MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-fażi tal-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se tkun ġimgħa li għalkemm tħoss ċertu diżappunt madwarek, int xorta trid tibqa' pożittiv u determinat. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Sagittarius. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-fażi tal-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tagħraf l-aħjar tibdil li hemm bżonn jitwettaq. Għalhekk tibżax, iżda wettaq dak li hu meħtieġ. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Taurus. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-fażi tal-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li fiha trid tkompli tagħraf aħjar il-proposta offruta. Taqbadx tgħaġġel iżda wettaq riflessjoni profonda. Iż- żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-fażi tal-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li tagħraf kemm qed tkun pożizzjoni tajba fil-ħidma li bdejt. Kun iffukat. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din il-fażi tal-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Aquarius se tkun ġimgħa li fiha trid tiffoka fejn tixtieq tmur. Aħtaf din l-opportunità biex hekk tkun aktar stabbli. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa żodjaku ta' Libra. Namaste. Seba' vouchers ta' €7 għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) waqt iż-żodjaku ta' Gemini – It-Tewmin Mill-Ħadd 25 ta' Mejju sas-Sibt 31 ta' Mejju Kważi 8,000 żagħżugħ jistudjaw u jaħdmu fl-istess ħin fis-sena akkademika 2024-2025 SEAN FENECH Kien hemm 7,869 żagħżugħ fis- sena akkademika bejn l-2024 u l-2025 li kellhom impjieg fl-istess waqt li kienu qegħdin jistudjaw. Dil-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta' Spazji Ġodda Bernice Bonello lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. Fil-mistoqsija tagħha, Bonello staqsiet biex "il-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ... li qed jaħdmu full-time, kif ukoll part- time, huma studenti". Camilleri wieġeb billi ta ċ-ċifra mitluba li nġabret sa Ottubru tal-2024 — jiġifieri jaf b'kollox kien hemm it iktar żgħażagħ jaħdmu waqt li qed jistudjaw. Madankollu, minħabba li Bonello ma speċifikatx biex l-informazzjoni tinqasam abbażi ta' min qed jaħdem full-time u min qed jaħdem part- time, dil-gazzetta ma tistax tagħti iktar informazzjoni dwar kemm hemm żgħażagħ studenti jaħdmu full-time jew part-time. X'inhu meqjus bħala "żagħżugħ"? Tkun idea tajba jekk jiġi ċċarat x'inhu meqjus bħala żagħżugħ fl- ambitu ta' dil-mistoqsija. Fil-mistoqsija, Bonello speċifikat biex l-informazzjoni tirreferi għal "żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-30 sena". Allura jidher li żagħżugħ huwa meqjus bħala xi ħadd li għandu mill-inqas 16-il sena u għadu ma qabiżx it-30 sena. 'Il fuq minn 80,000 żagħżugħ b'impjieg fl-2024 Fil-mistoqsija tagħha, Bonello aċċennat għal mistoqsija parlamentari oħra fejn hi stess staqsiet lill-Ministru biex jagħti rendikont tan-numru ta' żgħażagħ li għandhom impjieg, kemm full- time, kemm part-time, fl-aħħar għaxar snin. Filwaqt li l-Ministru ta rendikont tan-numru ta' żgħażagħ b'impjieg ta' bażi full-time u part-time, mhuwiex l-iskop ta' dal-artiklu biex inħarsu lejn iċ-ċifri tul is-snin. Minflok ħa nħarsu biss lejn is-sena 2024, li hija l-iktar relevanti għal dak li qed niktbu. Fl-2024 kien hemm b'kollox 84,185 żagħżugħ li għandhom impjieg, fejn dawn jinqasmu bejn 73,484 żagħżugħ b'impjieg full-time u 10,701 żagħżugħ b'impjieg part- time. Dan ifisser li 9.35% taż-żgħażagħ li għandhom impjieg huma wkoll studenti fl-istess ħin. Ittra ta' intenzjoni Jiena, Nina Victorovna Ryabchenko, bħala d-Direttriċi tal-kumpanija The Gateway Of India Limited, numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija C107758, qed niddikjara l-intenzjoni tal-kumpanija li tirreġistra għal Liċenzja tan-Negozju tal- Impjiegi skont l-Artikolu 23 tal-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ, 1990 (Att XXVIII tal-1990). L-attivitajiet li jistgħu jitwettqu permezz dan din il-liċenzja huma dawn li ġejjin: 1. Konsulenza dwar ir-reklutaġġ 2. L-intervistar, l-għażla, u t-tqegħid ta' kandidati f'impjieg 3. Ir-reklutaġġ ta' persuni li joqogħdu barra minn Malta għal impjieg f'Malta jew fi stat membru tal-UE 4. Ir-reklutaġġ ta' persuni li joqogħdu Malta għal impjieg f'Malta jew fi stat membru tal-UE 5. Ir-reklamar ta' pożizzjonijiet miftuħa 6. Iż-żamma ta' reġistru tal-applikanti għal impjieg Miż-żgħażagħ kollha li kellhom impjieg fl-2024, 9.35% huma wkoll studenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 May 2025