Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-protesta kontra dak li ġara fil-Għargħur hija indikattiva kif il-Partit Nazzjonalista ma fehem xejn. Filwaqt li kien sfortunat b'dak li ġara, hemm ukoll argument li qisu l-PN irid inessi. Li l-persuna li telqet mill-Partit Nazzjonalista Francesca Attard ikkreat din is-sitwazzjoni. Tajjeb jew ħażin is-sistema demokratika par- lamentari u elettorali tinħadem fuq min jiġi elett u mhux kemm ikollok voti. U fuq kollox ta' min infakkru li l-PN kien hu li għażel lil Francesca Attard u ra jekk kinitx idonea li tkun rappeżentanta tal-PN. Kulħadd kien jaf li Attard ma kinitx persuna li tista' tafda politikament. U hija ċara li l-Għargħurin Nazzjonalisti huma mdejqa bis-sitwazzjoni maħluqa minn Attard. Imma jibqa' l-fatt li din l-istorja li titlef il-maġġoranza f 'kunsill jew anke parlament hija storja antika li dejjem ġrat u li waslet biex ikun hemm tibdiliet fil-kompożizzjoni ta' parlamenti lokali. Naraw ukoll l-argumenti ta' Bernard Grech bħala kap tal-PN li dak li qed jiġri fil-Għargħur huwa replika ta' dak li ġara fl-1981 hija ħrafa. U eżempju ħażin. Fl-ebda mument ma kien hemm maniġġi mill-PL biex iwasslu biex il-Kunsill tal-Għargħur ma jkollux rappreżentanza kif għandu jkun. Min- naħa l-oħra, ir-regoli tar-rappreżentanza ma jagħmluhomx il-partiti imma r-regoli bażiċi tad-demokrazija eżerċitati f 'kull pajjiż demokratiku u modern. U apparti l-fatt li dak li ġara fl-1981, ġara 44 sena ilu. U li tisma' politiċi jirreferu għal 44 sena ilu hi indikattiva ta' kemm huma distakkati mir-realtà. Kieku l-affarijiet ġew kontra u kien hemm kunsill li dar għax xi ħadd irriżenja jew dar, u dak li ġara kien favur il-PN, kieku d-diskors ta' Grech kien ikun differenti ħafna. U fl-aħħar li twaħħal f 'Robert Abela fuq din mhijiex ġusta. Fejn għandu tort għandu tort, imma fuq din m'għandu x'jaqsam xejn. Bernard Grech jagħmel sew u jagħmel ġieħ lill-PN jekk il-battalji jagħżilhom u mhux jidħol għal battalji li jidhru li ma tantx fihom ħsieb. Kollox irid ikun, imma bħalissa żgur li hemm bżonn li l-pajjiż ikollu partit fl-oppożizzjoni li jkun kapaċi joffri alternattiva serja. Hemm ġustifikazzjoni għall-protesta fil-Għarghur?