MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 JAELLE BORG Is-suq tal-proprjetà f 'Malta fl-2025 għaddej minn fażi ta' bilanċ bejn domanda kontinwa u pressjonijiet strutturali ġodda. Għalkemm xejriet ġodda, kundizzjonijiet finanzjarji iktar stretti u inċertezza globali ħallew l-impatt tagħhom, is-suq għadu vitali — b'ċerti oqsma li qed jirrappurtaw attività b'saħħitha u oħrajn li juru kawtela jew stennija. Biex nimu aktar dwar x'qed jiġri fil-fond, il-gazzetta tkellmet ma' żewġ esperti ewlenin fis- settur: Michael Stivala, President tal-Malta Developers Association (MDA), u Michael Bonello, aġent tal-proprjetà. It-tnejn offrew ħarsa dettaljata lejn il-momentum attwali fis-suq, kif ukoll lejn l-isfidi u l-opportunitajiet li hemm fil- viżjoni fit-tul. Xejriet preżenti fis-suq Mill-perspettiva ta' dawk li jaħdmu kuljum fis-suq tal- proprjetà, l-attività bħalissa hi dinamika u sostnuta. Michael Bonello jiddeskrivi s-suq bħala wieħed "qawwi u attiv ħafna," b'interess kontinwu, kemm minn bejjiegħa, kif ukoll minn xerrejja. "L-industrija tidher b'saħħitha u vitali, b'ħafna tranżazzjonijiet qed isiru fi żmien qasir. Id- domanda għolja, flimkien ma' offerta limitata, qed iżżomm l-istat tan-negozju f 'livell pożittiv u dinamiku," spjega. Skont Bonello, bħalissa l-ġibda tas-suq hi ċara: hemm aktar xerrejja milli bejjiegħa, u dan qed joħloq pressjoni fuq il-prezzijiet. "Ninsabu f 'suq li jiffavorixxi lill- bejjiegħa — seller's market — fejn proprjetajiet qed jinbiegħu malajr u, f 'ħafna każijiet, bi prezzijiet ogħla milli mistennija." L-iktar tipi ta' proprjetà mfitxija Staqsejna lil Bonello x'tip ta' propjetajiet qed jiġbdu l-aktar attenzjoni bħalissa. Huwa wieġeb bla tlaqliq: "L-aktar li qed jinbiegħu malajr huma l-appartamenti żgħar ta' kamra waħda — ideali għal buy- to-let. Dawn joffru prezz inizjali aktar baxx u rendiment stabbli, għalhekk qed jinħatfu malajr mill- investituri." Dan jirrifletti wkoll żieda fl-interess fl-iskop ta' kiri fit-tul, partikolarment f 'lokalitajiet urbanizzati u qrib ċentri tax- xogħol. Affordabbiltà fil-proprjetà: sfida reali għal ħafna L-affordabbiltà hija tema ċentrali fid-diskors dwar il-propjetà, u għal ħafna xerrejja potenzjali, hija wkoll l-akbar sfida. Il-President tal-MDA, Michael Stivala, qalilna li skont l-istudji li tikkummissjona l-MDA, Malta ma tidhirx li għandha problema kbira ta' affordabbiltà meta mqabbla ma' pajjiżi Ewropej oħra. Madankollu, hu rrikonoxxa li xorta hemm faxxa ta' nies li qed isibu diffikultà biex jidħlu fis-suq. "Il-proprjetà għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd. Hu għalhekk li l-MDA ilha tisħaq fuq il-ħtieġa ta' soluzzjonijiet realistiċi u sostenibbli — fosthom riduzzjoni tal-burokrazija, bidla fil- politiki, u sħubiji pubbliċi-privati li jistgħu jwasslu għal għażliet aktar aċċessibbli għall-familji Maltin u Għawdxin," spjega Stivala. Konklużjoni: suq taħt riforma, mhux riċessjoni Fl-2025, is-suq tal-proprjetà f 'Malta mhuwiex f 'fażi ta' espansjoni għaġġelija bħalma rajna fl-aħħar għaxar snin. Iżda lanqas mhu f 'riskju ta' riċessjoni. Qiegħed fi stadju ta' maturità u riforma. Ix-xejriet jindikaw aktar kalkolu, għaqal u ġestjoni. Il-fatt li l-MDA u atturi oħra fis-suq qed jaħdmu biex l-industrija ssir aktar sostenibbli — kemm ekonomikament, kif ukoll ambjentalment — hu sinjal pożittiv. Il-futur tas-suq jiddependi, mhux biss fuq id-domanda, iżda fuq kemm il-prodotti, il-politiki u l-infrastruttura se jkunu kapaċi jwieġbu għar-realtajiet ġodda tas- soċjetà Maltija. Is-suq tal-proprjetà f 'Malta fl-2025: sfidi reali u viżjoni ġdida

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 May 2025