MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536440

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 968 €1.50 IL-ĦADD 15 TA' ĠUNJU 2025 ONE TEAM BUILT TO BACK EACH OTHER FOR THE LONG RUN, NOT JUST THE NEXT DEAL Not a franchise INTERVISTA MA' ALEX PERICI CALASCIONE, DEPUTAT MEXXEJ TAL-PARTIT NAZZJONALISTA PAĠNI 6 - 7 Fil-gazzetta MaltaToday, Ray Bezzina, il-konsulent ta' Bernard Grech, kiteb li l-Eks Kap tal-PN Bernard Grech kellu jopera fl-ambjent li ħafna nies dejjem kienu qed iqabbluh ma' Metsola. Bezzina qal li hu kien preżenti meta Grech kien stieden lil Metsola biex tkun kandidata għall-Parlament Malti biex hi tkun tista' tmexxi lill-PN. Bezzina qal li Metsola baqgħet silenzjuża. Roberta Metsola kellha tsunami ta' kummenti ħorox; l-ewwel għad-deċiżjoni li tissieħeb ma' Adrian Delia, il-persuna li l-bażi tagħha elettorali ma jaħmilx; u mbagħad bil-proposta li hi tkun kap simboliku u Delia jkun kap tal-Oppożizzjoni. Biex tasal għal dan il-punt, Metsola għamlet kalkolu ħażin u ħasbet li tant kellha momentum, li l-proposta li tibqa' Brussell u tappunta lil Adrian Delia bħala kap tal-oppożizzjoni kienet se tinżel tajjeb mal-Partit. In-nies ta' madwarhom, li kienu jinkludu lil Gordon Pisani u Matthew Tabone, urew nuqqas ta' apprezzament għall-burdata fil-Partit. B'din id-deċiżjoni issa t-triq hija miuħa beraħ għal Alex Borg, id-Deputat Għawdxi li sa it ġranet ilu ma kienx qed jara lil Adrian Delia bħala ostaklu. Borg, li għandu 29 sena biss, għandu appoġġ tremend f 'Għawdex imma m'għandux il-gravitas politiku. Irid ikun ukoll kapaċi jgħaqqad il- Partit Nazzjonalista. L-elezzjoni għall-Kap tal-PN aktarx isseħħ fl-ewwel ġimgħa ta' Settembru. BERNARD GRECH RIED JITLAQ QABEL BIEX TIDĦOL METSOLA Roberta Metsola, li qed isservi ta' President tal-Parlament Ewropew, ikkonfermat li mhux ħa tikkontesta għall- vakanza fil-post ta' Kap tal- Partit Nazzjonalista minħabba l-impenn tagħha fil-Parlament Ewropew. L-aħbar ma kinitx sorpriża sal-aħħar iżda ġiet biss wara reazzjoni xejn sabiħa minn ħafna deputati Nazzjonalisti. Metsola, iddeċidiet li ma tikkontestax għall-kariga tal- Kap tal-Partit Nazzjonalista, u argumentat li ma tistax tabbanduna r-responsabbiltajiet tagħha fil- Parlament Ewropew. Dan seħħ wara rapporti li Metsola kienet qed tmexxi l-idea li hi tkun kap simboliku tal-PN u Adrian Delia, l-Eks Kap tal-PN, ikun il-kap tal- oppożizzjoni. "Matul l-aħħar jiem ippruvajt insib formula li biha ngħin lill-Partit bl-aħjar mezz possibbli, filwaqt li nwettaq dmiri b'responsabbiltà bħala President tal-Parlament Ewropew. Impenn li ma nistax inħallih nofs triq," qalet Metsola li hi magħrufa għall-pożizzjoni Pro- Iżraelita. Metsola qalet hekk f 'post fuq Facebook is-Sibt filgħodu. "Niem li din il-formula ma tistax tkun biha bħala l-kap li jmiss tal-Partit." Fl-aħħar ġranet Metsola kienet qed iċċempel u titkellem mad-deputati Nazzjonalisti biex tispjegalhom u tipprova tikkonvinċihom bil-proposta tagħhom, imma kienet sorpriża bl-atteġġjament negattiv ta' ħafna deputati li ma setgħux jimu kif Metsola setgħet tipproponi lil Delia bħala kap tal-Oppożizzjoni li għalihom kien ifisser ritorn għall- passat. L-avvenimenti tal-aħħar ġimgħa eskalaw wara r-riżenja ta' Bernard Grech bħala Kap tal- Partit Nazzjonalista wara sondaġġ tal-MaltaToday li wera distakk ta' 40,000 vot bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Addijo Malta: Metsola ssib l-iskuża li ma tistax tabbundana Brussell Diżappunt kbir għad-deċiżjoni ta' Metsola, li kienet ikkampanjat bis-slogan 'Hope' (Tama) fis-snin ta' qabel Rabja kbira għal Metsola hekk kif tħabbar li mhux se tikkontesta għall-kariga ta' kap. It-triq għall-kap miftuħa beraħ għal Alex Borg, għalkemm mhux ċert jekk Delia jikkontestax ukoll. Roberta Metsola L-erba' personalitajiet f 'dan l-episodju politiku: Bernard Grech, Roberta Metsola, Alex Borg u Adrian Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 June 2025