-Belt…, u Terence Mirabelli se jkun qed jospita Trivia Night il-Ġimgħa, ispirat mis-suċċess tal-ktieb tat- trivia tiegħu, e Truly Useful Book of Useless Information. Is- Sibt, it-tim ta' Faraxa se jingħaqad ma' Bookmark Editors għal ġurnata ta' seminars għall-awturi, u s-Sibt u l-Ħadd se jkun qed jilqa' bosta kittieba/tradutturi li se jkunu parti minn panels ta' diskussjonijiet miuħin għall- pubbliku. Qed taħseb tistax iġġib it- tfal miegħek? Dażgur! Is-Sibt u l-Ħadd se jkun hemm diversi sessjonijiet ta' qari u kras għat-tfal, kif ukoll imagination workshop ma' Aunty Sab – perfett għall-ġenituri li jixtiequ jduru l-imwejjed tal-kotba għal it minuti żejda! FARAXA FEST se tkun miuħa f 'dawn il-ħinijiet: Il-Ħamis 15 ta' Mejju: 5pm – 8pm Il-Ġimgħa 16 ta' Mejju: 9am – 8pm Is-Sibt 17 ta' Mejju: 9am – 8pm Il-Ħadd 18 ta' Mejju: 9am – 6pm Segwina fuq il-midja soċjali għal aktar informazzjoni u l-aħħar aġġornamenti – speċjalment jekk int interessat f 'xi wieħed mill-avvenimenti speċjali li se jkollna, għax uħud jeħtieġu li terfa' post minn qabel. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tixtieq xi informazzjoni speċifika, ibagħtilna email fuq info@ faraxapublishing.com. F'din it-taħdita, Vanessa Buhagiar se tistħarreġ kif il-kunċett ta' stupru kien mifhum, ippreżentat u pproċessat fil-qrati ta' Malta tas-seklu tmintax FARAXA FEST hija fiera tal-kotba speċjali għal kull min iħobb il-kotba – minn qarrejja sa kittieba, kif ukoll professjonisti fl-industrija