MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 MAY 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 965 €1.50 IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 List your property with us. franksalt.com.mt/SA Introducing our sole agency package, tailored to your needs, where you are our priority! Selling Your Property? INTERVISTA MA' STEPHEN SPITERI, IL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-POLITIKA SOĊJALI PAĠNI 6-7 Donald Trump, il-President Amerikan, ħabbar fuq Truth social, il-midja soċjali tiegħu, li kien ordna lid-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan biex iniedi serje ta' tariffi biex jipproteġi l-industrija Amerikana. Trump, magħruf għall- istil erratiku tiegħu, qal li l-fatt li ħafna produzzjonijiet Amerikani qed jaħdmu barra mill-Amerka għax jibbenefikaw minn inċentivi fiskali u ta' taxxa hija tħeddida għas-sigurtà nazzjonali. Din l-aħbar wasslet biex tinkwieta bil-kbir lill-Gvern Malti li jaf li jekk il-proposta ta' Trump issir realtà tista' tkun il-bidu tat-tmiem għall-industrija tal-films. Skont rivisti Amerikani l-industrija tal-films ġewwa California, propjament ġewwa Los Angeles, l-operat naqas bi 30 fil-mija fuq medda ta' ħames snin. Min-naħa l-oħra, jekk kumpaniji tal- films ma joperawx barra l-pajjiż, huwa ċert li l-prezz biex jiġi kkreat film ħa jżid bil-bosta. Tant hu hekk, li kien hemm bosta producers li qalu hekk. Imma mhuwiex biss Trump li qed jinkwieta għall-industrija tal-films. Il-Gvernatur tal-California Newsom, f 'rispons għal proposta tat-tariffa fuq il-films, ippropona li l-Gvern Amerikan joffri inċentivi fiskali ta' 750 biljun dollaru lill-kumpaniji tal-films biex dawn jaħdmu mill-Amerika. Ftit li xejn kien hemm kummenti min- naħa tal-Gvern dwar l-impatt ta' dawn it-tariffi, imma li huwa żgur li l-ħafna ftaħir dwar kif din l-industrija kibret tista' tgħosfor hekk kif l-iktar persuna b'saħħa fid-dinja jkompli għaddej bil- pjanijiet tiegħu biex jagħmel 'America great again' a skapitu tad-dinja kollha. TRUMP SER JOQTOL L-INDUSTRIJA TAL-FILMS F'MALTA ILENIA DEBONO Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Rebecca Buttigieg ħabbret proposti ġodda li joffru pazjenti b'mard terminali li għandhom inqas minn sitt xhur ħajja, iċ-ċans li jtemmu ħajjithom b'mod volontarju. Dawn il-proposti ġew ippubblikati għal konsultazzjoni pubblika. Buttigieg tenniet li dan mhux abbozz ta' liġi imma diskussjoni man-nies fuq perjodu ta' xahrejn. Is-suġġett tal-ewtanasja ħoloq diskussjoni etika u morali fuq livell nazzjonali. Filwaqt li l-Gvern qed jisma' m'għand in-nies, l-oppożizzjoni għadha mhix ċerta fuq il-pożizzjoni li għandha tieħu fuq is-suġġett. L-Arċisqof ta' Malta, Charles J. Scicluna, ħeġġeġ lin-nies fi stqarrija sabiex jagħżlu l-kura paljattiva minflok it-triq tal-ewtanasja. Ħafna huma tal-opinjoni li l-PN ħa jimxi wara l-Knisja, imma l-partit illum il-ġurnata għandu faxxa liberali li jaħsbuha differenti mill-konservattivi tradizzjonali nazzjonalisti. IKOMPLI F'PAĠNA 5 L-ewtanasja minn lenti mċajpra Xena mill-film Jurassic Dominion, film li ġie Malta minħabba l-inċentivi fiskali li joffri l-gvern Malti. Dan kollu jista' jispiċċa jekk Trump (inset) jirnexxilu jimponi tariffi fuq dawk il-kumpaniji li joperaw barra l-pajjiż. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi ma' diversi figuri politiċi u tiddiskuti s-suġġett popolari u kontroversjali tal-ewtanasja L-industrija tal-films f 'Malta tinsab mhedda mill-proposta ta' Donald Trump li jipproponi tariffi massiċċi kontra kumpaniji li joperaw barra mill-Istati Uniti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 MAY 2025