Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum 04 PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT IL-FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea jixtieq javża li ser tiġi mnedija s-sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (FAMI): Objettiv Speċifiku 2: it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal- ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l- inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Din is-sejħa għall-proposti għandha tkopri azzjoni li tiffoka fuq: jitnaqqsu l-ostakli lingwistiċi f'iskejjel biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni fost it-tfal; il-promozzjoni tad-diversità fis-settur edukattiv li jindirizza n-nuqqasijiet attwali u l-ħtiġijiet futuri tas-soċjetà trawwim t' etniċità fis-setturi soċjali u edukattiv; u provvista ta' servizzi ta' sostenn lill-familji migranti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-sistema edukattiva. Is-sejħa għall-proposti ser tiġi mnedija fid-19 ta' Mejju 2025 u tibqa' miftuħa sa nofsinhar tal-31 ta' Lulju 2025. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari ser ikunu disponibbli mat-tnedija tas-sejħa għall-proposti. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall- Programm FAMI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/10/AMIF-Programme-v- 2.0.pdf, sabiex jaraw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Ser issir ukoll sessjoni ta' informazzjoni fuq il-kontenut tal-formola tal-applikazzjoni kif ukoll il-linji gwidi rispettivi. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' e-mail fuq fondi.eu@gov.mt. Liċenzja ta' OutSourcing / Ħaddiema Temporanji Etienne Camilleri qed jiddikjara l-intenzjoni li jirreġistra l-kumpanija biex tikseb Liċenzja ta' Aġenzija ta' Impjieg skont A.L. 270 tal-2023 – L-ATT DWAR IR- RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TAL-IMPJEG (KAP. 452), Regolamenti dwar l-Aġenziji ta' Impjieg, 2023. L-attivitajiet proposti għandhom jiffokaw fuq il-provvista ta' ħaddiema sabiex dawn jiġu mqiegħda għand partijiet terzi, inkluż: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju jinkludu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 2. Il-parti terza tassenja kompiti lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' outsourcing jinkludu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 4. L-aġenzija tal-outsourcing, inklużi kuntratturi u subkuntratturi, tkun hi li tissorvelja, tidderieġi, u tikkontrolla lill-ħaddiema. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: Swatar, City Center, Regus, Tower Business Centre It-tieni sular, Triq it-Torri Swatar, BKR4013 Malta Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: Mhux applikabbli – Negozju Individwali (Etienne Camilleri, Numru tal-Karta tal-Identità: 375487M) Żewġ uffiċjali biss huma mqabbdin biex jissorveljaw Kemmuna kollha SEAN FENECH Jidher illi għal Kemmuna kollha hemm biss żewġ uffiċjali mqabbdin biex jissorveljaw is- sitwazzjoni u jinfurzaw il-liġi. Dan ifisser li dawn iż-żewġ uffiċjali huma mqabbdin biex, mhux biss jissorveljaw il-bajja Bejn il-Kmiemen (magħrufa kollokjalment bħala Blue Lagoon) li tkun mimlija għawwiema matul is-sajf, iżda wkoll biex "jagħmlu sorveljanza f 'żoni oħrajn bħall- camping site u l-madwar, kif ukoll bajjiet oħra biex jaraw li jkun hemm ġeneral upkeep ambjentali", skont il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli. Dil-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari magħmula lill-Ministru Dalli mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Rebekah Borg. Fil-mistoqsija tagħha, Borg staqsiet lill-Ministru "tgħid kemm-il uffiċjal impjegat mill- kuntrattur ġie stazzjonat kuljum f 'Kemmuna matul ix-xhur tas- sajf mill-2020 'il quddiem għall- fini tal-monitoraġġ u l-infurzar tar-regolamenti relatati mar-rimi ta' skart". Il-Ministru wieġbet billi qalet li hemm żewġ uffiċjali li "huma impjegati ma' kuntrattur privat li ntgħażel permezz ta' tender pubbliku maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)". Apparti l-irwol sorveljattiv li għandhom dawn l-uffiċjali, Dalli stqarret ukoll li dawn l-uffiċjali "għandhom ukoll rwol edukattiv u jagħmlu sforz biex jedukaw lin- nies". IL-MONITORAĠĠ U INFURZAR TAL-LIĠI BEDA BISS FL-2022 Mill-mistoqsija ħareġ ukoll li s-sorveljanza mwettqa mill- uffiċjali mqabbdin mill-ERA ilha għaddejja biss mill-2022. Dan minkejja li Kemmuna ilha żona popolari mat-turisti u l-għawwiema għal snin twal. Barra minn hekk, hemm ukoll il-fatt li, skont rapport maħruġa minn dil-gazzetta, il- gabbani li joperaw Kemmuna, li huma magħrufa li jiġġeneraw ħafna skart, ilhom jaqgħu taħt l-awtorizzazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mill-2015. Ta' min jinnota wkoll li l-2022 hija s-sena meta l-Moviment Graffitti ħadu azzjoni diretta Kemmuna fi protesta kontra l-kummerċjalizzazzjoni tal-gżira, partikolarment il-Bajja Bejn il- Kmiemen. INĦARĠET BISS MULTA WAĦDA MILL-2022 'L HAWN Minkejja li Kemmuna jkun hemm numru kbir ta' turisti u nies oħrajn biex igawdu l-gżira, li jammontaw għal eluf ta' persuni, iż-żewġ uffiċjali inkwistjoni rnexxielhom jagħtu biss multa waħda f 'kemm ilhom joperaw, jiġifieri mill-2022 'l hawn. Ta' minn jinnota li, skont il- Ministru, biex tinħareġ multa għar-rimi ta' skart, persuna trid tinqabad fl-att dak il-ħin stess. Fi kliem il-Ministru, "biex tinħareġ multa, persuna trid tinqabad tarmi quddiem l-uffiċjali tal- ERA." Skont il-Ministru Dalli, is- sorveljanza ta' Kemmuna bdiet mill-2022 — l-istess sena meta l-Moviment Graffitti ħadu azzjona diretta f 'Kemmuna