Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536440
13 arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' ĠUNJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Titnieda Refugee Week Malta: ġimgħa t'attivitajiet fejn tiġi ċċelebrata l-komunità interkulturali Ir-Refugee Week Malta (RWM25) tirritorna f 'Ġunju li ġej u timmarka r-raba' sena tagħha. Din hija l-edizzjoni lokali tal-akbar festival tal-arti u l-kultura fid-dinja li tonora l-kreattività, ir-reżiljenza u l-kontribuzzjonijiet tan-nies li qed ifittxu s-sigurtà. RWM25 tfittex li toħloq spazju fejn wieħed jiltaqa'; avveniment li jlaqqa' n-nies flimkien biex jaqsmu l-istejjer, jibnu konnessjonijiet u jrawmu l-fehim fost individwi minn sfond differenti. Huwa festival li jħeġġeġ lin-nies biex jieħdu passi żgħar li jwasslu għal bidliet kbar. Lokalment, din l-inizjattiva hi maħsuba biex tikkontribwixxi lejn Malta aktar inklussiva; inizjattiva fejn tiġi ċċelebrata l-komunità interkulturali. It-tema għal din is-sena, 'Il- Komunità bħala Superpotenza', tistedinna nagħrfu l-komunità bħala forza ħajja li trawwem appartenenza f 'dinja li ħafna drabi hi kkaratterizzata mill- iżolament. Fil-ħajja mgħaġġla li ngħixu f 'Malta, fejn ħafna qegħdin iħossuhom dejjem aktar inviżibbli u skonnessi, din it-tema tfakkarna li l-bini ta' komunitajiet li jimpurtahom huwa att urġenti u sabiħ; att li jkun possibbli jekk ta' kuljum nuru ħlewwa u qalb tajba, kuraġġ, filwaqt li nagħżlu li nkunu hemm għal xulxin. Il-Komunità mhix sempliċement post fejn tgħix, imma impenn biex tkun preżenti, turi empatija, u tesprimi rispett reċiproku. F'din il-ġimgħa għar-refuġjati, nistiednu lil kulħadd — nies li m'ilhomx jgħixu hawn u anke dawk li ilhom residenti — biex tistaqsu lilkom infuskom: x'azzjonijiet żgħar nista' nieħu biex ngħin lil dawk ta' madwari jħossuhom milqugħa? Għar-raba' edizzjoni tagħha, ir-Refugee Week Malta tiċċelebra l-Advisory Group li għadu kif twaqqaf; kollettiv ta' persuni minn komunitajiet li jfittxu ażil u organizzazzjonijiet lokali li jaħdmu fil-migrazzjoni, fl-arti, u fil-kultura. Imwieled minn impenn li naħsbu u nibnu flimkien, dan il-mudell huwa aktar minn għodda ta' ppjanar; hija prattika ta' komunità. Jirrifletti t-twemmin tagħna li r-Refugee Week m'għandhiex tinħoloq għan- nies, imma magħhom. Il-gwida tal-grupp espandiet il-programm ta' din is-sena għal aktar minn 20 avveniment, imqassmin fuq ħames fergħat vibranti: Exhibition, Participate, Film, Awareness- Raising, u Gather & Celebrate. Dan jirrifletti l-viżjoni ta' Refugee Week Malta li għadha qed tevolvi. Ma rridux li din tkun biss sensiela ta' avvenimenti imma moviment li jespandi lil hinn minn hekk, moviment li joffri l-possibbiltà li flimkien nibnu pontijiet, noħolqu sens ta' appartenenza, u nimmaġinaw futur fejn id- diversità mhux biss tintlaqa' imma tiġi ċċelebrata bħala l-akbar qawwa tagħna. Din is-sena, il-festival qed jingħaqad mal-organizzazzjoni tal- midja: African Media Association Malta u qed jikkollabora ma' 18- il kollettiv, organizzazzjonijiet u entitajiet li jaħdmu fl-oqsma tal-immigrazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, l-arti, il-kultura, l-ikel u l-ambjent; dawn huma: Malta Refugee Council, Spark15, Ġustizzja għall-Palestina, MOAS, Blue Door Education, Migrant Women Association Malta, Migtantour Malta, MGRM, Geġwiġija Library, Unfinished Arts Space, PONKS Collective, AISO Academy, Malta International Arts Festival, Nenu the Artisan Baker, Friends of the Earth Malta, JustNature, l-Università ta' Malta, u l-Kunsill Lokali tal-Gżira. L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu għal sen'oħra se tkun qed ittella' Programm Mużikali li se jfakkar il-119-il Anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda tagħna bl-isem ta' 'Storja li tkompli'. Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha l-Kaptan Mro. Jonathan Borg FLCM. Flimkien mal-banda jakkumpanjaw ukoll il-kantanti Jessica Magro u Jessica Micallef. Il-Programm se jittella' nhar it-Tlieta 24 ta' Ġunju 2025 fit-8 p.m. fil-bitħa ta' Palazz iene (kulħadd irid ikun f 'postu sat-7.45 p.m.). Dan il-programm mużikali seta' jittella' bis-saħħa tal-fondi miksuba mill-Kunsill Malti għall- Arti. Storja li tkompli — Programm mużikali f 'jum it-twaqqif tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Il-banda se tkun taħt id- direzzjoni tas-Surmast Direttur Jonathan Borg flimkien mal- akkumpanjament tal-kantanti Jessica Magro u Jessica Micallef It-tema għal din is-sena, 'Il-Komunità bħala Superpotenza', tistedinna nagħrfu l-komunità bħala forza ħajja li trawwem appartenenza f 'dinja li ħafna drabi hi kkaratterizzata mill-iżolament