MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-Artist rinomat Malti Chris Ebejer joħloq monument ġdid tal-bronż għad-daħla tal-Isptar St James L-Artist u disinjatur rinomat Chris Ebejer għadu kemm temm monument mill-isbaħ tal-bronż fid-daħla ewlenija tal-Isptar St James f 'Bulebel. Il-monument li ġie mikxuf ilbieraħ il-Ġimgħa 16 ta' Mejju u jirrappreżenta lil Marija bħala figura mlibbsa b'mod eleganti b'idejha miuħa, b'espressjoni ta' paċi u kompassjoni, xbieha li tħaddan il-viżitaturi b'sens ta' merħba u kura — simbolu qawwi ta' tama, fejqan u serenità. B'dan ix-xogħol, Ebejer ried joħloq punt ta' riflessjoni u tama għal dawk li jidħlu l-isptar, kemm pazjenti, kif ukoll qraba u ħaddiema. "Dan il-proġett għal St James kien vjaġġ emozzjonali u artistiku għalija," qal Ebejer waqt li stqarr li meta ġie kkuntattjat mid-Direttur tal-Isptar Dr Josie Muscat wera xewqa li joħloq din l-immaġni li kienet ipproġettata fil-bidu tal-bini tal-isptar. L-artist ħadem dan il-monument fit-Toscana fejn hemmhekk jaħdem u wettaq diversi xogħlijiet importanti fil- karriera artistika tiegħu. "Ridt noħloq figura materna li tissimbolizza preżenza li takkumpanja fil-vjaġġ mediku u tikkalma — metafora viżiva għall-fejqan." Il-monument, li huwa twil 'il fuq minn tliet metri u nofs, ġie fondut mill-bronż u juri xogħol metikoluż fid-dettalji tal-libsa u l-espressjoni ta' kumpassjoni tal-figura. Il- pedestall tal-irħam, iddisinjat mill- artist stess bħala parti mill-istess proġett tal-monument tal-bronż jikkumplimenta b'mod eleganti l-figura prinċipali u huwa magħmul minn tliet blokok solidi ta' rħam mill-Eġittu ta' ton ċar u newtrali li jeleva s-serenità tal-figura. L-artist ħa ħsieb sabiex jiddisinja mill-ġdid l-entratura kollha tal-isptar bil- monument inkorporat fih sabiex joħloq armonija mal-istil tal-faċċata. Il-pedestall għandu forma ċilindrika ċentrali b'żewġ dirgħajn li joħolqu effett ta' tgħanniqa viżiva malli wieħed jersaq fid-dħul tal- isptar. Fuq il-faċċata ċentrali ġiet imnaqqxa talba antika li tinsab miktuba fuq il-bieb ċentrali tas- Santwarju tal-Mellieħa. Dan sabiex jagħti valur spiritwali lill-opra. Il- passaġġ pedonali li jakkumpanja dan il-proġett artistiku huwa wkoll maħdum b'attenzjoni bil-forma ta' tapit fil-paviment li jiggwida lill- viżitaturi lejn il-monument filwaqt li joħloq ambjent kontemplattiv li jsaħħaħ l-esperjenza emozzjonali u viżiva ta' dawk li jidħlu fl-isptar. Il-kxif uffiċjali sar il-Ġimgħa 16 ta' Mejju mid-Direttur tal-Isptar Dr Josie Muscat u ġie mbierek mil- Arċisqof ta' Malta Mons. Charles J. Scicluna. Il-monument ġdid huwa ġieħ l-irwol fundamentali tal- kompassjoni fil-qasam tas-saħħa u jagħti valur spiritwali u estetiku lil dan il-lok ta' fejqan aktar viċin il- komunità. Chris Ebejer hu magħruf, kemm għax-xogħlijiet tiegħu li jinsabu f 'diversi pjazez u ġonna pubbliċi, kif ukoll għal numru kbir ta' kollezzjonijiet privati. Fost l-arti pubblika tiegħu nsibu arti f 'Mater Dei fl-isptar ċentrali, Metamorfosi f 'Ħad-Dingli, il-Monument tal-100 sena tal-MUT fil-Ġnien tal-Mall fil- Furjana, il-bieb tal-bronż tal-palazz ta' Montekristo, kif ukoll f 'park tal- iskultura f 'Changchung iċ-Ċina. Ftit ta' snin ilu ngħata premju ġo Troina għall-mertu artistiku tiegħu u waħda mix-xogħlijiet tiegħu ġiet akkwistata għall-mużew tal-arti kontemporanja l-ġdid ġo Troina. Wara s-suċċess li kellha l-kummiedja 'Skaduti' li ttellgħet għal darbtejn fi snin differenti b'udjenza sabiħa għall-prestazzjonijiet kollha, RCK-Ent avviċinaw lill-awtur David Rizzo sabiex din l-istorja ħelwa titkompla. U hekk se jiġri, u bl-importanza li anki min ma rax l-ewwel waħda xorta jista' jiġi u se jiem kollox mill-A saż-Z kif jgħidu. Dan għax miktuba b'tali mod li hija storja differenti. Fil-fatt anki l-isem se jinbidel u se jkun 'Twikkejna bil-Kunjata'. Marjanu xtara din id-dar sabiħa bħala rigal tat-tieġ lill- għażiża martu Carol. Li qatt ma basar Marjanu kien li f 'din id-dar kien hemm ġa xi ħadd joqgħod fiha. Qed tistaqsu min? Tliet iħirsa li m'hemmx wieħed sura minnhom, imma bis-saħħa ta' dawn il-karattri l-komiċità u l-battuti ma jonqsux. Biex tgħaxxaq, riċentement il- kunjata ta' Marjanu li xejn ma kienet tmur sew miegħu, itiha ħass ħażin u hi wkoll tmur fid- dinja l-oħra. Bil-konsegwenza li issa dan il-povru Marjanu u l-iħirsa l-oħra twikkew bir-ruħ tagħha, u minn hawn jibdew il-bawxati waħda wara l-oħra! Marjanu jispiċċa jgħid hekk: "Imma kif anki wara mewtek ma ħallejtniex bi kwieti, kunjat?!" Ma' dawn il-karattri hemm oħrajn li jkomplu jagħtu kulur lil din il-kummiedja, fosthom sieħeb Marjanu, Rokku, li f 'moħħu però għandu pjan biex jimbrolja lil Marjanu stess! Iżda dal-pjan jirnexxi? Ejja ħalli taraw. Din hija kummiedja ħelwa għall-familja kollha li nissuġġerixxu li ħadd ma jitlef għax se tkun mimlija daħk u divertiment għall-familja kollha! Tajjeb ta' min insemmu li wara din il-kummiedja se tingħata donazzjoni lil Puttinu Cares (bħalma dejjem qed nagħmlu wara kull produzzjoni). Il-kitba hija ta' David Rizzo u d-direzzjoni ta' Redeemer Galea. Jieħdu sehem ħafna atturi stabbiliti, fosthom Anthony Cini, Jeanelle Spiteri, Redeemer Galea, David Rizzo, Michael Stivala, Lydia Portelli, Sandro Attard, Maryanne Micallef, Christabelle Scerri, Sylvan Galea, Rudy Catania, Clayton Abela u Janice Schembri. Id-dramm se jittella' s-Sibt 31 ta' Mejju fis-7:00 p.m. u l-Ħadd 1 ta' Ġunju fl-4:00 p.m. fit-Teatru ta' San Vinċenz Ħal Luqa (it-teatru mgħammar b'arja kkundizzjonata u parkeġġ mhux problema). Biljetti minn https://www. ticketline.com.mt/bookings/ Shows.aspx?ProductionId=1235 jew ċemplu fuq 99995229. Twikkejna bil-Kunjata: dramm ġdid ta' RCK-Ent Din hija kummiedja ħelwa għall-familja kollha li nissuġġerixxu li ħadd ma jitlef għax se tkun mimlija daħk u divertiment għall-familja kollha! B'dan ix-xogħol, Ebejer ried joħloq punt ta' riflessjoni u tama għal dawk li jidħlu l-isptar, kemm pazjenti, kif ukoll qraba u ħaddiema

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 May 2025