Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962
02 inħarsu lura 18 'il sena IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-ferneżija reliġjuża li tqanqlet f 'dawn l-aħħar xhur minħabba l-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca wieħed faċli jilmaħ il-ħsus ta' reliġjożità qawwija li tikkaratterizza ħafna mill-festi tagħna. Hu ta' preġju għall-Insara Maltin li wieħed minn fosthom issa hu mgħolli għall-ogħla strutturi tal-ġerarkija spiritwali. Iżda huma ħafna li dan l-avveniment qed iħarsu lejh minn lenti għalkollox differenti minn kif kieku kien jarah l-istess Dun Ġorġ. Bħalma jiġri fil-festi reliġjużi, l-element spiritwali jintilef qalb il-pakketti għall-pellegrini, is-santi "mqaddsa", l-ikoni li xi darba suppost missew mal- persuna jew il-ħwejjeġ ta' Dun Ġorġ u ħafna xinxilli oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal- ħajja ta' dan il-qassis umli. Dun Ġorġ għandu jfisser ħafna aktar minn hekk għall-Insara. Iżda lil hinn mill- kunsiderazzjonijiet purament reliġjużi u spiritwali, ma nistgħux ma nikkummentawx dwar il-filosofija tal-qassis Preca li fl-1906 ħass il-bżonn li jgħallem bil-Malti lill-miġemgħa dwar il-ħajja ta' Kristu. Anki jekk dak li għallem Preca dwar Kristu llum jista' jdarras għax inbidel il-mod kif il-Knisja tipproġetta lil Kristu, bilfors trid tammirah għax ma beżax mill- edukazzjoni. L-injoranza trabbi servi fidili li ma jiqfux biex jaħsbu dwar dak li jingħad lilhom. Xi ħadd mgħallem ikun lest li jistaqsi, jiddubita u jħaddan dak li jingħad lilu wara li jkun konvint. Minkejja l-periklu li fit-tieni triq tista' titlef in-nies għax ma jirnexxilekx tikkonvinċihom, Dun Ġorġ xorta ħass li għandu jwaqqaf Soċjetà li tgħallem u teduka. Kif kiteb Alfred Sant iktar kmieni din il-ġimgħa, il- filosofija ta' Dun Ġorġ għandha ħafna minn dik ta' Manwel Dimech li stinka biex il-poplu joħroġ mill-faqar edukattiv ħalli jagħraf fejn qiegħed u fejn jista' jkun u jiġġieled biex jilħaq dak l-għan. Anki llum is-soċjetà jeħtieġ li jkollha aktar nies li jaħsbu b'mod kritiku, li jistaqsu u jiddubitaw. Dan hu meħtieġ, mhux biex tinħoloq kultura ta' indifferenza, iżda kultura fejn l-individwu jħoss li jista' jagħmel xi ħaġa u jkollu l-għodda biex iwettaq il-ħsieb tiegħu. Daqskemm kellha valur reliġjuż l-edukazzjoni biex qarrbet aktar lin-nies lejn il-kelma ta' Alla mingħajr il- ħtieġa tal-qassis bħala intermedjarju kontinwu, hekk ukoll f 'soċjetà sekulari, l-edukazzjoni tibqa' għodda importanti ħafna. Il-familja għall-PN Minkejja l-wegħda elettorali fl-1998 li jagħti xi forma ta' status ċivili lill-koppji li jikkoabitaw, il-Partit Nazzjonalista baqa' sal-lum jirrifjuta li jiftaħ djalogu fuq dan is-suġġett. Għalhekk kien ta' fejda li fil-workshop li ddiskuta l-familja fl- aħħar Kunsill Nazzjonali tal- PN tqanqal l-argument dwar id-definizzjoni tal-familja f 'kuntest modern fejn għandek ħafna iktar koppji jikkoabitaw, familji magħmula minn persuni omosesswali, ommijiet jgħixu waħedhom u forom oħra mhux tradizzjonali. Sfortunatament, il-workshop ħass li kellu jġib definizzjoni ta' familja, dik tradizzjonali magħmula minn raġel u mara u l-ulied, anki jekk daħlu sentenza fir-rapport finali li dan ma jeskludix li l-Gvern jagħmel ħiltu biex jindirizza l-bżonnijiet tal-individwi f 'forom oħra ta' familji. Nittamaw li meta jiġi għat- tfassil, il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ma jerġax joħroġ bl-istess proposta tal-1998. Nistennew li disa' snin jew għaxra wara, dik il-proposta tevolvi biex tinkludi wkoll koppji omosesswali fost l-oħrajn. Għodda importanti Il-gazzetta ILLUM tkompli bis- sensiela bl-isem 'Mawra fil- memorja' fejn qed inħarsu xi nkiteb fl-istess gazzetta fil-passat. F'dil-edizzjoni, qed nipproduċu l-editorjal tat-3 ta' Ġunju 2007 bit- titlu 'Għodda importanti '. Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM fit-3 ta' Ġunju, 2007