MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 MAY 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 09 I t-tkaxkir ta' kuljum fit-toroq iffullati żżejjed ta' Malta huwa tfakkira kerha ta' wegħdiet li ma twettqux. Minkejja investiment enormi ta' €700 miljun biex jinbnew mill-ġdid toroq residenzjali sa mill-2017, flimkien ma' tibdil kbir f 'arterji ewlenin bħall-Marsa Junction, is-Cen- tral Link, u Santa Luċija, ir-realtà hi aktar konġestjoni, mhux inqas. Tqaċċtu s-siġar, ittieħdet art agrikola, u ġiet esproprjata proprjetà privata, iżda l-konġestjoni kompliet tiħrax, u ħafna drabi l-proble- ma sempliċement iċċaqilqet it 'il bogħod. Eżempju ċar ta' xogħlijiet li saru u li ma swew kważi għal xejn huma dawk ta' xi sena- sentejn ilu quddiem il-grawnd tal-Luxol St. Andrew u aktar 'il fuq fir-roundabout il-ġdida għal dawk li neżlin mill-High Ridge min-naħat ta' Triq il- Prekursur u l-Madliena u jridu jduru mar-roundabout lejn id-direzzjoni tal-Belt. Minkejja l-qtugħ ta' bosta siġar u t-twessigħ tat-triq, id-diżastru li qed ikun hemm f 'din iż-żona huwa tanġibbli. L-għeluq tat- traffic lights minn Triq l-Ibraġ għal ġol-Main Road quddiem il-Luxol ma sewa assolutament xejn. Prattikament, kollox qed ikun imwaħħal filgħodu sad- disgħa u r-roundabout il-ġdida ta' qabel il-Madliena Cottage lanqas biss qed tintuża billi uffiċjali ta' Transport Malta jkollhom iwaqqfu t-traffiku ħdejha biex iħallu ringiela waħda ta' traffiku għaddejja għal erba' minuti, imbagħad oħra, eċċ. eċċ. Is-sens ta' frustrazzjoni li qed jinħoloq fil-mijiet kbar li jgħaddu minn hemm huwa enormi. Filwaqt li l-ippjanar fit-tul huwa essenzjali għal kull nazzjon, dan ma jistax iservi ta' paraventu għall-fallimenti tal-passat. Meta proġetti ambizzjużi u li jiswew ħafna flus jonqsu milli jwasslu b'mod konsistenti għas-serħan imwiegħed, jeħtieġ li nitolbu responsabbiltà qabel ma naċċettaw bl-addoċċ impriżi ġodda ta' miljuni ta' ewro. Il-pubbliku jistħoqqlu jkun jaf għaliex, wara snin ta' tfixkil u nefqa enormi, il-vjaġġ tiegħu ta' kuljum mar għall-agħar. Is-soluzzjoni għall-problemi tat-traffiku f 'Malta hija bla dubju kumplessa. Hija sfida li teħtieġ aktar minn sempliċi konkos u asfalt; titlob tmexxija serja u dedikata. Neħtieġu mexxejja li huma inqas iffukati fuq infiq fil-marketing imfassal biex jiksbu l-voti jew, kif spiss jissuspetta l-pubbliku, fuq opportunitajiet għall- korruzzjoni, u aktar impenjati ġenwinament biex iħarsu l-interessi fit-tul u l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti. Qabel ma jiġu ppreżentati lilna sensiela oħra ta' proġetti grandjużi għall-futur, wasal iż-żmien għal reviżjoni trasparenti ta' x'mar ħażin. Neħtieġu responsabbiltà għall- qagħda attwali tas-sistema tat-trasport tagħna. U qabel ma ssir riforma tat-Trasport Pubbliku mill-qiegħ, b'żidiet kbar fir-rotot, fil-frekwenza, fil-puntwalità u fir-regolarità, ma se naslu mkien. Huwa biss wara li nirranġaw is-sistema falluta tat-trasport pubbliku li nistgħu nibdew nafdaw li l-pjanijiet futuri se jġibu soluzzjonijiet ġenwini, u mhux sempliċement aktar mill-istess frustrazzjoni li tiswa ħafna ħin prezzjuż u flus. Lil hinn minn toroq bla tmiem, neħtieġu responsabbiltà Natasha Azzopardi hija membru tal-kumitat tal-Partit Momentum NATASHA AZZOPARDI "Is-soluzzjoni għall-problemi tat-traffiku f'Malta hija bla dubju kumplessa. Hija sfida li teħtieġ aktar minn sempliċi konkos u asfalt; titlob tmexxija serja u dedikata."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 MAY 2025