MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535962

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

SEAN FENECH Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- konstitwenti tiegħek? Ix-xogħol ta' Sindku huwa wieħed impenjattiv ħafna u li trid tara kif tlaħħqu max-xogħol personali tiegħek. Il-ħtiġijiet tar-residenti ma jonqsux u naħseb illi l-akbar sfida hija illi tipprova tfehemhom x'poteri għandu l-Kunsill u fejn jista' jaġixxi u fejn le. Nemmen li hemm bżonn ta' aktar edukazzjoni fuq sa fejn jista' jasal il- Kunsill għaliex ħafna mid-drabi l-Kunsill ikun liason bejn l-entità u r-resident, u d-deċiżjoni finali tkun tal-entità. L-inkwiet tiegħi ta' kuljum dejjem ikun kif tista' tagħmel aktar bir-riżorsi li jkollok. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Naħseb li din is-sitwazzjoni li qegħdin ngħixu fiha llum trid tiġi indirizzata b'mod kollettiv għaliex faċli wieħed jikkritika iżda d-domanda għandha tkun, "personalment jien lest nagħmel il-parti tiegħi u ma nkomplix niżviluppa minkejja li għandi opportunità"? Ħloqt ukoll kunċett ġdid fejn kull laqgħa tal-Kunsill inressaq l-applikazzjonijiet kollha li jkunu daħħlu l-Awtorità tal-Ippjanar matul ix-xahar u, flimkien ma' sħabi, naraw li nwasslu l-messaġġ tagħna fejn meħtieġ u fuq kollox sa fejn tippermetti l-liġi. Bħala Kunsill, anke permezz ta' proġetti li qegħdin naħdmu fuqhom, aħna impenjati sabiex nagħtu aktar nifs lil-lokalità anke permezz ta' ġonna ġodda. Jekk qed nitkellmu fuq wirt qegħdin naħdmu fuq diversi proġetti fosthom ir-Restawr tal-Isptar il-Qadim u diversi niċeċ li għandna madwar il-lokal għaliex għandna nkunu aħna li nieħdu ħsieb dan il-patrimonju. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Naħseb f 'lokal ikollok kemm ikollok, qatt mhu biżżejjed u propju għalhekk qegħdin nesploraw kull possibbiltà sabiex dejjem inkomplu nżidu aktar spazji. Infatti, bħalissa qegħdin naħdmu fuq tliet proġetti ġodda ta' spazji miuħa. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Li jiġi mwettaq il-manifest elettorali li ġejna eletti fuqu filwaqt illi nieħdu l-massimu minn kull għajnuna u skemi maħruġa mill-Gvern Ċentrali. Nixtieq li f 'dawn il-ħames snin nara li residenti ġodda jintegraw b'mod sħiħ u attiv fil-lokal, filwaqt illi jirrispettaw u jaċċettaw il-kultura tal- lokalità tagħna. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? II-bini taċ-Ċentru Ċiviku se jkun wieħed mill-proġetti li hemm ippjanati li jitlesta fiż-żmien li ġej fejn l-għan tagħna huwa li b'diskussjonijiet mal-Gvern Ċentrali naslu sabiex jibdew jingħataw servizzi tas- saħħa, kif ukoll jitwaqqaf Ċentru ta' Matul il-Jum. Hemm ukoll il-bandli ġodda flok Onġi Onġella, ġnien fuq il-ġibjun miuħ u r-restawr tal-Isptar il-Qadim. Dawn, apparti diversi diskussjonijiet li għaddejjin fuq diversi bini ta' toroq ġodda u spazju miuħ ieħor għall-familja. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir- residenti? Is-servizz ta' Berġa u Ċentru ta' Matul il- Jum għaliex hawn diversi anzjani li jgħixu waħedhom u jkunu f 'solitudni. Bidliet leġiżlattivi reċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Fil-lokal tagħna ma kienx hemm persuni li resqu 'l quddiem. Li jkun hemm involviment taż-żgħażagħ qatt mhu telf għaliex fid- dinja l-ideat ta' kulħadd huma bżonjużi u li jsaħħu kull deċiżjoni li tittieħed. Jekk dawn għandhomx ikunu Sindki jew le, finalment hija deċiżjoni tal-elettorat li jsemma' leħnu permezz tal-vot tiegħu. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrapporta li 16-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax-xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar-regolamenti finanzjarji? Jiena dejjem nassigura illi nġib fondi u nressaq diversi proposti quddiem il- Ministeri kkonċernati. Bla dubju nemmen li wasal iż-żmien li kif jiġri fuq livell nazzjonali, il-Kunsill għandu jkun hu li jitlob lill-finanzi kemm għandu bżonn allokazzjoni sabiex ikun jista' jwettaq il- ħidma tiegħu permezz ta' pjan serju. Minn hemmhekk toħroġ ukoll id-diskussjoni ta' fejn irridu naraw u nieħdu l-Kunsilli tagħna fis-snin li ġejjin. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it- tqassim propost tal-lokalitajiet fid- distretti skont kif qed jiġu ppreżentati mill-Uffiċċju Elettorali tal-PL, u ELCOM? Liema proposta taħseb li tkun l-aktar ta' benefiċċju għall-pajjiż? Jew taħseb li għandu kollox jibqa' kif inhu? Naħseb din mhix kwistjoni jekk għandux jibqa' kollox kif inhu jew le. Nemmen li din trid tkun deċiżjoni li fuq kollox tirrispetta l-kostituzzjoni li hija waħda ċara fejn titkellem fuq viċinanza ġeografika għad- distretti. Għaldaqstant fl-opinjoni tiegħi ikun aħjar illi mmorru għal proposta li jkun fiha l-inqas tibdil filwaqt imma li tirrispetta l-parametri ta' 5% 'il fuq jew 'l isfel. Ta' min jgħid ukoll illi l-proposti ġejjin mill- Kummissjoni nnifisha. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? L-akbar sodisfazzjon huwa li rnexxilli nasal sabiex jitwettqu jew se jkunu mwettqa diversi proġetti ambizzjużi fosthom il- bini mill-ġdid ta' Triq is-Sejba, il-Bini ta' Ċentru Ċiviku, kif ukoll il-Ġibjun li kien ta' inkonvenjent kbir għar-residenti speċjalment fil-ġranet sħan tas-sajf jinbidel fi spazju miuħ u żgur u mhux l-inqas li ħdimt bis-sħiħ sabiex l-applikazzjoni għal tarmac plant ġiet irtirata. intervista IL-ĦADD 1 TA' ĠUNJU 2025 • illum 04 'Faċli wieħed jikkritika iżda d-domanda għandha tkun, 'personalment jien lest nagħmel il-parti tiegħi u ma nkomplix niżviluppa minkejja li għandi opportunità'?' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħhom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Grace Marie Zerafa, is-Sindku tal- Imqabba L-Imqabba huwa raħal żgħir b'popolazzjoni ta' madwar 3,200 ruħ. Minkejja d-daqs tiegħu, l-Imqabba huwa magħruf għall-kwantità sinifikanti ta' ġebel tal-franka li jinsab fil-madwar tiegħu. Il-qalba tar-raħal hija l-Knisja Parrokkjali tal-Assunta, knisja b'koppla pjuttost impressjonanti. L-Imqabba huwa wkoll magħruf għall-festi tradizzjonali tiegħu, b'żewġ każini tal- banda ewlenin: is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u s-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V. Fost il-monumenti u siti ta' interess fl-Imqabba hemm it-Torri Vinċenti, mibni fl-1726 minn Fra Orfeo de Vincenzo. Barra minn hekk, fl-Imqabba nstabu katakombi li jmorru lura għas-seklu 3 WK, li jixhdu l-istorja rikka u l-importanza arkeoloġika tar-raħal. Grace Marie Zerafa, is-Sindku tal-Imqabba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 June 2025