MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535752

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

nimxu fuq istruzzjoni tal-maġistrata. Dak li qed ngħid, filwaqt li ma rridx nidħol wisq f 'dettalji, għaliex hemm proċeduri għaddejjin u hemm anka istruzzjonijiet mill-Qorti biex ma jkunx hemm komunikazzjoni, però dak li qed tgħid ... Mhux qed nitkellem fuq il-każ per sè. Qed nitkellem fuq il-prinċipju hawnhekk, il-prinċipju. Għandek inkjesta maġisterjali. Il-pulizija obbligati jinterrogaw? Ir-risposta tiegħek fuq dil-kwistjoni? L-inkjesti maġisterjali ma jagħlqux kollha bl-istess mod, jiġifieri għandek inkjesti fejn jitolbu l-pulizija tkompli tinvestiga. Hemm inkjesti oħrajn li jista' jkollhom partijiet ċari, diretti, b'ordnijiet ċari ta' maġistrat u l-inkjesta Vitals dik li għamlet. L-inkjesta Vitals kellha iktar minn mitt paġna. Ordni ċara ta' maġistrat, liema persuni għandhom jitressqu u biex saħansitra l-ammonti kienu ġew stabbiliti. Hemm inkjesti oħrajn li saħansitra ġejna akkużati aħna għaliex ċerti persuni ma tressqux il-Qorti għaliex investigajna iktar għax l-inkjesta ma kinitx konkluża b'dan il-mod, bħal kif kienet konkluża l-inkjesta Vitals, l-istess nies akkużawna li m'għamilniex xogħolna. Jiġifieri għalhekk ngħid li hemm dawn il- kontradizzjonijiet. Eventwalment allura, illum il-ġurnata, sa minn Ottubru 2020, il-prosekutur m'għadux il-Kummissarju tal-Pulizija għal reati illi jeċċedu sentejn huwa l-Avukat Ġenerali. U din hija distinzjoni li hija importanti. Saħansitra nara rappurtaġġ fil-gazzetti li jgħidulek "it-tali spettur assistit mill-avukati tal- Avukat Ġenerali" meta din għandha tkun bil-kontra għax il-każijiet huma "Ir- Repubblika ta' Malta versus individwu jew individwi" mela allura l-pulizija qed jassistu lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Ma rridx inwaqqfek imma l-ħin huwa limitat. Imma int qed tgħidli illi f 'dal-każ partikolari tal-Vitals l-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella, l-istruzzjonijiet kienu tant ċari li l-pulizija ma kellhomx għalfejn jinterrogaw. Inti din li qed tgħid? Biex nifhmek sew. Hemmhekk kellek investigazzjoni li ħadet 'il fuq minn erba' snin u nofs. Iva, jien naf, imma jien li qed nipprova nifhem huwa din: għax fl-istruzzjonijiet kienu ċarissimi li kellhom jitressqu n-nies, il-pulizija f 'dak l-istadju m'għandhomx jinterrogaw in-nies? Jiena mhux struzzjonijiet, imma ordni ... u l-liġi hekk tgħidlek. Jiġifieri għandek ordni ta' maġistrat biex tressaq issa. Eventwalment, jiddeċiedi lil min se jressaq huwa l-Avukat Ġenerali u hekk allura wara jiġi studjat il-procèss verbal, l-inkjesta, jiġi determinat li l-inkjesta hija waħda magħluqa, hemmhekk allura tittieħed deċiżjoni li dawn in- nies jitressqu l-Qorti. Irrid ngħid li kien hemm partijiet minn dik l-istess inkjesta li ma kinux magħluqin. Hemm referenza għal ċerti istanzi fejn allura l-pulizija llum il-ġurnata qed tkompli tinvestiga partijiet minn dik l-inkjesta. Jiena għal dnubieti qrajt ħafna minn dil-inkjesta. Qrajtha b'ċertu interess. Xi kultant b'ċerta sorpriża wkoll. Naħseb hemm affarijiet interessanti, hemm affarijiet li huma inqas interessanti, u hemm ukoll referenzi għal nies li mhux qed jiġu ordnati biex jiġu mressqa iżda jintefa' dell fuqhom. Inkun korrett li l-pulizija qed jinvestigawhom dawn in-nies? Assolutament, jiġifieri għalhekk kont qed ngħid, jiġifieri hemm partijiet fejn hemm allegazzjonijiet jew ġew stabbiliti ċerti ċirkostanzi b'rabta ma' ċerti nies u allura l-pulizija f 'dal-istadju trid tagħlaq il-kwadru kollu. Għalhekk għedt għandek inkjesti fejn għandek ordni ċara u għandek partijiet fejn ikollok tkompli tinvestiga. Ħa nsaqsik mistoqsija daqsxejn forsi pwerili din, daqsxejn forsi turi l-limitazzjonijiet tiegħi tal- apprezzament tal-inkjesti jew tal-interrogazzjoni. Inti għall- argument qed tinvestiga, skont dan ir-rapport, persuna A. Persuna A qatt ma tkellmu, tkompli tagħmel investigazzjoni u qatt ma tkellmu. Hija regola li tkellem lil dik il- persuna jekk dan jiġi investigat? Jew m'hemmx regola fissa? M'hemm l-ebda obbligu. Jekk inti kapaċi tistabbilixxi l-fatt mingħajr ma tkellem lill-persuna, tista' timxi b'dak il-mod. Però stqarrija li tieħu minn persuna hija parti mill-għodod li għandha f 'idejha l-pulizija. Jiġifieri int m'għandek l-ebda obbligu, jiġifieri jekk kapaċi l-Avukat Ġenerali jiddetermina li għandek biżżejjed provi biex tipprova reat il-Qorti mingħajr dubju ddettat mir- raġuni mingħajr ma tkellem individwu, tibqa' għaddej. Però normalment ikollok bżonn li tiċċara dawk l-affarijiet. Issa l-inkjesta Vitals hemmhekk il-Maġistrat inkwerenti tat ordni ċara li kellek numru ta' individwi biex għandna nressquhom u bl-ammonti indikati. intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' MEJJU 2025 07 "90% tal-poplu Malti u Għawdxi jafda lill-korp tal-pulizija"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 May 2025