MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 966 €1.50 IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 INTERVISTA MA' ROMEO BALDACCHINO, IS- SINDKU TAL-GUDJA PAĠNA 16 Sena ilu, Mark Camilleri, wieħed mill- ikbar kritiċi tal-Labour, u wieħed ukoll assoċjat ma' diskors kattiv u oxxen kontra ħafna mill-esponenti tal-Labour, kellu kuntratt sfrattat wara li l-gazzetta oħt MaltaToday kixfet li kien hemm ordni mill-uffiċċju tal-Prim Ministru biex jingħata kuntratt. Dan ġara sen'ilu. Illum, kuntratt ieħor simili ġie ffirmat u l-istess gazzetta ħarġet id-dettalji u din wasslet għal dulluvju ta' kummenti minn diriġenti tal-Labour diżgustati b'dak li ġara. Camilleri, li jgħix Spanja, jippoża ta' media owner u għandu problemi finanzjarji kbar, għamel kruċjata kontra l-Gvern Laburista u Robert Abela stess. Imma dan ma waqqfux milli jkompli jagħmel pressjoni fuq il-Gvern Laburista biex itih kuntratt. Fl-istess ħin huwa rrappurtat li Camilleri għandu jagħti eluf ta' ewro wara li kien talab xi nies flus kbar bis- self. U dan ukoll wara li dawn in-nies belgħu l-lixka ta' Camilleri. Camilleri, apparti li jattakka diriġenti tal-Labour, juża kliem iebes u kważi faxxist fil-konfront ta' xi nies fir- rapporti tiegħu. Telaq minn Malta biex jgħix Spanja wara li kien spiċċa minn Kap Eżekuttiv tal-Kunsill tal- Ktieb u wara problemi serji li kellu f 'xi episodju li kellu f 'investiment fil-crypto currency. Imma ferm aktar interessanti huma l-kummenti bil-gzuz li kien hemm fuq chats tal-Whatsapp tal-attivisti tal- Labour li tikxef rabja għat-tmexxija tal-Labour. U filwaqt li hemm ħafna tgħajjir għal Owen Bonnici, kien hemm ħafna li indikaw li Bonnici ma setax ħa deċiżjoni bħal din mingħajr il-kunsens jew l-ordni minn Kastilja. Persuna li jaf lil Owen Bonnici qal lil din il-gazzetta: "Dan mhux xogħol Owen. Owen għamel kif qalulu. Imma interessanti li storja bħal din twassal għal din it-tip ta' reazzjoni mill-attivisti. Qisu hemm vulkan qed jesplodi. Il- Laburisti xebgħu." Kompla jgħid: "Lanqas huwa sew li nies bħal Neville Gafà jimtlew b'mibegħda kontra xi ħadd (Owen Bonnici). Hemm limitu kemm l-id il- moħbija tibqa' moħbija." JESPLODI VULKAN FIL- LABOUR DWAR KUNTRATT LIL BLOGER TA' KONTRA L-PL Persuni li ma kinux mressqa u msemmija fl-inkjesta Vitals qed jiġu investigati mill- Pulizija. Dan skont diskors tal-Kummissarju Angelo Gafà meta kien qed jitkellem fuq il- programm Xtra. Sorsi infurmati qalu li fl-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella jissemmew ħafna persuni, inklużi avukati stabbiliti li kienu kruċjali fl-evalwazzjoni jew dak li huwa magħruf bħala l-RFP (request for proposal). Tant hu hekk li meta Vella għamlet sejħa ċara li jitressqu n-nies ħalliet barra nies oħra li kienu kruċjali, kemm fl-għoti tal-kuntratt lill-Vitals, kif ukoll fit-tfassil tal-kuntratt. Sorsi infurmati qalu li l-Pulizija qed iħarsu lejn tal- inqas ħames persuni, inkluż min illum għadu jipprattika. L-investigazzjoni tal-Vitals li swiet l-Istat Malti mal-ħdax-il miljun wara investigazzjonijiet indipendenti minn barranin magħżula mill- Maġistrat Gabriella Vella wasslet biex jitressqu l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, Chris Fearne li kien id-Deputat Mexxej, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna u li kien ukoll Ministru tal-Finanzi, apparti għexieren ta' nies oħra. Fl-inkjesta, il-Maġistrat Vella ma indikatx biss min irid jitressaq imma anke elenkat l-ammonti li kellhom jiġu ffriżati. ARA INTERVISTA PAĠNI 5 - 7 Persuni li kienu msemmija fl-inkjesta Vitals u ma kinux mressqa, investigati mill-Pulizija Kien hemm rabja kbira kontra d-deċiżjoni li kuntratt ingħata lil Mark Camilleri (lemin). Fil-kritika ssemmew Owen Bonnici imma anke l-Prim Ministru il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 May 2025