MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 967 €1.50 IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 INTERVISTA MAS- SEGRETARJU PARLAMENTARI ANDY ELLUL PAĠNI 6 - 7 In-Nutar Robert Aquilina, personalita' magħrufa mal-għaqda Repubblika u kif ukoll f 'inkjesti maġisterjali, ġie interrogat ilbieraħ wara inċident domestiku serju fil-konfront ta' wieħed mill-familjari tiegħu wara rapport li sar lill-pulizija il-bieraħ wara nofsinhar. Dan sar wara intervent minn pulizija li kien għassa fixed point quddiem id-dar ta' Aquilina wara li kien hemm ħafna għajjat u storbju fid-dar tiegħu. Aquilina insista mal-pulizija li ma kien hemm l-ebda problema iżda f 'dak il-ħin persuna fid-dar talbet għall-għajnuna. Din il-gazzetta hija nfurmata li wara intervent mill-pulizija prezenti, sar rapport kontra Robert Aquilina minn membru tal- familja tiegħu. Huwa mium li saret talba biex jiġi arrestat, liema talba ġiet irriutata mill- maġistrat tal-għassa. Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat ordna lill-Pulizija biex jibagħtu mill-ewwel għal Aquilina. Il-Pulizija minnufih talbuh imur sad-depot għall-interrogazzjoni. Robert Aquilina huwa assistit mill- avukat Arthur Azzopardi. IL-PULIZIJA TINTERROGA LIL ROBERT AQUILINA WARA RAPPORT TA' INĊIDENT DOMESTIKU SERJU Adrian Delia, l-Eks Kap tal-PN, ma' din il- gazzetta, innega li hu qatt ma tkellem biex ikun interim leader imma persuni qrib Delia qalulna storja differenti. Qalulna li kien qed jingħad li Bernard Grech kien imxebba' u kien lest jirtira sakemm ikun hemm indikazzjoni ċara li tiġi Roberta Metsola. L-idea kienet li Delia jkun interim leader sakemm tiġi Metsola it qabel l-elezzjoni. Il-ġimgħa kien hemm għajdut li Grech kien irriżenja u li Delia kien se jkun interim leader. Imma din l-aħbar ġiet imxejna mill-istqarrija ta' Grech li ddikjara li hu kien u għadu kap tal-PN. Minkejja kollox jidher li hemm lobby qawwi fil-PN biex Metsola tkun fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ħalli tikkonfronta lil Robert Abela. Metsola, li tokkupa l-kariga tal-President tal-Parlament Ewropew, evitat li tikkommetti ruħha u qed tħalli lil kulħadd jispekula. Delia, li kien kap tal-PN sakemm inħatar Grech bħala kap, reġa' sab postu fil-partit u jibqa' popolari ħafna mal-partitarji Nazzjonalisti. Huwa oratur tajjeb meta mqabbel ma' Bernard Grech, imma ħafna osservaturi jaħsbu li Metsola biss tista' ssalva lill-PN u tkun avversarju denju kontra Robert Abela. Delia jinnega li riedha ta' interim leader imma min kellimna kellu storja oħra Robert Aquilina dieħel id-depot Adrian Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 June 2025