MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 MAY 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarjiet illum • IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 05 Avviż ta' Intenzjoni Liċenzja ta' Outsourcing / Temporanja AMNISTRA MALTA LTD. qed tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija għall- Impjieg skont Notifika Legali 270 tal-2023 – Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) u r-Regolamenti tal-Aġenziji għall-Impjieg, 2023. L-attivitajiet proposti mill-kumpanija se jiffokaw fuq il-provvista ta' ħaddiema bil-għan li jiġu disponibbli għal parti terza, u jinkludu: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 2. Il-parti terza tassenja kompiti lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' outsourcing li jinvolvu wkoll il- provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 4. L-aġenzija tal-outsourcing – inklużi kuntratturi u subkuntratturi – tkun responsabbli għas- superviżjoni, direzzjoni u kontroll tal-ħaddiema. Indirizz Reġistrat Uffiċjali: Ta' Maggi Industrial Park, Administration Building, Level 0, Triq San Leonardu, Xgħajra, XJR 2306 Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: C 106393 Fost il-persuni li tkellmet magħhom il-gazzetta hemm l-Eks Kummissarju Ewropew għas-Saħħa John Dalli. Hu afferma l-pożizzjoni tiegħu ta' kontra l-ewtanasja u kontra l-abort. Hu għamel paralleliżmu mal-istorja biblika tat-Torri ta' Babel fejn in-nies ippruvaw jilħqu s-sema sabiex ikunu bħal Alla. "Dawk li qegħdin jimbuttaw mod ieħor qed jippruvaw jilagħbuha t'Alla." Dalli qal li hu jaħseb li hawn min diġà beda juża dan is-suġġett sabiex jintrebħu l-voti. Hu kkummenta fuq kif ċerti ġurnali lokali qed "jivvanġelizzaw dan il-qtil." Jikkontempla wkoll jekk dan hux qed issir sabiex jissekularizza lil Malta jew għax hemm flejjes kbar minn fondazzjonijiet internazzjonali. Il-gazzetta tkellmet ukoll mad-Deputat Beppe Fenech Adami li jservi bħala l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal- Partit Nazzjonalista. Hu qal li l-pożizzjoni uffiċjali tal-partit fuq is-suġġett għadu qed jiġi diskuss internament u għandha toħroġ il-pożizzjoni fil-jiem li ġejjin. Għalhekk hu ma tkellimx fuq il-pożizzjoni personali tiegħu imma stqarr li għandu pożizzjoni ċara f 'moħħu. Fuq jekk id-deċiżjoni tal- legalizzazzjoni tal-ewtanasja għandhiex taqa' fuq referendum, hu qal li diskussjonijiet t'etika m'għandhomx jiġu deċiżi b'mod ta' maġġoranza imma minflok din id-deċiżjoni għandha ssir fil-parlament bla partiġjaniżmu u b'tolleranza lejn opinjonijiet differenti. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Adrian Delia kkonferma l-pożizzjoni tiegħu "favur il-ħajja, mill- konċepiment sat-tmiem naturali tagħha." Delia jaraha kontradittorja li l-Prim Ministru Robert Abela qal li s-suġġett tal-ewtanasja m'għandux jiġi ppolitiċizzat imma għażel ħin konvenjenti sabiex iniedi din il-konsultazzjoni. Huwa, bħal sħabu, reġa' qal li ma jaqbilx ma' referendum fuq is-suġġett. Hu kompla jgħid kif hemm ħafna fuq xiex jiġi diskuss bħalissa, speċjalment fil-qasam tas- saħħa. "Investimenti meħtieġa, emerġenza li tlaħħaq, ċentri tas-saħħa moderni li ħadmu, sptar ġenerali f 'Għawdex, sptar ġenerali ieħor għal Malta." Delia għalaq b'appell li aħjar ninvestu fil-ħajja milli niddiskutu l-mewt. "Dawk li qegħdin jimbuttaw mod ieħor qed jippruvaw jilagħbuha t'Alla," John Dalli ex-ministru tas-saħħa tal-PN Il-kumpanija, Diamond Shine Services Ltd, C90212, bl-indirizz ta' reġistrazzjoni f 'C1, South Point Complex, Triq il-Knisja, Birżebbuġa, tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjieg skont l-A.L. 270 tal-2023 ATT DWAR L-IMPJIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP. 452) Regolamenti tal-2023 dwar Aġenziji tal- Impjieg. L-attivitajiet proposti li se jitwettqu ser jiffokaw fuq il- provvista ta' ħaddiema bil-għan li jkunu disponibbli għal parti terza, inkluż: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu ħaddiema lil parti terza. 2. Il-parti terza tassenja kompiti lill-ħaddiema temporanji. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Jieħu ħajtu bi jdejh mill-inqas raġel wieħed kull xahar fl-2024 SEAN FENECH Jidher illi f 'kull xahar tal-2024 kien hemm mill-inqas raġel wieħed li neħħa ħajtu bi jdejh. Minn informazzjoni li ħarġet fil-Parlament, wara li l-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall- Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ għamlet mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, jidher li ma kienx hemm xahar fl-2024 fejn ma seħħx suwiċidju wieħed magħmul minn raġel. Dan huwa konsistenti ma' rapport ieħor li ħarġet dil-gazzetta fejn konna sibna li l-maġġoranza ta' suwiċidji huma magħmulin mill-irġiel. It-total tas-suwiċidji Meta ngħoddu t-total tal-każijiet ta' suwiċidju, jidher li fl-2024 kien hemm total ta' 28 suwiċidju, fejn 25 minnhom kienu magħmulin mill-irġiel u tlieta min-nisa. Dil-gazzetta kienet diġà rrappurtat fuq it-total tan-numru ta' suwiċidji li seħħew fl-2024, iżda dil-informazzjoni ġdida tagħtina idea ta' kemm saru suwiċidji miż-żewġ sessi. Is-suwiċidji maqsumin xahar b'xahar Jidher illi l-iktar xhur fejn seħħew suwiċidji kienu April u Lulju, fejn b'kollox kien hemm erba' suwiċidji f 'dawn ix-xahrejn — tlieta mill-irġiel u wieħed min- nisa. Warajhom hemm ix-xhur ta' Mejju, Settembru, Ottubru, u Novembru, fejn f 'kull wieħed minn dawn ix-xhur kien hemm tliet suwiċidji. Filwaqt li fix- xhur ta' Mejju, Settembru, u Novembru, is-suwiċidji twettqu kollha mill-irġiel, f 'Ottubru kien hemm żewġ suwiċidji mill-irġiel u wieħed min-nisa. Imbagħad isegwu x-xhur ta' Jannar u Frar, fejn b'kollox kien hemm żewġ suwiċidji f 'kull xahar — kollha mill-irġiel. U fl-aħħar għandna Marzu, Ġunju, Awwissu, u Diċembru, fejn f 'kull xahar kien hemm suwiċidju wieħed. U l-istess f 'dawn ix-xhur, is-suwiċidji kollha twettqu mill- irġiel. L-Eks Kummissarju Ewropew Malti għas-Saħħa John Dalli Beppe Fenech Adami Adrian Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 MAY 2025