MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal din il-ġimgħa, Daniel Cossai jaqra għadd ta' novelli mill-Użbekistan miġbura f'Rakkonti mill-Bogħod. Fil-fehma ta' Cossai, it-traduzzjoni pont għandha titqies bħala waħda valida, iżda fil-vjaġġ minn ilsien għal ieħor, it-traduttur għandu d-dmir li jqarreb lill-qarrej lejn il-kultura barranija, mhux jgħabbih b'aktar kliem. Aħjar kelma nieqsa milli żejda Meta smajt bil-pubblikazzjoni ta' Rakkonti mill-Bogħod: Stejjer Qosra mill- Użbekistan, minn Kite Group, editjat minn Sergio Portelli u Claudine Borg, ħadt gost mhux it. Dan il-ktieb, li huwa frott proġett tad-Di- partiment tat-Traduzzjoni, Terminoloġija u Interpretazzjoni tal-Università ta' Malta li kien jinkludi kollaborazzjoni internazzjona- li mal-Università Nazzjonali tal-Użbekistan, jolqot l-interess tiegħi f 'letteratura li toħod- ni f 'postijiet oħra, kemm jista' jkun mhux magħrufa, u jgħin jimla vojt fil-letteratura Maltija. Bħala ġabra ta' stejjer minn pajjiż fil-qalba tal-Asja, l-Użbekistan, il-ktieb ilaqqagħna ma' kultura mhux tas-soltu għall-biċċa l-kbi- ra tal-Maltin. Forsi wieħed jistaqsi, "Imma għala għandna bżonn traduzzjoni bil-Malti meta diġà nistgħu naċċessaw dawn il-kotba bit-tieni lingwa tagħna, l-Ingliż?" L-ebda tra- duzzjoni mhi newtrali, u lanqas mhi newtrali l-għażla tal-lingwa. Billi mhux kull lingwa u pajjiż għandhom l-istess relazzjoni ma' pajjiż partikolari, mhux biżżejjed li niddependu fuq traduzzjoni barranija. Traduzzjoni qatt mhi kopja eżatta tat-test sors; hija dejjem verżjoni ffiltrata, miktuba mill-ġdid mit-traduttur (jew, f 'dan il-każ, mit-traduttriċi, għall-maġġoran- za tal-istejjer inklużi). Dak li hu mbiegħed mill-għarfien nazzjonali Malti jista' jkun li ma jkunx daqstant imbiegħed għal traduttur bar- rani, u dan jaffettwa l-proċess kollu tal-kitba u l-qari. Id-daħla għall-ktieb miktuba minn Ser- gio Portelli tagħtina crash course tajjeb fuq l-Użbekistan, bżonjuż għall-udjenza fil-mira. Għandu storja twila: parti mill-Imperu Pers- jan, ippożizzjonat tul it-Triq tal-Ħarir, pajjiż Musulman — però mhux Musulman bħall- biċċa l-kbira tal-pajjiżi Musulmani li aħna familjari magħhom, għax huwa wkoll pajjiż eks Sovjetiku. Bħal Malta, huwa post uniku ffurmat mit-tlaqqigħ ta' ħafna kulturi tul se- kli twal, kif rifless, fil-livell bażiku, u mill-ġdid bħal Malta, fil-lingwa tiegħu, li saħansitra bidlet l-alfabett li tuża iżjed minn darba skont dawn l-influwenzi. Fuq dan il-punt, ta' min jinnota li l-ktieb huwa traduzzjoni ta' traduzzjoni lejn l-Ingliż ta' Mahuma Saydumarova, li fil-fatt kienet hi li għażlet l-istejjer inklużi. Saydumarova stess hija Użbeka, ħaġa li tgħin ittaffi l-problema ta' filtru barrani. Prattika stabbilita u utli immens anki jekk għadha, forsi, xi it mistkerrha mill-komu- nità usa', l-użu ta' traduzzjoni pont mhuwiex xi cheat biex ix-xogħol isir eħfef, imma mod kif kultura tiaħ ruħha iżjed għal dak li hu aljen u inaċċessibbli għaliha. Fil-fatt, meta ssir sew, traduzzjoni li tuża lingwa pont hija saħansitra itqal minn traduzzjoni diretta minn lingwa sors magħrufa, għax l-isfida għat-traduttur ma tibqax biss it-tifsira imma l-identifikazzjoni tal-filtri fit-traduzzjoni li qed jaħdem minnha. It-traduttur irid iħaffer, permezz tar-riċerka, biex isib u jegħleb dawn il-filtri u jqarreb it-test lejn l-udjenza fil-mira tiegħu, mhux tat-traduttur tal-lingwa pont. Spiss fil-proċess jikkonsulta traduzzjonijiet differenti, forsi anki b'lingwi oħra, minflok test sors wieħed. It-traduttur jaqlagħha minn żewġ naħat. Minn naħa, għandu sfida kbira quddiemu. Mill-oħra, l-isforz li jagħmel spiss mhux ap- prezzat. Anzi, it-traduttur jispiċċa inviżibbli, qisu kulma hu dizzjunarju li jaqleb awtoma- tikament kelma kelma u sentenza senten- za minn lingwa għal oħra. Għalhekk ħafna tradutturi jħossu x-xewqa li jikxku l-karti tagħhom, li jgħajtu minn fuq xi torri, "E mela, jien tgħidx kemm irriċerkajt. Hawn, ara!" Hawnhekk jidħol dak li nqis bħala n-nuqqas ewlieni (u wieħed mill-it) ta' din il-ġabra ta' rakkonti. Il-biċċa l-kbira tat-tradutturi invo- luti għażlu li jużaw il-footnotes, f 'ħafna każi- jiet pjuttost twal, li jispjegawlna, pereżempju, min huma xi personaġġi msemmija. L-ewwel paġna tal-ewwel storja, ngħidu aħna, fiha tliet linji ta' storja u żewġ footnotes ma jispiċċaw qatt. Ir-realtà hi li ħlief f 'xi it każijiet, l-in- formazzjoni mogħtija fil-footnotes tul il-ktieb mhix daqshekk importanti għall-qarrej, li xorta jista' jiem ir-rakkont mingħajr ma jaqta' r-ritmu tal-qari l-ħin kollu biex jaqra nota, u li fi kwalunkwe każ, jekk jinteressah, għandu mobile it metri bogħod u jista' jsib dak kollu li hemm fil-footnotes f 'temp ta' se- kondi. Ġieli ntqal li kull kitba hi vanituża, u t-tra- duzzjoni xejn inqas. Imma l-għan tat-tra- duzzjoni m'għandux ikun li nuru x'biċċa xog- ħol tajba għamilna — dak jarawh il-qarrejja, u huwa preżunt mill-bidu li t-traduttur kien jaf x'inhu jagħmel — imma li nqarrbu l-kulturi. Issa jew se nagħmlu hekk b'enċiklopedija jew b'letteratura li taħdem bħala letteratura. Il-qa- rrejja m'għandhomx għalfejn jingħataw kollox bl-imgħarfa, apparti li, fil-fatt, ċerti affarijiet spjegati huma ovvji mill-kuntest. It-tenden- za internazzjonali hi li fit-traduzzjonijiet nevitaw kemm jista' jkun l-interruzzjonijiet fil-footnotes, li nħallu l-qarrej jesperjenza im- mersjoni totali fil-barrani u jiskopri waħdu, mill-kuntest u mir-riċerka, kif jagħmel bi kwalunkwe ktieb mhux tradott. Ħadd ma jaqra traduzzjoni lejn l-Ingliż u jħoss li hemm xi ħaġa nieqsa għax ma kienx hemm noti, jew għax intużat kelma stramba jew issemma xi personaġġ li ma jafx bih. Għaliex mela dan is- sens ta' biża' f 'Malta li jekk nagħmlu l-istess, ħa nidhru qisna m'għamilniex xogħol sew? Din għażla editorjali li ma qbilt xejn magħha. Ħasra, ukoll, għaliex it-tradutturi għamlu xogħol tajjeb, tista' tgħid kważi f 'kull mu- ment. Hemm nuqqasijiet żgħar: xi għażliet mhux naturali, kultant kliem mhux użat sew jew żejjed (bħal, pereżempju, "reġa' tenna" meta "tenna" diġà tfisser li reġa', jew pre- pożizzjonijiet ħżiena). Hemm mumenti fejn l-ordni tal-kliem tinħass Ingliża wisq, bl-is- truttura ta' Suġġett-Verb-Oġġett fejn mhix naturali għall-Malti. Imma huma affarijiet żgħar u infrekwenti. Kollox ma' kollox hija biċċa xogħol tajba iżda li setgħet tiġi rfinuta. Ir-rakkonti jixbhu l-ħrejjef — qosra, moralistiċi, u bi it karattri. Ħafna mill-azzjoni sseħħ f 'konverżazzjoniji- et. Is-suġġetti indirizzati huma varji, u mhux dejjem b'mod espliċitu; xi stejjer, l-iktar waħ- da, għalija, 'Il-Qawsalla', huma miuħa għal bosta interpretazzjonijiet interessanti. Imma r-ritmu tal-qari diffiċli żżommu b'daqstant in- terruzzjonijiet minn xi nota jew minn xi ħaġa stramba. Proġett utli; nixtieq li naraw iżjed kollaborazzjonijiet hekk, imma imperfett.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 May 2025