MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum Kunsilli Lokali - Furjana Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall-konstitwenti tiegħek? L-akbar inkwiet tiegħi hija l-kriżi demografika allarmanti tal-Furjana li wasslet għad-diżintegrazzjoni tal- komunità residenzjali Furjaniża u din hija wkoll l-akbar sfida għall- kostitwenti tiegħi. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-kunsill tagħna qed jissielet kontra l-iżvilupp urban li qed iseħħ, fis-sens li l-Furjana bħala lokalità residenzjali waslet fix-xifer li tispiċċa, għax għalkemm binjiet ġodda ta' kull tip it jibnew, mill- banda l-oħra l-binjiet residenzjali eżistenti qed jinbidlu b'rata dejjem aktar mgħaġġla f 'Airbnbs, boutique hotel u uffiċini kummerċjali u governattivi. Mill-banda l-oħra, il-kunsill huwa dejjem attent li jħares u hu anki proattiv fil- preservazzjoni tal-wirt u l-ambjent tal-lokalità fir-rigward ta' dan il- wirt li huwa responsabbli għalih l-istess kunsill bl-interventi fiżiċi u infrastrutturali neċessarji, meta jkun il-każ. Mill-banda l-oħra, peress li ħafna mill-wirt u ambjenti tal-lokalità tal-Furjana jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali, il-kunsill iżomm kuntatt prattikament ta' kuljum ma' ministeri u entitajiet governattivi responsabbli minn dawn is-setturi biex jiġu ppreservati kif xieraq u jeżerċita l-pressjoni neċessarja rimedjali meta ma jkunx il-każ. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Fil-kuntest ta' żoni urbani bħall-Furjana, il-lokalità tiegħi għandha aktar minn biżżejjed spazji miuħa għar-residenti. Fil- fatt, bla dubju, għandha l-aktar u l-akbar spazji miuħa (i.e. ġonna, pjazez, eċċ.) imqabbla ma' żoni urbani oħra. Il-problema mhix in-nuqqas ta' spazji għar-residenti iżda, paradossalment, in-nuqqas ta' residenti biex jiffrekwentaw dawn l-ispazji. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il-prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Ir-realtà tal-Furjana hija tali li l-prijorità tibqa' l-arrest tal-kriżi demografika, il-ġentrifikazzjoni u d-diżintegrazzjoni tal-komunità residenzjali Furjaniża u x-xewqa fil-ħames snin li ġejjiin hija r-riġenerazzjoni demografika tal- lokalità biex ikollha għadd akbar ta' residenti, u anki ta' etajiet iżgħar, li huma biss jistgħu jirxoxtaw il-ħajja komunitarja Furjaniża li kienet tant vibranti sa xi deċenji ilu. Xi proġetti ppjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Proġetti fil-futur qarib huma sfortunatament ikkonċentrati l-aktar fuq ir-riabilitazzjoni ta' diversi postijiet u faċilitajiet fil- Furjana li waqgħu fi stat tal-biki, ħtija tal-letarġija, it-traskuraġni u n-nuqqas ta' investiment fl- istess postijiet u faċilitajiet mill- kunsill lokali tal-Furjana li kellna fl-10 snin li għaddew. Għaldaqstant ir-riabiltazzjoni ta' dawn il-postijiet u faċilitajiet mill-istat miskin li kienu waqgħu fihom, bi spejjeż ta' eluf u eluf ta' ewro, jistgħu jitqiesu bħala proġetti fihom infushom. Xi tħoss li huwa nieqes mil- lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Aktar kontroll u inforzar kontra l-persuna bla ebda rispett li jnaqqsu s-sbuħija tal-lokalità tagħna u l-kwalità ta' ħajja tar-residenti bil- ksur kontinwu tal-liġijiet relatati ma' ħmieġ u skart. Il-problema li l-għajnuna essenzjali u vitali mill- forzi tal-inforzar f 'dan ir-rigward hija prattikament ineżistenti. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? L-għajnuna mill-awtoritajiet fl- isfidi li naffaċċja bħala sindku, jew aħjar li naffaċċjaw bħala kunsill, tvarja minn ministeru jew aġenzija governattiva għall-oħra, iżda, b'mod ġenerali, nemmen li l-kunsilli kollha kemm huma, inkluż tagħna, għadhom 'il bogħod ħafna milli jirċievu l-għajnuna, u anki l-istima, mill-istess awtoritajiet. Bidliet leġiżlattivi riċenti naqqsu l-età minima għas- sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil-governanza lokali? It-tnaqqis tal-età minima tal- età għas-sindki għal 16-il sena ma kellu l-ebda impatt fuq il-kunsill tiegħi. Jiena kont kemxejn xettiku kemm żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena kellhom jokkupaw rwoli ta' sindki u/jew kunsilliera imma mbagħad niakar li jiena stess kont bdejt f 'kumitati lokali Furjaniżi anki ta' dik l-età. Mill-banda l-oħra, finalment nemmen li l-età minima ta' kandidat għall-elezzjonijiet lokali u/jew nazzjonali trid tkun marbuta mal-fatt li jrid ikun ċittadin li ġa jkun qed igawdi d-drittijiet kollha legali u kostituzzjonali li jgawdi ċittadin adult normali. Mill-banda l-oħra, jekk żgħażagħ taħt it-18-il sena humiex idonei li jservu denjament u effettivament bħala sindki u kunsillieri jiddependi mill-maturità personali u politika tal-persuni involuti u fl-aħħar mill-aħħar, partikolarment fejn jidħlu l-partiti politiċi, dawn għandhom jassiguraw li kandidati żgħażagħ tagħhom ikollhom il-maturità personali u politika li jirrikjedu għall-irwoli msemmija qabel ma japprovaw il- kandidatura tagħhom. L-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika rrapporta li 16-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax- xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar-regolamenti finanzjarji? Il-miżuri li qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-kunsill tiegħi jżomm status finazjarju b'saħħtu huwa kontroll fuq l-infiq, il- monitoraġġ kontinwu tal- qagħda finanzjarja tal-kunsill, l-eliminazzjoni, fejn ikun il-każ, ta' nfiq li ma jkunx qed jagħti r-riżultati previsti jew meħtieġa u l-immassimizzar tal-użu tar- riżorsi umani u fiżiċi tal-kunsill li għaldaqstant iwassal b'mod naturali ukoll għall-eliminazzjoni ta' ħela tal-istess riżorsi. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? L-aktar parti ta' sodisfazzjon fir-rwol preżenti tiegħi u fis- snin li għaddew kienet dik li tista' tkun ta' servizz għall- konċittadini Furjaniżi tiegħi speċjalment għal dawk li jkunu jeħtieġu l-għajnuna għax ikunu għaddejjin minn xi mumenti diffiċli tal-ħajja. Is-sodisfazzjon, naturali u ġust ukoll, li wieħed jieħu mit-twettiq ta' proġetti ta' abbellixximent tal-lokalità u proġetti infrastrutturali fl-istess lokalità huma, iżda, sekondarji għall-għajnuna li sindku jew kunsillier jista' jagħti biex tittaffa u/jew tiġi meqruda t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha xi konċittadini tiegħu u dan jibqa' s-sodisfazzjoni primarju li jisboq fuq kollox. "L-għajnuna li sindku jista' jagħti lill-konċittadini tiegħu tibqa' s-sodisfazzjoni primarju li jisboq kollox" Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssi- ru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Nigel Holland, is-Sindku tal-Furjana. Il-Furjana hija belt fortifikata eżatt barra l-Belt Valletta. Il-belt hija msemmija għall-inġinier militari Taljan Pietro Paolo Floriani, li ddisinja s-Swar tal-Furjana, sistema ta' fortifikazzjonijiet mibnija fis-seklu 17 biex isaħħu d-difiża tal-Belt Valletta. Il-bidu tal-Furjana jmur lura għall-1636 meta bdew jinbnew is-Swar tal-Furjana. Fl-1724, il-Gran Mastru António Manoel de Vilhena waqqaf uffiċjalment is-subborg ta' Borgo Vilhena, li eventwalment sar il-belt tal-Furjana kif nafuha llum. Il-Furjana hija magħrufa għall-ġonna tagħha, bi 15-il ġnien li jkopru kważi nofs l-area tal-belt, u għalhekk tissejjaħ "il-Belt tal- Ġonna". Fost dawn hemm il-Ġnien Argotti magħruf għall-kollezzjoni tiegħu ta' pjanti mediċinali u veduti mill-isbaħ. Il-belt għandha wkoll monumenti u bini storiku importanti, bħall-Knisja Parrokkjali ta' San Publiju, il-patrun tal-Furjana, u Bieb il-Bombi, bieb monumentali li jservi bħala d-daħla ewlenija għall-Belt. Nigel Holland, is-Sindku tal-Furjana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 May 2025