Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
intervista illum • IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 07 naħdmu bil-għaqal biex dawn jiġu indirizzati " iktar minn bring in site waħda, imma biex dan iseħħ, u ma noħolqux miżbliet ġodda hu meħtieġ li kull bring in site tkun monitorjata u mnaddfa/maħsula regolarment. Biex dan ikun jista' jsir sew huma meħtieġa eluf kbar ta' ewro. Il-kunsilli m'għandhomx mezz kif ikollhom dawn il-fondi. BĦALISSA GĦADDEJ IL-PROĠETT TAR-RIĠENERAZZJONI TAL- PJAZZA TA' BUĠIBBA. IL-KUNSILL QED JAGĦMEL XI ĦAĠA BIEX JITNAQQAS L-IMPATT TA' PROĠETT BĦAL DAN FUQ IR-RESIDENTI U L-ISTABBILIMENTI TAL-MADWAR? Dwar il-pjazza, tajjeb wieħed jgħid li din il-pjazza suppost li kienet lesta qabel ma saru l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali f 'Ġunju li għadda. Għal dan il-għan meta nbidel il- kunsill, dan il-kunsill ma kellu l-ebda say fuq il-pjanti li se jkunu qed jiġu implimentati. Il- pjanti kienu approvati, inkluż il-permess biex jinqala' l-palm li kien hemm fil-pjazza. L-attitudni tiegħi f 'dan il-każ kienet biex nassiguraw li waqt li jkun qed isir ix-xogħol ikun hemm l-inqas inkonvenjenti possibbli għar-residenti u għal dawk il-bosta anzjani li jkunu qed jiffrekwentaw dawn l-inħawi. Bil-kontroversji kollha li joħolqu n-negozji taż-żona, il-kunsill xorta jrid jara li l-inħawi jkunu miżmuma fl-aħjar stat possibbli. Nistqarr li qabel ma nbeda x-xogħol, il- kunsill kien infurmat. Li kien għalija, ix- xogħol ma nbediex fl-istess waqt li kien għaddej xogħol fuq iktar minn 30 triq oħra fil-lokalità, imma x-xogħol inbeda. Kif inhu magħruf, l-inħawi huma ċentrali għal- lokalità. San Pawl il-Baħar, kif inhu magħruf, għandu bosta sfidi wkoll fl-immaniġġjar tat-traffiku. Meta għandek daqstant sfidi ta' traffiku, ma tistax taqbad u tagħlaq bl-addoċċ. L-immaniġġjar tat-traffiku jiġi affettwat bil- kbir, u għalhekk hu meħtieġ bosta ħsieb. Ikolli ngħid li kemm jien, kif ukoll il-kunsillier reponsabbli mill-infrastruttura, iltqajna fuq il-post iktar minn darba, u suppost li niltaqgħu (kemm jista' jkun darba fil-ġimgħa) biex niddiskutu dak li hu meħtieġ. Hemm bżonn ta' kordinazzjoni, imma nistqarr li nħolqu sitwazzjonijiet li stajna evitajna, u li konsegwenza tagħhom qed ikollu jinbidel it il-mod kif isir ix-xogħol meħtieġ. Waħda mill-isfidi kbar li se tiġi affaċċjata hi l-mod ta' kif se jiġu mdawra s-servizzi tal-karozzi tal- linja meta tkun imkissra t-triq ta' quddiem il-pjazza. Il-kunsill m'għandux l-immaniġġjar tas- sit, imma l-isfidi li jiltaqgħu magħhom ir- residenti rridu naffaċċjawhom aħna. Għal dan il-għan, il-kunsill il-ħin kollu jikkomunika ta' dawk responsabbli biex jipprova jnaqqas il- problemi. Xorta nagħmel appell lill-awtoritajiet li minkejja kollox ikun ferm aħjar jekk id- deċiżjonijiet tagħhom jeħduhom magħna, mhux minn wara daharna. Hu importanti wkoll li ma jitħallewx ostakli żejda madwar is-sit, biex b'hekk jiġi evitat xogħol doppju. RIĊENTEMENT INĦOLQOT KWISTJONI BEJNEK U BEJN IL-MINISTRU GĦAT- TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA CHRIS BONETT MINĦABBA T-TISWIJA TA' ĊERTI TOROQ. KIF IRRISOLVIET RUĦHA DIL-KWISTJONI? ISSEWWEW IT-TOROQ? U JEKK IVA, IL-KONT INTBAGĦAT LILL-KUNSILL KIF QAL IL-MINISTRU? Il-kwistjoni li qed tagħmel referenza għaliha hi waħda bla sens. Il-kunsill lokali l-ħin kollu għaddej bi programm ta' patching, Il-maintenance tat-toroq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali, imma l-kunsill m'għandux fondi biex jagħmel rikostruzzjoni ta' toroq u lanqas mhu responsabbli biex jagħmel tali rikostruzzjoni (u jien inżid ukoll li lanqas m'għandu jkun responsabbli ta' large scale maintenance). Fil-fatt, b'mod regolari, l-aħbarijiet ikunu mimlija b'informazzjoni ta' xogħlijiet f 'diversi nħawi madwar Malta, fejn IM twettaq xogħol fil-lokalitajiet, li mhumiex bini mill-ġdid ta' toroq. Nista' nassigurak li meta niltaqgħu flimkien is-sindki differenti, kollha bl-istess mod nitkellmu, ċioè li l-kunsilli m'għandhomx il-mod ta' kif jagħmlu ċertu xogħol. Għal dak li jikkonċerna San Pawl il-Baħar, f 'Ottubru 2022 il-Kunsill lokali kien irċieva korrispondenza li titkellem dwar investiment kbir li kellha tagħmel IM fil-lokalità. Il-kunsill Lokali, f 'Ottubru stess għandu minuti tal- kunsill li juru l-apprezzament tal-kunsill għal dan l-investiment qawwi. Minkejja lista twila ta' toroq li ntbagħtu lill-IM, bosta minn dawk it-toroq baqgħu ma saru qatt, lanqas sal-lum. Mhux talli hekk, talli triq minnhom (Triq il-Ħamra) li saret mill-istess IM baqgħet ma ngħatatx l-aħħar wiċċ, u għadha hekk sal- lum, snin wara li suppost tlestiet. It-toroq li dwarhom inqalgħet il- kontroversja mal-Ministru kienu kważi kollha inklużi f 'dik il-lista tal-2022. Madanakollu, qabel ma faqqgħet il- kontroversja, il-kunsill lokali preżenti kien beda komunikazzjoni ma' IM tista' tgħid mill-ewwel wara li kien hemm il- bidla fil-kunsill. Il-korrispondenza l-ewwel inbdiet bit-telefonati, imbagħad bl-emails u b'laqgħat meħtieġa. Dan ġara għaliex kien ovvju li t-toroq indikati ma setgħux isiru mill-fondi tal-kunsill lokali. Fit-3 ta' Diċembru 2024, intbagħtet lista formali ta' disa' toroq lis-CEO ta' IM, u bqajna nippruvaw naslu biex it-toroq indikati jsiru. Lill-Ministru kellimtu wkoll personalment. Meta rajt li mhux qed naslu, ktibt lill- Prim Ministru dwar dan. Minbarra hekk ktibt ukoll lill-Ministru tat-Turiżmu, li naturalment għandu interess ukoll li jara li t-toroq ta' San Pawl ikunu fi stat tajjeb, anke minħabba l-importanza għat-turiżmu li jiġi fil-lokalità (Kif għedt iktar kmieni, għandna madwar 16,000 sodda fil-lokalità). Donnu li din il-korrispondenza ma ntlaqgħetx tajjeb. Ix-xogħol fi wħud mill-inħawi tlesta, f 'oħrajn mistenni li jsir matul il-jiem li ġejjin. S'issa ma rċivejna l-ebda kont, imma biex tħallas kont irid ikollok il-flus. Ejja naraw li dak meħtieġ f 'lokalità bhal San Pawl il-Baħar, jitwettaq mingħajr battibekki żejda, iktar u iktar meta xogħol inqas gravi f 'lokalitajiet oħra jitwettaq il-ħin kollu. JEKK HUWA MINNU LI L-ISPIŻA TAT- TISWIJA TAT-TOROQ INTBAGĦTET LILL-KUNSILL, TAĦSEB LI HUWA SEW? SPEĊJALMENT FID-DAWL TAL-FATT LI L-KUNSILLI MA TANTX GĦANDHOM FONDI BIEX JOPERAW? Il-kont għadu ma ġiex imma hu bla sens li l-kont jintbagħat, iktar u iktar għal xogħol li mhux maintenance. FIL-FEHMA TIEGĦEK, GĦALFEJN INĦOLQOT DIL-KWISTJONI? TAĦSEB LI MINĦABBA L-POLITIKA PARTIĠĠJANA, SPEĊJALMENT MINĦABBA L-FATT LI L-MINISTRU, BIEX NIKKWOTA LIL TVM, "IKKRITIKA LILL-PARTIT NAZZJONALISTA LI SKONTU MINKEJJA LI GĦAMEL SENA JIKKAMPANJA BIEX JIRBAĦ IL-MAĠĠORANZA F'DIN IL-LOKALITÀ, ISSA LI ILU JOPERA DAN IL-KUNSILL KWAŻI SENA U MA SAR XEJN FUQ IT- TOROQ"? Kif taf, matul ħajti għamilt 30 sena fil- Parlament. 16-il sena minnhom servejt bħala Ministru. Bħala ministru dejjem evitajt li nindirizza lis-Sindku skont l-affiljazzjoni politika tagħhom. Hemm bosta persuni li servew bħala sindki, u li kienu ġejjin mill- kamp politiku oppost li jistgħu jixhdu dwar il-mod ta' kif ħdimna flimkien. Uħud minnhom għadhom Sindki sal-lum, u minn żmien għal żmien niltaqgħu fil-laqgħat tas- sindki. Ir-rispett reċiproku qatt ma naqas. Fil- fatt, minbarra fuq TVM, il-Ministru tkellem ukoll fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, fejn kien iktar goff. Nibda biex ngħid li jien m'għamilt l-ebda sena nagħmel il-kampanji elettorali għaliex sa it iktar minn xahar qabel l-elezzjoni lanqas biss kont kandidat, minbarra l-fatt li kulħadd jaf x'kienu ċ-ċirkostanzi familjari fil-bidu tas-sena 2024. Il-kunsill qed jipprova jindirizza problema wara l-oħra minn dak li sab ma' wiċċu f 'Lulju li għadda. Qed jipprova wkoll idaħħal it sens f 'dak li hu x-xogħol tiegħu ta' kuljum. Dan mhux faċli minħabba numru ta' tenders mhux skont il-ħtiġijet tal-lokalità. Lanqas mhu faċli meta wieħed iqis li ċerti drawwiet diffiċli tbiddilhom. Għal dak li jikkonċerna maintenance tat-toroq, il-patching isir b'mod regolari. Madankollu hemm sfida kbira minħabba l-fatt li korporazzjonijiet bħal WSC il-ħin kollu jħaffru fit-toroq tal-lokalità, kif tagħmel regolarment l-Enemalta, u jħallu kollox mhux irranġat sew, ħlief wara battibekki kbar magħhom. Dak li hu maintenance regolari jsir mill- kunsill, permezz tal-ħaddiema tiegħu. Għadu kif għalaq ukoll tender għal xogħlijiet normali fit-toroq. Issa naraw x'joħroġ mit-tender. Il-Ministru jrid jiakar li x-xogħol il-kbir, il-Gvern hu responsabbli għalih. Jagħmel sew ukoll jekk jara x'commitments għamlet IM qabel ma sar ministru responsabbli minn dan is-settur hu. Fl-aħħar nett, nemmen li jkun sew jekk il-Gvern jieħu bis-serjetà l-infrastruttura tal-lokalità għaliex diġà indikajt numru ta' toroq oħra li l-Kunsill m'għandux biex jirranġahom, u li mhux se jgħaddi wisq żmien biex ikunu fi stat ħażin ħafna. Tagħmel sew ukoll jekk IM tibda mit- toroq li kienu mniżżla fil-lista li ntbagħtet fl- 2022 mill-Kunsill preċedenti. Dawk l-istess toroq diġà spiss jinstabu beyond repair (iktar milli kienu fl-2022). Illum għandi dmir li nara li l-affarijiet jitranġaw u li nindirizzaw il-problemi. Hekk se nkompli nagħmel. RIGWARD IL-KWISTJONI, INT IMBAGĦAD TKELLIMT U SOSTNEJT LI T-TOROQ MA KELLHOMX BŻONN MANUTENZJONI IŻDA TISWIJIET ESTENSIVI — XI ĦAĠA LI TAQA' F'IDEJN IL-GVERN ĊENTRALI. MINĦABBA F'HEKK, IL-KUNSILLIERA LABURISTI DDIŻASSOĊJAW RUĦHOM MILL-KUMMENTI TIEGĦEK. X'QED ISIR BIEX JIĠI INDIRIZAT DAN ID- DIŻGWID? Għalkemm il-kunsilliera Laburisti ddiżassoċjaw ruħhom minn korrispondenza li ġiet diskussa fl-aħħar laqgħa tal-kunsill biex tintbagħat lil dawk ikkonċernati, iktar milli dwar is-suġġett propja, il-kunsilliera eletti f 'isem il-Partit Laburista xtaqu li l-ittri jkollhom kliem iktar kawt, u kien għalhekk li vvutaw kontra. Fil-fatt huma stess jixtiequ jaraw titjib fl-infrastruttura tal-lokalità, u l-Infrastruttura hi wieħed mid-dekasteri li jaqgħu taħt kunsillier elett f 'isem il-PL. Nemmen li qed nippruvaw naħdmu b'mod li kull kunsillier li jrid jagħti sehmu, ikun jista' jagħmel dan. Nawgura li nkomplu għaddejjin b'ħidma kostanti favur ir-residenti, u l-lokalità. Il- lokalità għandha sfidi kbar u rridu naħdmu bil-għaqal biex dawn jiġu indirizzati. San Pawl il-Baħar, mistoqsijiet dwar numru ta' tiegħu, partikolarment