Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535521
13 arti u kultura IL-ĦADD 18 TA' MEJJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann tniedi wirja: 'Portraying St John's Co-Cathedral Through Time' 16-il sena wara l-ewwel darba f 'Malta fl-2009, id-dramm finali ta' Sarah Kane jirritorna Malta f 'din il-produzzjoni indipendenti fil-Valletta Campus bejn it-30 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju. "li tiġi maħfura. li tkun maħbub. li tkun ħielsa." Kultant, kulma tista' tagħmel hu li taċċetta dak li ġej. Imma int verament taċċettaha? Miktuba minn Sarah Kane, '4.48 Psychosis' hija konfessjoni finali ta' mħabba għall-ħajja minn xi ħadd li diġà ħa d-deċiżjoni li jitlaq. Li juri battalja bejn id-dipressjoni klinika u r-ruħ, moħħ frammentat jissielet biex isib iċ-ċarezza. Din il-produzzjoni indipendenti bl-Ingliż, b'direzzjoni ta' Brendon Thearle u interpretata minn Lilla Kedves, timmarka l-25 anniversarju mid-debutt oriġinali ta' '4.48 Psychosis' — u ġġib id- dramm lura f 'Malta għall-ewwel darba mill-2009 li kien imtella' għall-ewwel darba mir-Royal Court Jerwood Theatre Upstairs, Londra, fit-23 ta' Ġunju 2000. Il-biljetti jistgħu jinxtraw permezz ta' ticketmonti. com/448psychosis Din il-produzzjoni hija kklassifikata bħala 18+ peress li tittratta suġġetti delikati bħas- suwiċidju u d-dipressjoni, u fiha lingwaġġ qawwi, kif ukoll aċċenn ta' vjolenza fiżika u sesswali. Din il-produzzjoni hija ppreżentata b'arranġament ma' Casarotto Ramsay & Associates f 'isem Simon Christopher Kane. Il-produzzjoni se tittella' f 'dawn id-dati: • Fit-30 ta' Mejju, fis-7:30 p. m. • Fil-31 ta' Mejju, fis-7:30 p. m. • Fl-1 ta' Ġunju, fis-7:00 p. m. '4.48 Psychosis' ta' Sarah Kane tirritorna Malta f 'Mejju Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann għandha l-pjaċir tħabbar it-tnedija tal-aħħar wirja tagħha, 'Portraying St John's Co-Cathedral Through Time' — kollezzjoni li tiġbor fiha madwar ħamsin pittura li jaqbdu b'mod artistiku l-kobor ta' dan il-monument ikoniku matul is-sekli. Il-wirja tippreżenta vjaġġ fiż-żmien, fejn turi xogħlijiet li jirriflettu l-intern u l-estern tal-Konkatidral ta' San Ġwann, kif interpretati kemm minn artisti antiki, kif ukoll artisti kontemporanji. Mill-aħħar tas- seklu sittax sas-seklu wieħed u għoxrin, dawn il-pitturi juru l-ispirazzjoni dejjiema li l-Konkatidral ipprovda lill- ġenerazzjonijiet ta' artisti. Din il-wirja unika tesplora s-sbuħija, l-ispiritwalità, u l-importanza kulturali tal- Konkatidral ta' San Ġwann. Inġabru flimkien pitturi, kemm minn kollezzjonijiet pubbliċi, kif ukoll privati f 'Malta, kull wieħed joffri lenti artistika distinta li permezz tagħha l-viżitaturi jistgħu jesperjenzaw l-essenza ta' dan it-teżor arkitettoniku u reliġjuż. "Nistghu ngħidu li dan il- monument li huwa post sagru, mhux biss huwa xhieda ta' fidi, kultura u storja, iżda wkoll għajn ta' ispirazzjoni għall- artisti li ħadmu u għadhom jaħdmu f 'Malta" ikkummenta Prof. Mons. Emmanuel Agius, il-President tal-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Gwann. Hu kompla jgħid li "il-kombinazzjoni ta' arti, arkittetura u storja tagħti lill- artist opportunità unika li jħoss konnessjoni mal-passat u mal- kultura kontemporanja". Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Konkatidral ta' San Ġwann huwa simbolu ta' fidi, arti u storja. "Din l-esebizzjoni ġdida tfakkarna fil-ġmiel u l-importanza ta' dan it- tempju uniku. Bħala Gvern, nibqgħu impenjati li nħarsu, nippreservaw u nagħtu ħajja ġdida lill-wirt tagħna. Nirringrazzja lill-Fondazzjoni tal-Konkatidral tax-xogħol importanti tagħha. Nistedinkom iżżuru din l-esperjenza li żżid il-kburija li aħna Maltin," temm jgħid il-Ministru Bonnici. Aktar minn sempliċi bini storiku, il-Konkatidral ta' San Ġwann jibqa' ċentru ta' tagħlim, kultura u ispirazzjoni. Din il- wirja hija parti mill-ħidma kontinwa tal-Fondazzjoni biex tiċċelebra u taqsam il-wirt tal-Katidral mal-komunità u viżitaturi minn madwar id-dinja. Żur din il-wirja: • Post: Wing Carapecchia, Triq Santa Luċija, St John's Co- Cathedral. • Data: 2 ta' Mejju 2025 — 30 ta' Ġunju 2025 • Tul: Xahrejn 4.48 Psychosis hija konfessjoni finali ta' mħabba għall-ħajja minn xi ħadd li diġà ħa d-deċiżjoni li jitlaq. Li juri battalja bejn id-dipressjoni klinika u r-ruħ, moħħ frammentat jissielet biex isib iċ-ċarezza Nistgħu ngħidu li dan il-monument li huwa post sagru, mhux biss huwa xhieda ta' fidi, kultura u storja, iżda wkoll għajn ta' ispirazzjoni għall-artisti li ħadmu u għadhom jaħdmu f 'Malta" – Prof. Mons. Emmanuel Agius