Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun il-waqt ta' riflessjoni ta' dak li esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur sabiex b'hekk tkattar lilek innifsek aħjar. Il-kuluri favoriti abbinati ma' Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LULJU SAT-22 TA' AWWISSU F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Leo se jkun il-waqt li tibda tħejji għal dak il-mument li tant ilek tistenna li tgħaqqad il-ħiliet tiegħek lejk u tikseb aktar stabbiltà. Il-kuluri favoriti abbinati ma' Leo huma l-isfar u lewn id-deheb. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Scorpio se jkun il-waqt li tagħraf tippjana b'mod aktar dak li int tixtieq twettaq iżda wettaq biss dak li int tħoss ġewwa fik. Il-kuluri favoriti abbinati ma' Libra huma l-griż u l-isfar. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Capricorn se jkun il-waqt li tanalizza aktar il-pożizzjoni tiegħek fl-imħabba. Hemm bżonn tagħtiha aktar motivazzjoni. Il-kuluri favoriti abbinati ma' Capricorn huma l-iswed u l-isfar. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Pisces se jkun il-waqt li tiffoka aktar fuq saħħtek. Dan trid tagħmlu, kemm mill- mod kif tiekol, kif ukoll billi tagħmel aktar eżerċizzju. Il-kuluri favoriti abbinati ma' Pisces huma l-griż u l-isfar. Namaste. SEBA' VOUCHERS TA' €7 GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju: Il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini – It-Tewmin Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Korsijiet edukattivi offruti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin SEAN FENECH Aħbar tajba hekk kif jidher illi l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed tinvesti biex il-ħabsin ikunu jistgħu jiġi riabilitati permezz tal- edukazzjoni. Dan għaliex fil-ħabs "qed jiġu offruti diversi korsijiet, kemm dawk edukattivi, kif ukoll f 'ħiliet varji" skont il-Ministru għall-Intern, is- Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. Dil-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsijiet parlamentari magħmula mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo lill-Ministru. Il-korsijiet disponibbli Skont il-Ministru, il-korsijiet offruti huma dawn: Interior Design, Spanjol, l-Etika, l-Arti, il-Web Design, il-Welding, il-Matematika, u l-Malti. Għad-diviżjoni tan-nisa hemm ukoll sessjonijiet tal-Artiġjanat, u fis-Centre of Residential Restorative Services, jiġifieri fil-faċilità korrettiva taż-żgħażagħ hemm sessjonijiet tat- Tisjir, tad-Drama u tal-Arti. Dawn il-korsijiet huma offruti minn diversi entitajiet, inklużi l-MCAST, il-Care, Reintegration and Education Unit (CREU), il- Lifelong Learning, Dar Hosea, u "edukaturi li qed isegwu MA in Addressing Divergent Behaviour in Adolescents", kif qal il-Ministru. Il-livell ta' akkreditazzjoni ta' dawn il-korsijiet ivarja minn MQF1 għal MQF3, li huwa ekwivalenti għal-livell tas-SEC. Il-Ministru jdur mal-mistoqsija Iżda fil-mistoqsija tiegħu, Bartolo propjament staqsa biex "il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jgħallmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin". Minflok ma wieġeb, il- Ministru Camilleri qal biss li "n-numru ta' għalliema għalhekk ivarja skont it-taħriġ li jkun qed isir minn żmien għal żmien," u b'hekk elenka l-korsijiet disponibbli fil-ħabs ta' Kordin. "Ħabs ħieles mid-droga" skont il-Ministru Il-Ministru fl-istess mistoqsija qal li "qatt daqs illum il- Faċilità Korrettiva ffukat fuq ir-riabilitazzjoni u dan tista' tagħmlu għax għall-ewwel darba taħt din l-amministrazzjoni, il- ħabs huwa ordnat, ħieles mid- droga u b'tentattiv ġenwin ta' riabilitazzjoni." AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI (EDUKAZZJONI, TCNs u APPOĠĠ) TAĦT IL-FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea jixtieq javża li qed tiġi mnedija sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi: Objettiv Speċifiku 2: it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal- ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l- inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. L-applikazzjonijiet għandhom ikopru azzjoni li tiffoka fuq: jitnaqqsu l-ostakli lingwistiċi f'iskejjel biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni fost it-tfal; il-promozzjoni tad-diversità fis-settur edukattiv li jindirizza n-nuqqasijiet attwali u l-ħtiġijiet futuri tas-soċjetà trawwim t' etniċità fis-setturi soċjali u edukattiv; u provvista ta' servizzi ta' sostenn lill-familji migranti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-sistema edukattiva. Il-formola tal-applikazzjoni elettronika flimkien mad-dokumenti b' noti dettaljati ta' gwida dwar l- eliġibbilità u l-indikaturi huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/. L-applikanti huma mistiedna jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni kompluta sa mhux aktar tard minn nhar il- Ħamis, 31 ta' Lulju 2025 sa nofsinhar. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm FAMI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp- content/uploads/2023/10/AMIF-Programme-v-2.0.pdf, sabiex jaraw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser tiġi organizzata sessjoni t' informazzjoni l-Erbgħa, 4 ta' Ġunju 2025 mid-09:00 sal-11:00 f' The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Ħamrun. Irreġistra għas-sessjoni t' informazzjoni billi taċċessa l- kodici QR t'hawn taħt.